Legislature:
Category:
Reset
Active:

AFM – Search and Rescue Zone ta’ Malta — dgħajjes tal-AFM mhux involuti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24227 u 24325 u jgħid minn dawk il-persuni salvati f’operazzjonijiet ko-ordinati mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) fis-Search and Rescue Zone ta’ Malta iżda li fihom l-AFM ma pparteċipawx b’dgħajjes tagħhom, kemm minn dawk il-persuni inġabu f’Malta, kemm ittieħdu l-Italja u kemm ittieħdu l-Libja?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Intern is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — reklam fil-Gazzetta KullĦadd

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom. Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televiżivi, sa dawk aktar moderni, bħal portals, blogs, vlogs u websajts. Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku żgur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan. L-approvazzjoni tar-reklamar issir skont il-proċeduri stabbiliti. Għal dan il-għan intużaw fondi allokati apposta fil-baġit tal-Ministeru bl-ispiża ta’ €700 (VAT eskluża).

San Pawl il-Baħar – konsum tal-alkoħol f’postijiet pubbliċi – ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm-il ċitazzjoni nħarġet, dwar ksur tal-bye-law K.L.B.L 55/05/2021, liema bye-law hi dwar il-konsum tal-alkoħol f'postijiet pubbliċi f’San Pawl il-Baħar, minn meta daħlet fis-seħħ din il-bye law sal-lum maqsuma xahar b'xahar? Minn dawn iċ-ċitazzjonijiet li nħarġu kemm minnhom irriżulta li l-persuna lil min inħarġet iċ-ċitazzjoni kienet ħatja, ma kinitx ħatja u kemm huma l-każijiet li għadhom pendenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

San Pawl il-Baħar – rimi ta’ skart — ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm-il ċitazzjoni nħarġet dwar rimi ta’ skart f’San Pawl il-Baħar, matul l-aħħar sena maqsuma xahar b'xahar? Minn dawn iċ-ċitazzjonijiet li nħarġu kemm minnhom irriżulta li l-persuna lil min inħarġet iċ-ċitazzjoni kienet ħatja, ma kinitx ħatja u kemm huma l-każijiet li għadhom pendenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt. PQ 24340 - San Pawl il-Bahar – rimi ta’ skart - citazzjonijiet Xhur Illiberati Ħatja Imħalsa qabel is-Seduta Pendenti Totali Jannar 3 3 3 9 Frar 2 5 7 Marzu 3 8 5 16 April 1 3 3 7 Mejju 7 7 10 24 Ġunju 25 25 41 91 Lulju 19 18 25 62 Awissu 12 22 17 51 Settembru 5 9 5 3 22 Ottubru 1 4 5 Novembru 2 2 2 6 Diċembru 5 5 Totali 78 102 115 10 305

Pulizija — xogħol ta' kostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kondizzjonijiet li bihom il-Pulizija ma twaqqafx xogħol tal-kostruzzjoni wara s-7.00 p.m. meta jkun hemm l-għoti tal-konkos? Jista’ jgħid liema liġi tirregola lill-Pulizija f’dan ir-rigward?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Intepellant biex isaqsi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Persuni li tneħħitilhom iċ-ċittadinanza ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li tneħħilhom iċ-ċittadinanza ta’ Malta bejn is-snin 2013-2021? Jista’ jgħid x’kienet iċ-ċittadinanza oriġinali ta’ dawn il-persuni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li 14-il persuna kienu pprivati miċ-ċittadinanza Maltija bejn is-snin 2013-2021.

Kumitat ta’ inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija – revoka ta’ ċittadinanza — kontestazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li kkontestaw id-deċiżjoni tal-Ministru ta’ revoka ta’ ċittadinanza quddiem il-Kumitat ta’ inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija bejn is-snin 2013-2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li kien hemm 17-il persuna li applikaw għall- inkjesta wara li ngħataw avviż li se jiġu pprivati miċ-ċittadinanza Maltija skont artikolu 14 tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza.

Kumitat ta’ inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija – revoka ta’ ċittadinanza — kontestazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull rapport li ntbagħat lill-Ministru fuq kull persuna li kkontestat id-deċiżjoni ta’ revoka ta’ ċittadinanza mill-Kumitat ta’ Inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija bejn is-snin 2013 u 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li proċeduri relatati ma’ inkjesti dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija huma fin-natura tagħhom kunfidenzjali.

Kumitat ta’ inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija – revoka ta’ ċittadinanza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni li wara l-eżitu tal-inkjesta mill-Kumitat ta’ Inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija kellhomx iċ-ċittadinanza revokata jew le bejn l-2013 u l-2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li r-risposta għall-mistoqsija 24306 hi fl-affirmativ.

Kumitat ta’ inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija – inkjesta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex kien hemm persuni li ġew mogħtija kopja tal-inkjesta datata 8 ta’ Jannar 2021 mill-Kumitat ta’ Inkjesta dwar il-privazzjoni ta’ ċittadinanza Maltija, filwaqt li oħrajn minkejja li fl-2020 u fl-2021 talbu kopja tar-rapport, it-talba tagħhom ġiet miċħuda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari 24305.

