Billi ripetutament qed nibqa' nirċievi ilmenti minn residenti fiċ-ċentru ta' San Pawl il-Baħar li minkejja t-titjib li sar fuq ir-rotot li jaqdu dawn l-inħawi xorta qed ikun hemm ħinijiet matul il-ġurnata li fihom ikollhom jistennew għal ħin twil, kemm fid-direzzjoni tal-Belt kif ukoll fid-direzzjoni tax-Xemxija, jista'
l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — persuni li ħadu promozzjoni jew inbidlitilhom id-designazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29621 u jagħti lista ta' dawk in-nies fid-dekasteru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu li ħadu promozzjoni u/jew inbidlitilhom id-desinjazzjoni tax-xogħol tagħhom mis-sena 2008 sal-lum? Jista' jindika wkoll is-salarju, l-pożizzjoni u l-benefiċċji li kellu/kellha qabel il-promozzjoni u wara l-promozzjoni? Min kienet il-persuna/persuni fid-deċiżjoni tal-promozzjoni u dawk li kienu fuq l-interviewing board? Jista' jindika kemm hu numru ta' pożizzjoniet li qed jippjana li jirrevedi fit-tliet snin li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36494 u jikkonferma jekk ingħatawx xi flus jew benefiċċji oħra liċ-Chairmen u lis-CEOs preċedenti b'relevanza tar-riżenja tagħhom? Jekk fl-affermativ, jista' jagħti dettalji tal-beneffiċji/flus li ngħataw filwaqt li jindika jekk ir-riżenja kinetx b'mod voluntarju u mingħajr pressjoni politika/ministerjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-każ tal-Awtorita' Marittima ta’ Malta ngħata kumpens ta’ €52,526 lis-CEO preċedenti b’relazzjoni mar-riżenja tiegħu fis-sena 2009.
Fil-każ tal-Awtorita’ dwar it-Trasport (ADT) ġie tterminat il-kuntratt tac-CEO preċedenti li ngħata €24,257 f’Diċembru 2009.
Ma kien hemm l-ebda pressjoni politika/ministerjali biex dawn jirriżenjaw.
Ma ngħata l-ebda kumpens liċ-Chairman preċedenti taż-żewġ awtoritajiet.
Ninsab infurmat ukoll li ċ-Chairman tal-MITA preċedenti ma ngħata l-ebda benefiċċji jew flus b’relevanza mar-riżenja.
Is-CEO preċedenti tal-MITA ingħata s-somma ta’ €2,289,65 għal spejjeż ta’ rilokazzjoni kif kien stipulat fil-kuntratt tal-impjieg.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36989 u jgħid x’inhu l-pakkett finanzjarju inkluż il-benefiċċji supplimentri li qed jingħataw liċ-Chairman u lis-CEO ta’ kull dekasteru? Jista' jindika wkoll x’kien l-pakkett finanzjarju inkluż il-benefiiċċji supplimentari li kienu jingħataw liċ-Chairman’s u lis-CEO’s preċedent? Jista' jikkonferma jekk ingħatawx xi flus jew benefiċċji oħra liċ-Chairmen u lis-CEO’s preċedent b’relevanza tar-riżenja tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-benefiċċji/flus li ngħataw filwaqt li jindika jekk ir-riżenja kenitx b’mod volontarju u mingħajr pressjoni politika/ministerjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.38150.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36990 u jagħti lista tas-safar kollu li saru fid-dekasteru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2009 sal-lum? Għal kull safra, jista' jgħid min kienet il-persuna/i li pparteċipaw, il-pożizzjoni tal-persuna, dekasteru/dipartiment, l-iskop, destinazzjoni, kemm ħadu allowance kull persuna, spejjeż oħra relatati mal-vjaġġ, jekk il-vjaġġ hux relatat ma' working group/training/project meeting relatat mal-Unjoni Ewropea, u jekk il-lukanda kenitx mħallsa minn qabel? Jista' jgħid jekk kienx hemm breakfast imħallas minn qabel u jekk kienx hemm lunch/dinner mħallas minn qabel, jekk hux re-imbursed mil-Unjoni Ewropea filwaqt li jindika wkoll kemm damet is-safra? Jista' l-Ministru jagħti lista għal kull individwu li siefer fuq xogħol uffiċjali? Jista' jindika t-total ta’ allowance li ħa flimkien wkoll it-total ta’ ġranet li kien fuq safar? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull sena, mis-sena 2009 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm matul l-2012 inġabru flus mill-ħlas ta' liċenzja tat-televiżjoni għas-sena 2012 stess?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-ħlas tal-liċenzji tat-televiżjoni kien isir bis-sena ‘l quddiem u l-aħħar kontijiet li ntbagħtu kienu fis-sena 2011. Il-ħlasijiet li saru minn Jannar sa l-aħħar ta’ Ottubru 2012, li laħqu Ewro551,053, jinkludu arretrati tas-snin ta’ qabel.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex xogħlijiet fi Triq is-Simar, Xemxija, twaqqfu u ma tkomplewx anke jekk kien imwiegħed li l-imsemmija triq kellha titlesta bħalma tlestew toroq oħra taħt l-iskema Private Public Partnership, kif indikat f'Memo 45/2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 36614. