Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34155 u 34431 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il għaqda sportiva ngħatat għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea sabiex ittejjeb il-faċilitajiet sportivi tagħha u liema kienu dawn l-għaqdiet? Jista’ jgħid ukoll kif għaqdiet oħra jistgħu jibbenefikaw minn skemi jew fondi simili?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tnax‑il għaqda sportiva bbenefikat minn fondi tal-Unjoni Ewropea bil-għan li ttejjeb jew taġġorna l-faċilitajiet sportivi tagħha, li għalihom qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Kull għaqda sportiva tistà tibbenefika mi̕nn skemi ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea skont il-kriterji ta’ eliġibilità u l-għanjiet speċifiċi tal-programmi rispettivi.
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali - Proġetti jew inizjattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34155 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Wied, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq u x’xogħol hu ppjanat li jsir?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat
Fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Ħammieri, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq u x’xogħol hu ppjanat li jsir?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat
Fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Ħelsien, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq u x’xogħol hu ppjanat li jsir?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali - Impjegati b’diżabilità - Parkeġġi riservati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parkeġġi riservati għall-impjegati b’diżabilità fi ħdan il-Ministeru tiegħu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fil-Ministeru għall-Fondi Ewropej u għall-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, kif ukoll fl-entitijiet li jaqgħu taħtu, hemm tliet parkeġġi riżervati għall-persuni b'diżabilita̕.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern implimentax l-“Indikatur Ġenwin tal-Progress”, li kellu jdaħħal kunsiderazzjonijiet soċjali u ambjentali biex jikkumplimenta l-kalkoli tal-Prodott Domestiku Gross?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-implimentazzjoni nnifisha hija responsabbiltà tal-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Health and Safety Officers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx Health & Safety Officer fid-dekasteru tiegħu u jekk iva, kemm?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Health & Safety Officer impjegat full time mhuwiex rikwest mil-liġi. Madanakollu għarfien rigward is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Strateġija biex jiżdied it-teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-ministeru biex jiżdied it-teleworking sabiex jissaħħaħ il-kunċett ta’ work-life balance u jitnaqqas it-traffiku?
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Teleworking – Medja ta’ sigħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fil-ministeru li jaqgħu taħtu li jippermettu teleworking u x’inhi hi l-medja tan-numru ta’ sigħat ta’ teleworking fil-ġimgħa f’kull entità?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li jienresponsabbli minnu, fejn huwa possibbli u x-xogħol jippermetti,jaddottaw miżuri ta prattiki tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.
Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu direct orders mill-ministeru tiegħu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall- Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm NGOs li bbenefikaw minn fondi Ewropej mill-2022 sal-2024?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li bejn l-2022 u l-2024, mija u sebgħin NGO bbenefikaw minn diversi programmi ta’ Fondi Ewropej amministrati b’mod dirett mill-Ministeru għall-Fondi Ewropej u għall-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, kif ukoll minn dipartimenti u entitijiet li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30758 u jgħid kemm ġie allokat baġit lil Malta mill-Unjoni Ewropea?
Jista’ jgħid ukoll:
i. kemm fondi ġew utilizzati s’issa (f’numri assoluti u persentaġġi);
ii. kemm minnhom għadhom ma ntefqux;
iii. liema oqsma tal-fondi tal-UE l-iktar li ntefqu; u
iv. liema oqsma tal-fondi tal-UE l-iktar li ma ntefqux?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32344 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32104 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal - Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32349 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32109 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu - Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32348 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32108 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.