AFM – Search And Rescue Zone – operazzjonijiet b’dgħajjes – persuni salvati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24224 u jgħid kemm-il operazzjoni saret mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) b’dgħajjes tal-AFM fis-Search and Rescue zone ta’ Malta għal kull sena fis-snin 2019, 2020 u 2021, u kemm-il persuna ġiet salvata f’kull waħda minn dawn l-operazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

AFM – Search And Rescue Zone – operazzjonijiet b’dgħajjes – persuni salvati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24225 u jgħid minn dawk il-persuni salvati f’operazzjonijiet tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) bid-dgħajjes tal-AFM fis-Search And Rescue Zone ta’ Malta, kemm inġabu f’Malta, kemm ittieħdu l-Italja u kemm ittieħdu l-Libya matul is-snin 2019, 2020 u 2021,?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

AFM – Search And Rescue Zone ta’ Malta – dgħajjes tal-AFM mhux involuti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24226 u jgħid kemm-il operazzjoni ta’ salvataġġ kienet ko-ordinata mill-Forzi Armata ta’ Malta (AFM) fis-Search And Rescue Zone ta’ Malta iżda f’liema d-dgħajjes tal-AFM ma kinux involuti għal kull sena 2019, 2020 u 2021, u kemm-il persuna ġiet salvata f’kull waħda minn dawn l-operazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

AFM – search and rescue zone ta’ Malta – dgħajjes tal-AFM mhux involuti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24227 u jgħid minn dawk il-persuni salvati f’operazzjonijiet ko-ordinati mill-Forzi Armati ta’ Mala (AFM) fis-Search And Rescue Zone ta’ Malta iżda li fihom l-AFM ma pparteċipawx b’dgħajjes tagħhom, kemm inġabu f’Malta, kemm ittieħdu l-Italja u kemm ittieħdu l-Libya?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Mellieħa – Park tal-Familja — sorveljanza

Question

Jista’ l-Ministru jserraħ ras ir-residenti tal-Mellieħa, u dawk kollha li jagħmlu użu mill-Park tal-Familja fl-istess lokalità, li se tkun qed tiżdied is-sorveljanza tal-Pulizija u tal-Uffiċjali tal-Komunità (Wardens)? Dan wara li fl-aħħar xhur kien hemm għaddejjin attivitajiet/inċidenti li qed iħassbu u jinkwetaw mhux ftit lil dawk li jiffrenkwentaw il-post għall-skopijiet ta’ rikreazzjoni, ħarġiet għall-familja kif ukoll għall-attvitajiet fiżiċi u anke sportivi.

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi kemm l-Pulizija tad-Distrett u dawk tal-Komunità fl-istess lokalità, kif ukoll l-Uffiċjali tal-Komunità (LESA), jagħmlu ronda regolarment fil-Park tal-Familja, imma wkoll f’lokalitajiet u f’toroq oħra tal-Mellieħa.

Użu tal-mobile phone — ċitazzjonijiet

Question

Billi s-sena l-oħra ngħataw madwar 8,000 ċitazzjoni fuq persuni li nqabdu jużaw il-mobile phone waqt li kienu qed isuqu, jista’ l-Ministru jindika kemm hija l-multa medja mogħtija lil kull persuna li nstabet ħatja b’dan ir-reat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-provedimenti fit-Tieni Skeda tal-Ordinanza dwar it-Traffiku, Kap. 65 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Mandat ta' Arrest ta' persuna

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull dokument/deċiżjoni tal-Interpol, meħuda fix-xahar ta’ Ottubru 2021, fejn fiha/fihom irrevokat il-mandat ta’ arrest internazzjonali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament maħruġ mill-awtoritajiet ta’ Ċipru u li fih l-Interpol (permezz taċ-Chairman of the Commission for the Control of INTERPOL's Files li d-dettalji dwaru ukoll qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, , kif ukoll il-Commission Secretariat) iddikjarat hekk: "43. The Commission considers that it evaluates all relevant information and pertinent elements when it applies the predominance test, as mentioned in paragraph 32 above, and as such, inview of the general context of the case, the lack of sufficient information linking the wanted individual to the charges against him supports his arguments of a predominantly political nature to the proceedings.”, kif ukoll: "44. Accordingly, and in view of all the above-mentioned elements, even assuming the offenses as described are of a common-law character, the commission finds that the NCB of Cyprus has not provided sufficient elements to counterbalance the arguments brought by the Applicant concerning a political predominance of the proceedings, and has not provided sufficient facts that specifically link the Applicant to the charges against him. Therefore, the Commission is prevented from concluding that the data challenged in this regard comply with Article 3 of INTERPOL's constitution. FOR THESE REASONS, THE COMMISSION Decides that the data concerning the Applicant are not compliant with INTERPOL'S rules applicable to the processing of personal data, and that they shall be completed from INTERPOL's files

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant huwa każ li kif indika hu fil-mistoqsija tiegħu, jirrigwardja Stat ieħor.