Ta’ Qali - Dawl pubbliku u sigurtà tal-persuni mexjin
Question
Fid-dawl ta’ tħassib imressaq minn residenti dwar viżibilità baxxa billejl fiż-żona ta’ Ta’ Qali, tista’ l-Ministru tgħid:
i. liema entità hija responsabbli mid-dawl pubbliku fit-toroq, il-passaġġi pedonali u l-parkeġġi tal-Park Nazzjonali u ta’ madwaru;
ii. meta saret l-aħħar spezzjoni tad-dawl u valutazzjoni tas-sigurtà tal-persuni li jkunu mexjin, u x’nuqqasijiet ġew identifikati;
iii. liema tiswijiet jew titjib fid-dawl huma ppjanati, x’baġit ġie allokat u meta ser jitlestew; u
iv. jekk saritx valutazzjoni, flimkien ma’ Transport Malta u l-Pulizija, tal-ħtieġa għall-passaġġi u punti ta’ qsim imdawla aħjar u miżuri biex titnaqqas il-veloċità tal-vetturi?
Tista’ wkoll tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kwalunkwe rapport jew valutazzjoni rilevanti?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm sabiex isir l-investiment meħtieġ biex tittejjeb is-sitwazzjoni tal-immaniġġjar tal-iskart fil-lokalità ta’ Birżebbuġa?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li l-immaniġġjar tal-iskart, bħal f’kull lokalità huwa mħaddem mill-Kunsill Reġjonali u jservi l-lokalitajiet kollha. Fejn hemm diffikultajiet, dawn ikunu rrappurtati lill-kuntrattur rispettiv biex jieħu l-miżuri korrettivi
neċessarji.
Tista’ l-Ministru tindika r-riżorsi allokati għall-immaniġġjar tal-iskart fil-lokalità ta’ Birżebbuġa tramite r-Reġjun Nofsinhar, liema lokalità qed tiffaċċja sfidi kbar fl-immaniġġjar tal-iskart domestiku u kummerċjali?
Port ta’ Marsaxlokk - Venda għad-dgħajjes tat-turisti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li ssir venda għad-dgħajjes tat-turisti fil-Port ta’ Marsaxlokk?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mil-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk li l-venda ser tkun tifforma parti minn sejħa għall-offerti li l-Kunsill mistenni joħroġ fil-ġimgħat li ġejjin wara konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Kuntratti u TM.
Marsaskala - Kunsill Lokali - Riżorsi mogħtija mid-Dipartiment għall-Indafa Pubblika
Question
Tista’ l-Ministru tindika r-riżorsi umani u finanzjarji mogħtija mid-Dipartiment għall-Indafa Pubblika lill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala għaż-żamma tal-istess lokalità?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Fil-preżent id-Divizjoni għat-Tindif u Manutenzjoni tipprovdi tmien kenniesa għaż-żamma tal-indafa fil-lokalità ta’ Marsaskala. Ma dawn it-tmien ħaddiema hemm ukoll ingaġġjat supervisor għall- kontroll u moniteraġġ tax-xogħol mwettaq fil-lokalità, jiġi provdut ukoll tagħmir għat-tindif skont kif meħtieġ.
Barra min hekk, id-Diviżjoni permezz ta’ sezzjonijiet rispettivi tieħu ħsieb ukoll b’mod regolari iż-żamma tal-indafa tal-bajjiet u promenade tal-istess lokalità.
Tista’ l-Ministru tindika r-riżorsi allokati għall-immaniġġjar tal-iskart fil-lokalità ta’ Marsaskala tramite r-Reġjun Nofsinhar, liema lokalità qed tiffaċċja sfidi kbar fl-immaniġġjar tal-iskart domestiku u kummerċjali?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mil-Kunsill Reġjonali Nofsinhar li bħala l-entitá responsabbli mill-ġbir tal-iskart domestiku minn bieb għal bieb u mill-ġbir tal-iskart kummerċjali għar-riċiklaġġ (il-borża griża), għandu uffiċjal Maniġerjali full-time. Fil-preżent, il-Kunsill Reġjonali qed imexxi kampanji edukattivi fosthom it-tnedija tal-proġett Riċiklin, dwar l-immaniġġjar xieraq tal-iskart.
Għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-kampanji, il-Kunsill Reġjonali qed juża r-riżorsi umani li diġà għandu impjegati miegħu fil-preżent.
Tista’ l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm sabiex isir l-investiment meħtieġ biex tittejjeb is-sitwazzjoni tal-immaniġġjar tal-iskart fil-lokalità ta’ Marsaskala?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li l-immaniġġjar tal-iskart, bħal f’kull lokalità huwa mħaddem mill-Kunsill Reġjonali u jservi l-lokalitajiet kollha. Fejn hemm diffikultajiet, dawn ikunu rrappurtati lill-kuntrattur rispettiv biex jieħu l-miżuri korrettivi neċessarji.
