Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol – Direct orders ta' inqas minn €2,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2026?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Permessi ta’ residenza – Applikazzjonijiet – Żmien ta’ proċessar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2947, 4566 u 4975 u jgħid x’kien iż-żmien medju li ħadet l-Aġenzija Identità biex tipproċessa u tiddeċiedi applikazzjonijiet għal permess ta’ residenza matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont il-kategorija tal-applikazzjoni? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew deċiżi applikazzjonijiet wara li skada ż-żmien statutorju stabbilit mil-liġi, u kemm applikazzjonijiet għadhom pendenti llum, lil hinn minn dak iż-żmien?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra
Id-Dipartiment tal-Artijiet – Avviżi ta’ infurzar f’Tas-Sliema
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4903 u jgħid kemm inħarġu avviżi ta’ infurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet f’Tas-Sliema mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull avviż, jagħti d-data ta’ meta nħareġ u n-natura tal-ksur jew il-kwistjoni li tkun qed tiġi indirizzata?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ avviżi ta’ infurzar li nħarġu mill-Awtorità tal-Ippjanar, sa mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha qiegħda tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, f’Tas-Sliema, huwa tmienja u għoxrin (28).
Hawn taht hija l-lista li tagħti d-dettalji ta’ kull avviż. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar.
List of Enforcement notices issued between 01/01/2022 and 30/10/2026 - Sliema
Local Council
Case Full Ref
Sliema
EC/00003/22
Sliema
EC/00016/22
Sliema
EC/00169/22
Sliema
EC/00110/23
Sliema
EC/00112/23
Sliema
EC/00173/23
Sliema
EC/00182/23
Sliema
EC/00190/23
Sliema
EC/00164/23
Sliema
EC/00166/23
Sliema
EC/00165/23
Sliema
EC/00167/23
Sliema
EC/00169/23
Sliema
EC/00170/23
Sliema
EC/00217/23
Sliema
EC/00172/23
Sliema
EC/00039/24
Sliema
EC/00176/24
Sliema
EC/00003/25
Sliema
EC/00044/25
Sliema
EC/00078/25
Sliema
EC/00091/25
Sliema
EC/00178/25
Sliema
EC/00013/26
Sliema
EC/00016/26
Sliema
EC/00088/26
Sliema
EC/00122/26
Sliema
EC/00129/26
Id-Dipartiment tal-Artijiet – Avviżi ta’ infurzar f’San Ġiljan
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4902 u jgħid kemm inħarġu avviżi ta’ infurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet f’San Ġiljan mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull avviż, jagħti d-data ta’ meta nħareġ u n-natura tal-ksur jew il-kwistjoni li tkun qed tiġi indirizzata?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ avviżi ta’ infurzar li nħarġu mill-Awtorità tal-Ippjanar, sa mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha qiegħda tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, f’San Giljan, huwa sittax (16).
Hawn taht hija l-lista li tagħti d-dettalji ta’ kull avviż. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar.
List of Enforcement notices issued between 01/01/2022 and 30/10/2026 - San Giljan
Local Council
Case Full Ref
San Giljan
EC/00001/22
San Giljan
EC/00020/23
San Giljan
EC/00059/23
San Giljan
EC/00154/23
San Giljan
EC/00179/23
San Giljan
EC/00195/23
San Giljan
EC/00213/23
San Giljan
EC/00061/24
San Giljan
EC/00062/24
San Giljan
EC/00092/24
San Giljan
EC/00143/24
San Giljan
EC/00053/26
San Giljan
EC/00063/26
San Giljan
EC/00085/26
San Giljan
EC/00095/26
San Giljan
EC/00101/26
Id-Dipartiment tal-Artijiet – Avviżi ta’ infurzar fil-Gżira
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4901 u jgħid kemm inħarġu avviżi ta’ infurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet fil-Gżira mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u għal kull avviż, jagħti d-data ta’ meta nħareġ u n-natura tal-ksur jew il-kwistjoni li tkun qed tiġi indirizzata?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ avviżi ta’ infurzar li nħarġu mill-Awtorità tal-Ippjanar, sa mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha qiegħda tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fil-Gżira, huwa disgħa (9).
Hawn taht hija l-lista li tagħti d-dettalji ta’ kull avviż. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar.