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitolbu jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37796 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilu u jispjega x'jonqos isir biex it-trejqa li tinsab tmiss ma' blokk li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tiġi rranġata sabiex dak li għandu titolu ta' kera mingħand il-gvern tal-garaxx li jagħti għal din it-trejqa jkun jista' jagħmel użu minn dan il-garaxx? Għaliex din it-trejqa baqgħet ma qatt ġiet irranġata minkejja l-lamenteli ta' dan il-kerrej u saħansitra domandi parlamentari? Jagħmel sens li l-gvern jikri garaxx lil ċittadin li imbagħad ma jkunx jista' joħroġ minnu minħabba l-istat disastruż tat-trejqa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta mhix responsabbli ta’ din it-trejqa u biex għalhekk jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm Transport Malta irċeviet, xahar b'xahar, ilmenti mill-pubbliku minn mindu bdiet topera l-kumpanija Arriva (Malta) mill-bidu ta' Lulju 2011 sal-aħħar ta' Ottubru 2012?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista l-Ministru jgħid kemm-il darba Transport Malta imponiet multi fuq l-operat tal-kumpanija Arriva (Malta), xahar b'xahar, minn mindu bdiet taħdem f'Lulju 2011 sal-aħħar ta' Ottubru 2012? Kemm kienet tammonta l-multa għal kull każ u għal-liema raġuni ġiet imposta l-multa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' konformità ġew mgħoddija lill-kumpanijja Arriva (Malta) minn Transport Malta, xahar b'xahar, minn mindu bdiet topera sal-aħħar ta' Ottubru 2012? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn ir-rapporti ta' konformità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li Triq Gerxija fis-Sannat, Għawdex hija triq dejqa u għalhekk meta jkun hemm il-vetturi pparkjati ġieli jinqalgħu problemi ta' aċċess anke għall-garaxxijiet li jinsabu f'din l-istess triq, jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta rċevitx ilmenti f'dan ir-rigward u jekk fl-affermattiv jista' jgħid x'azzjoni ttieħdet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Sannat bagħat talba lil Transport Malta sabiex issir spezzjoni fuq il-post rigward l-aċċess għall-garaxxijiet. Madankollu, it-talba tal-Kunsill kellha informazzjoni nieqsa u l-Awtorita’ qed tistenna tali informazzjoni sabiex tkun f’pożizzjoni li tkompli tipproċessa din it-talba.
Ħaż-Żabbar — Triq Patri Felicjan Grech - tiswija tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38285 u jgħid meta se ssir Triq Patri Felicjan Grech (area ta’ St. Peter) ġewwa Ħaż-Żabbar meta din suppost saret diġà skont ma kien intqal lir-residenti tal-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ma' tagħmilx parti mill-programm tax-xogħlijiet eżistenti ta’ Transport Malta. Madankollu, din it-triq ġiet inkluża mill-Kunsill Lokali fil-lista proposta ta’ toroq residenzjali li qatt ma' saru, liema lista ġiet sottomessa lil Transport Malta fid-29 t’Awissu 2012. Għaldaqstant, bħalissa Transport Malta qed tevalwa din il-lista għall-programm tax-xogħlijiet li jmiss ta’ bini ta’ toroq.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38341, 38160 u 37887 u jgħid x'kienet in-nefqa li għamlet Transport Malta għal bini ta' car park fl-Għalqa ta' Kola fir-Rabat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38273, 38114 u 37869 u jgħid kemm kien stmat li kellu jiġi jiswa x-shelter taż-żwiemel fil-Valletta Waterfront? Kemm fil-fatt ġie jiswa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Valletta — Tneħħija ta' Bollards minn Triq it-Teatru
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38342 u 38122 u jgħid x'inhi r-raġuni għala l-bollards li hemm fi Triq it-Teatru, kantuniera ma' Old Bakery Street, il-Belt, mhux talli tneħħew iżda anke t-toqob fejn kienu jitpoġġew issa ngħataw il-konkos u dan meta dawn il-bollards kienu jassiguraw li ma jidħlux vetturi fl-area pedonali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37909 u 36321 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu d-deċiżjoni sabiex isir ix-xogħol li jwassal sabiex ċnut fuq il-postijiet li jaqsmu Wied il-Għasel tiżdidilhom filata ma' dak li hemm fil-preżent, peress li l-punt li jaqsam Wied il-Għażel f'Triq il-Kostituzzjoni illum jitqies periklu u huwa baxx ħafna, filwaqt li l-pont il-Kbir li jaqsam Wied il-Għasel li hemm f'tarf Triq il-Fortizza jkun utli li dan tiżdidlu filata ma dak li hemm fil-preżent?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38292, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min hu responsabbli biex jawtorizza tali surveillance cameras? Jista' jgħid jekk hemmx liġijiet li jaqgħu taħt Transport Malta li ma jippermettux twaħħil ta' tali cameras?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38371 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim tal-Public Service Obligation bejn il-kumpanija Grimaldi u l-Gvern Malti?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.