Kunsill Lokali – Karigi amministrattivi u klerikali – Verifiki
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema verifiki għandhom isiru qabel ma persunal amministrattiv jew klerikali jiġi ingaġġat mill-kunsilli lokali?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Qabel ma persunal klerikali jiġi ingaġġat minn Kunsill Lokali, għandu jiġi vverifikat li l-kandidat jissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà, il-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa għall-kariga rispettiva, skont il-Ftehim Kollettiv għall-Ħaddiema Klerikali ġewwa l-Kunsilli Lokali u Reġjonali 2024–2028.
Tista’ l-Ministru tagħti, għal kull kunsill lokali, l-għadd ta’ postijiet mimlija u vakanti f’kull kariga, u tgħid min qiegħed jaqdi d-dmirijiet marbuta mal-karigi vakanti u taħt liema arranġamenti? Tista’ tgħid ukoll liema kunsilli, jekk hemm, għandhom aktar impjegati f’xi waħda minn dawn il-karigi mill-għadd previst, u jagħti r-raġunijiet għal dan?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Kunsill Lokali – Karigi amministrattivi u klerikali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma l-karigi amministrattivi u klerikali li kull kunsill lokali huwa obbligat li jkollu jew li huma previsti fl-istruttura tal-persunal tiegħu, u tagħti, għal kull kariga, l-isem uffiċjali, l-iskala tas-salarju u l-għadd ta’ postijiet previsti?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-karigi amministrattivi u klerikali f'kull Kunsill Lokali huma dawk indikata fil-ftehim kollettiv għall-Ħaddiema Klerikali ġewwa l-Kunsilli Lokali u Reġjonali (2024-2028). Il-Kunsill mhux obbligat li jimla jew ikollu persuna għal kull kariga u sta għall-Kunsill li jiddeċiedi kemm jimpjega persuni u f'liema postijiet.
Tista’ l-Ministru tgħid kif qed jiġu allokati l-madwar €3 miljun imħabbra fil-Baġit 2026 għal proġetti komunitarji, fosthom ċentri għall-għaqdiet volontarji, faċilitajiet sportivi, proġetti ekkleżjastiċi u restawr? Tista’ tagħti lista tal-benefiċjarji u l-ammont approvat għal kull proġett?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-proġetti komunitarji mill-vot li fih ċifra ta’ Eur3 miljuni huma proġettati kif jidher hawn taħt. L-ammonti approvati għadhom ma ġewx konklużi f’dan l-istadju.
Tisbiħ ta’ Spazji Pubbliċi
Lokalità
Proġett
Vittoriosa
Repaving of Triq Wenzu Dyer
Mqabba
Construction of a public garden overlying an existing stormwater reservoir -Triq il-Ħajt tal-Matla
Kirkop
Embellishment of Ġnien Rousset
Qrendi
Embellishment of Tal-Ħniena Chapel area
Mqabba
Demolition of existing Public Convenience and construction of a Community Clinic and Local Council Hall
Birżebbuġa
Birżebbuġa Master Plan
Mellieħa
Paving, construction of rubble walls and fencing, and landscaping works at the PWD North Region District Office.
Cospicua
Paving works at Pjazza Gavino Gulia
NGO’s
Lokalita
Proġett
Mġarr
Refurbishing works at Ex-Water Pumping Station – Għaqda Banda Mġarr
Birżebbuġa
Birżebbuġa: Heating systems at Birżebbuġa Aquatic & Sports Club
Birzebbuġa
Construction of Regatta Club Facilities
Bormla
Works within the Regatta Club
Floriana
Raised flooring at backyard of Children's Hub at Maison Notre Dame, St. Calcedonius Square
Religious Organisations
Lokalità
Proġett
Paola
Lighting of façade of Poala Basilica
Mqabba
St Catherine's Chapel Mqabba
Kirkop
Refurbishment and re-construction of the Domus Kirkop Parish Church St Leonard
Fgura
Architectural Lighting of Church
Birkirkara
Reconstruction of the belfry of the Oratory MSSP
Kirkop
St. Leonard's Parish Church - Restoration/replacement of balustrades in parvis
Żurrieq
Ċentru Parrokkjali: Installation of a Passenger Lift
Tista’ l-Ministru tgħid kemm inħolqu spazji pubbliċi ġodda taħt il-proġetti mħabbra fil-Baġit 2026 u kemm spazji ġew riġenerati? Tista’ tagħti lista ta’ dawn il-proġetti u tindika kemm minnhom huma miftuħa għall-pubbliku?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li nħolqu jew ġew riġenerati erbgħa u għoxrin spazju pubbliku. Il-proġetti ndikati huma kollha miftuħa għall-pubbliku.