List of Enforcement notices issued between 01/01/2022 and 30/10/2026 - Gzira
Local Council
Case Full Ref
Gzira
EC/00027/24
Gzira
EC/00013/24
Gzira
EC/00045/24
Gzira
EC/00042/25
Gzira
EC/00055/25
Gzira
EC/00065/25
Gzira
EC/00162/25
Gzira
EC/00005/26
Gzira
EC/00115/26
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-politika tal-Gvern biex jitħarsu l-identità, il-karattru arkitettoniku u t-tessut urban tal-irħula ż-żgħar li għadhom fil-biċċa l-kbira preservati? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra miżuri speċifiċi biex dawn l-irħula ma jgħaddux minn urbanizzazzjoni eċċessiva li twassal għat-telf tal-identità u tal-karatteristiċi tradizzjonali tagħhom, u jekk iva, liema huma dawn il-miżuri?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, apparti l-impenn li jinsab fil-Manifest Elettorali, hemm fis-seħħ diversi policies u strumenti ta’ ppjanar li għandhom l-għan li jħarsu l-identità, il-karattru arkitettoniku u t-tessut urban tal-irħula ż-żgħar li fil-biċċa l-kbira tagħhom għadhom preservati. Fost dawn insibu l-Urban Objective 2 tal-Strategic Plan for Environment and Development 2015 (SPED), li tipprevedi t-titjib tat-townscape u tal-ambjent taċ-ċentri storiċi, filwaqt li tistabbilixxi preżunzjoni kontra t-twaqqigħ ta’ proprjetajiet li jistħoqqilhom konservazzjoni u tipprovdi li l-għoli tal-iżvilupp fiż-Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana għandu jirrispetta l-kuntest urban eżistenti. Barra minn hekk, il-Pjanijiet Lokali jidentifikaw u jirregolaw iż-Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana (UCA), filwaqt li d-Development Control Design Policy, Guidance and Standards 2015 (DC15), partikolarment il-Policy P6 – Transition Design Solutions, tipprovdi gwida speċifika dwar żvilupp propost fil-periferija ta’ dawn iż-żoni, permezz tas-sezzjoni “Transition Solutions Immediately Outside UCA”.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux l-intenzjoni li jintroduċi miżuri jew policies speċifiċi biex ikun hemm tranżizzjoni aktar ċara u armonjuża bejn iż-żoni residenzjali u l-art barra miż-żona tal-iżvilupp (ODZ)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bi tweġiba għall-mistoqsija rigward policies li jassiguraw tranżizzjoni aktar ċara u armonjuża bejn iż-żoni residenzjali u l-art barra miż-żona tal-iżvilupp (ODZ), qed issir referenza ghad-Development Control Design Policy Guidance and Standards 2015 (DC15) u b’mod speċifiku għall-policy P6 – Transition Design Solutions. Din il-policy diġa’ tinkludi sezzjoni li tiggwida żvilupp li jkun proponut fix-xifer taż-żona tal-iżvilupp jiġifieri – Transition Solutions Between DZ edge and ODZ.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Gvern beħsiebu jippreżenta proposti konkreti għar-reviżjoni tal-Local Plans, u jekk hemmx skeda ta’ żmien stabbilita għal dan il-proċess?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kwalunkwe reviżjoni tal-Pjanijiet Lokali teħtieġ li tiġi segwita l-proċedura prevista mil-liġi, inkluż proċess estensiv ta’ konsultazzjoni pubblika sabiex il-partijiet interessati u l-pubbliku jkunu jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom. Għaldaqstant, kull tħabbira dwar dan il-proċess issir f’dan il-kuntest.
Raħal ġdid – Triq Għajn Dwieli – Xogħlijiet u nfiq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali għax-xogħol ta’ resurfacing ta’ Triq Għajn Dwieli, (li tgħaqqad Raħal Ġdid mal-Kottonera), li sar qabel l-aħħar ta’ Mejju 2026? Fid-dawl li l-wiċċ tat-triq qed jerġa’ jitħaffer biex isiru xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC), jista’ jgħid kemm hi l-ispiża stmata biex din it-triq terġa’ tiġi asfaltata u rrestawrata għall-istat li kienet fih wara r-resurfacing riċenti? Jista’ jgħid ukoll jekk din hix ser titħallas minn Infrastructure Malta jew mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u jekk le, min se jħallas?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Fir-rigward tal-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 3090. Għat-tieni parti, nitlob lill-Onor Interpellanta tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Siti storiċi - Permessi ta’ żvilupp - Preservazzjoni ta’ karatteristiċi arkitettoniċi u viżivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-permessi ta’ żvilupp għal interventi f’siti storiċi jistgħux jinkludu kundizzjonijiet speċifiċi dwar il-preservazzjoni ta’ karatteristiċi arkitettoniċi u viżivi li huma rilevanti għall-użu tas-sit bħala location għall-films? Jekk iva, jista' jagħti eżempji ta’ dawn il-kundizzjonijiet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Kull permess għall-iżvilupp jinkludi sett ta’ kundizzjonijiet standard, però jista’ jinkludi ukoll kundizzjonijiet speċifiċi relatati mas-sit in kwistjoni. Ir-rilevanza tal-użu tas-sit bħala location għall-films m’hix kunsiderazzjoni li normalment titqies waqt il-proċess tal-ippjanar sakemm l-applikazzjoni innifisha ma tkunx relatata mal-użu tas-sit għall-filming.
Kundizzjonijiet speċifiċi dwar preservazzjoni ta’ karatteristiċi arkitettoniċi jinkludu monitoraġġ tax-xogħlijiet, garanziji bankarji u kundizzjonijiet minn entitajiet esterni bħas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Garanziji ivarjaw minn €700 sa €23,000 bħala ammonti standard filwaqt li l-ammonti jistgħu jiżdiedu jew jonqsu jekk ikun hemm karatteristiċi partikolari.
Awtorità tal-Ippjanar - Konsultazzjoni mal-Kummissjoni Maltija għall-Films
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-proċess tal-evalwazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal interventi f’siti storiċi li huma magħrufa għall-użu tagħhom bħala locations għall-films, l-Awtorità tal-Ippjanar tikkonsultax mal-Kummissjoni Maltija għall-Films dwar l-impatt potenzjali tal-interventi fuq dan l-użu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
L-Awtorità tal-Ippjanar tiċċara illi l-attivitajiet relatati mal-ġbid ta’ films huma regolati permezz tal-Ordni dwar in-Notifikazzjoni tal-Iżvilupp (Development Notification Order), skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 552.08 tal-Liġijiet ta’ Malta, b’mod partikolari l-Klassi 19 – Filming and Activities.
Din il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti applikabbli għal kull klassi ta’ żvilupp, inklużi l-konsultazzjonijiet u l-approvazzjonijiet meħtieġa mill-entitajiet kompetenti.
Fil-każ ta’ interventi f’siti ta’ valur storiku jew kulturali, l-Awtorità tirrikjedi li l-applikant jissottometti l-approvazzjoni (clearance) tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali matul il-proċess tal-evalwazzjoni tal-applikazzjoni, sabiex jiġi żgurat li l-interventi proposti jkunu ġew ikkunsidrati mill-awtorità responsabbli mill-ħarsien tal-wirt kulturali.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1160 u 3101, li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet u lill-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi u li issa ġiet referuta lilu, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) jew Infrastructure Malta għamlux xi spezzjoni jew stħarriġ fuq il-pedamenti u l-moviment tal-art fi Ġnien is-Sinjura fl-Imtarfa? Jekk iva, jista' jgħid x’kienu r-riżultati? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx ħsieb li ssir spezzjoni, u jassigura li m’hemm l-ebda periklu għall-pubbliku u għar-residenti tal-madwar?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28527 tat-28 ta' Mejju 2025 tal-14-il Leġislatura, fejn intqal li b'konsultazzjoni mal-Kamra tal-Ġeologisti kienet qed tiġi abbozzata liġi dwar ir-rikonoxximent tal-ġeologi bħala professjoni, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju tinsab din il-liġi? Jista' jgħid ukoll meta hu antiċipat li l-abbozz jiġi ppreżentat fil-Parlament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jew l-Awtorità tal-Ippjanar ikkummissjonawx jew irċevewx studji dwar id-domanda prevista għas-servizzi ta' kremazzjoni f'Malta u Għawdex? Jekk iva, jista' jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra u jgħid jekk dawn ġewx ikkunsidrati fil-proċessi ta' ppjanar relatati mal-faċilitajiet proposti? Jista' jgħid ukoll jekk saritx evalwazzjoni tal-impatt ambjentali kumulattiv tal-faċilitajiet proposti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kull applikazzjoni għall-iżvilupp tiġi pproċessata u determinata mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq il-mertu tagħha u skont il-liġijiet, il-policies u l-proċeduri applikabbli. Kwalunkwe deċiżjoni tittieħed wara li jiġu kkunsidrati l-fatti, iċ-ċirkostanzi u d-dokumentazzjoni rilevanti ta' kull applikazzjoni.
Ordni dwar Klassijiet ta’ Użu fl-Ippjanar tal-Iżvilupp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, għall-finijiet tal-Klassi 1(b), huwiex meħtieġ li mill-inqas persuna waħda li tagħti l-kura tkun tirrisjedi fil-post, jew jekk il-kura mogħtija biss minn ħaddiema li ma jirrisjedux fil-post u li jaħdmu fuq xiftijiet hijiex biżżejjed?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Ordni dwar Klassijiet ta’ Użu fl-Ippjanar tal-Iżvilupp
Question
Jista’ l-Ministru jispjega r-raġunijiet għall-A.L. 301 tal-2026 - Ordni tal-2026 li jemenda l-Ordni dwar il-Klassijiet ta’ Użu fl-Ippjanar tal-Iżvilupp, li jemenda t-tifsira ta’ “kura” fl-Ordni dwar il-Klassijiet ta’ Użu fl-Ippjanar tal-Iżvilupp (L.S. 552.15)? Jista’ jgħid ukoll liema entità jew entitajiet talbu din il-bidla?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Permessi ta’ residenza – Applikazzjonijiet – Żmien ta’ proċessar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2947 u 4566 u jgħid x’kien iż-żmien medju li ħadet l-Aġenzija Identità biex tipproċessa u tiddeċiedi applikazzjonijiet għal permess ta’ residenza matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont il-kategorija tal-applikazzjoni? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew deċiżi applikazzjonijiet wara li skada ż-żmien statutorju stabbilit mil-liġi, u kemm applikazzjonijiet għadhom pendenti llum, lil hinn minn dak iż-żmien?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li fuqhom se ssir tiswija jew isiru mill-ġdid fil-lokalità ta’ B’kara? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk it-toroq li bħalissa diġà għaddej ix-xogħol fuqhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li fuqhom se ssir tiswija jew isiru mill-ġdid fil-lokalità tal-Belt Valletta? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk it-toroq li bħalissa diġà għaddej ix-xogħol fuqhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.