Spazji miftuħa riġenerati taħt il-FA 2024-2026
Lokalità
Triq/Żona
Ħamrun
Triq Atoċja
Ġnien Anton Buttiġieġ
Isla
Ġnien il-Gardjola
Kirkop
Ġnien Rousset
Gudja
Ġnien Raymond Caruana
Għaxaq
Ġnien 2000
Mġarr
Wesgħat il-Ġublew
Mosta
Eco Garden, Triq il-Feniċi
Santa Margerita
Civic Centre
Triq il-Fortizza
Triq il-Mitna l-Qadima/Sqaq Xorxa
Mtarfa
Pjazza tal-Mtarfa, riġenerazzjoni
Qormi
Pjazza Narbona
Qrendi
Pjazza tal-Ħniena
Rabat
Kappella Sta Katerina tad-Daħla, spazju pubbliku
Kappella Ta' Casha, spazju pubbliku
Siġġiewi
Triq Ramija
Sliema
Triq Howard
Żebbuġ
Vjal il-Ħelsien
De Rohan Gate
Pjazza fi Triq Sciortino
Ġnien l-Indipendenza
Żurrieq
Belveder fi Triq Franġisk Coleiro
Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi – Bankini u żoni pedonali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm metri kwadri ta’ bankini u żoni pedonali ġew mibnija jew imtejba permezz tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi matul l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ wkoll taqsam din l-informazzjoni skont il-lokalità u l-proġett?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul is-sena 2026, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi wettaq diversi interventi ta’ kostruzzjoni, tisbiħ u titjib ta’ bankini u spazji pubbliċi f’diversi lokalitajiet madwar Malta.
Dawn ix-xogħlijiet kienu jinkludu fost oħrajn, aktar minn 7 kilometri ta’ bankini, pavimentar ta’ aktar minn 6,628 metru kwadru ta’ bankini, kif ukoll aktar minn 6,500 metru kwadru ta’ pavimentar fi spazji pubbliċi miftuħa. Il-lokalitajiet fejn saru dawn ix-xogħlijiet huma indikati fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tagħti lista tat-toroq arterjali f’Għawdex li sar xogħol fuqhom matul l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fil-kuntest tal-impenn imħabbar fil-Baġit 2025? Tista’ tgħid ukoll it-tul tat-toroq li saru, l-ispiża u jekk ix-xogħol tlestiex?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellanta tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministeru konċernat.
Ħal Kirkop – Proġett ta’ riorganizzazzjoni tat-traffiku
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-proġett ta’ riorganizzazzjoni tat-traffiku f’Ħal Kirkop tlestiex skont il-pjan oriġinali? Tista’ tgħid ukoll jekk kienx hemm dewmien, bidliet fil-pjanijiet jew żidiet fl-ispejjeż?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellanta tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministeru konċernat.
Ħal Qormi – Proġett ta’ riorganizzazzjoni tat-traffiku
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk ix-xogħlijiet ta’ riorganizzazzjoni tat-traffiku f’Ħal Qormi msemmija fil-Baġit 2025, tlestewx? Tista’ wkoll tagħti rendikont tax-xogħlijiet li saru, l-ispiża totali u jekk għadx hemm xogħlijiet pendenti?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellanta tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministeru konċernat.
Tal-Barrani – Proġett ta’ riorganizzazzjoni tat-traffiku
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-proġett ta’ riorganizzazzjoni tat-traffiku f’Tal-Barrani, li fil-Baġit 2025 kien previst li jitlesta, tlestiex kompletament? Tista’ tgħid ukoll jekk kienx hemm spejjeż addizzjonali fuq dawk oriġinarjament previsti, l-ispiża finali u tindika d-data tat-tlestija?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellanta tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministeru konċernat.
Skema Vjal Kulħadd – Proġetti li għadhom ma tlestewx
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-proġetti approvati taħt l-iskema Vjal Kulħadd għadhom ma tlestewx? Tista’ wkoll tindika r-raġuni għad-dewmien u d-data prevista għat-tlestija ta’ kull proġett?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew approvati proġetti taħt l-iskema Vjal Kulħadd, li għaliha tħabbret allokazzjoni ta’ €10 miljuni? Tista’ wkoll tagħti lista tal-proġetti maqsuma skont il-Kunsill Lokali, l-ammont approvat, l-ammont li effettivament intefaq u l-istat attwali ta’ kull proġett?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru konċernat.