Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet għall-komponent tal-Intelliġenza Artifiċjali taħt l-iskema "Digitalise your SME" sal-lum, maqsuma skont is-settur ekonomiku?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, sal-aħħar ta’ Settembru 2026, ġew sottomessi 180 applikazzjoni taħt l-iskema Digitalise your SME, li 35 minnhom kienu jinkludu component tal-Intelligenza Artifiċjali.
Dettalji tas-setturi ekonomiċi jinsabu fit-tabella ta’ hawn taħt:
Economic Sector
Applications with AI component
Accommodation & Food Service Activities
2
Administrative & Support Services Activities
2
Arts, Sports and Recreation
1
Education
2
Financial & Insurance Activities
1
Human Health & Social Work Activities
1
Manufacturing
5
Professional, Scientific & Technical Activities
8
Publishing, Broadcasting, & Content Production & Distribution Activities
1
Real Estate Activities
1
Telecommunication, Computer Programming, Consulting, Computing Infrastructure & Other Information Service Activities
2
Wholesale & Retail
9
Total
35
Postijiet tax-xogħol – Promozzjonijiet tal-ugwaljanza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew iffinanzjati inizjattivi biex tiġi promossa l-ugwaljanza fil-postijiet tax-xogħol?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lil l-Onorevoli Interpellanta li taħt il-Programm Operattiv tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) għal Malta 2014–2020 u l-Programm tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) għal Malta 2021–202, ġew iffinanzjati sittax-il inizjattiva li kkontribwew għall-promozzjoni tal-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol.
Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 3037
Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Każ ta’ individwu – Ħatriet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?
Il-Pjan ta’ Malta għall-Fond Soċjali tal-Klima - Sejħiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema sejħiet għall-applikazzjonijiet u/jew sejħiet għall-offerti huma mistennija li jinħarġu taħt il-Pjan ta’ Malta għall-Fond Soċjali tal-Klima li tnieda fis-6 ta’ Ottubru 2026? Jista’ wkoll, għal kull sejħa, jagħti d-data indikattiva tal-ħruġ tagħha, il-baġit allokat, il-benefiċjarji eliġibbli u l-entità responsabbli mill-implimentazzjoni?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li, wara t-tnedija tal-Pjan ta’ Malta għall-Fond Soċjali għall-Klima fis-6 ta’ Ottubru 2026, il-Gvern qed jipproċedi bit-tħejjijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-investimenti previsti fil-Pjan.
Akkomodazzjonijiet Soċjali - Investiment taħt il-Pjan Soċjali għall-Klima
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-1,431 unit ta' akkomodazzjoni soċjali li mistennija jibbenefikaw mill-installazzjoni ta' heat pump water heaters u sistemi fotovoltajċi bil-batteriji taħt il-Pjan Soċjali għall-Klima, u jipprovdi lista tagħhom maqsuma skont il-lokalità u l-blokka? Jista' jgħid ukoll liema huma l-236 unità ta' akkomodazzjoni soċjali magħżula jew ikkunsidrati għal deep renovation, lokalità b'lokalità, u xi kriterji speċifiċi se jintużaw sabiex jiġu magħżula l-benefiċjarji?
Sptar Mater Dei – Proġett ta’ estensjoni – Finanzjament ta’ fondi Ewropej
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1612, fejn intqal li “l-fondi Ewropej li oriġinarjament kienu ppjanati sabiex jikkonfinanzjaw l-Estensjoni tal-Emerġenza fl-isptar ġew allokati fuq proġetti infrastrutturali oħra”, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawn il-proġetti u kemm ġew allokati fondi Ewropej għal kull wieħed minnhom?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Kif spjegat fit-tweġiba mogħtija għall-PQ 1612, il-fondi allokati għall-estensjoni tad-Dipartiment tal-Emerġenza fi ħdan Mater Dei ġew trasferiti għal proġetti infrastrutturali oħra. Fil-fatt, l-allokazzjoni ta’ €35 miljun minn Fondi tal-UE maħsuba għal dan il-proġett ġiet trasferita, flimkien ma’ fondi oħra, lejn interventi li jindirizzaw Akkomodazzjoni Affordabbli (Affordable Housing) u għal finanzjament ta’ infrastruttura marbuta mal-enerġija.
Direttiva 2024/1799 dwar regoli komuni għall-promozzjoni tat-tiswija ta’ oġġetti (Right to Repair)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2024/1799 dwar regoli komuni għall-promozzjoni tat-tiswija ta’ oġġetti (Right to Repair) fil-liġi nazzjonali? Jista’ jgħid ukoll jekk dan hux ser iseħħ qabel l-iskadenza stabbilita mill-Unjoni Ewropea tal-31 ta’ Lulju 2026?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva qiegħda fl-aħħar stadji tagħha u ser tiġi parzjalment trasposta permezz ta’ leġislazzjoni sussidjarja taħt l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378 tal-Liġijiet ta’ Malta). Peress li din id-Direttiva qed temenda wkoll id-Direttiva (UE) 2019/771 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti li qiegħda trasposta fl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, din l-emenda ħa tkun riflessa separatament f’Abbozz li jemenda Liġijiet Varji dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, li wkoll qiegħed fi stadju avvanzat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm fondi Ewropej ġew allokati għal proġetti relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri? Jista’ jgħid ukoll kemm-il proġett ġie implimentat bl-użu ta’ dawn il-fondi?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Fond Soċjali Ewropew plus, b’allokazzjoni ta’ aktar minn €204 miljun, fih innifsu huwa bbażat fuq il-prinċipju tal-ugwaljanzja bejn il-ġeneri.
Fil-preżent, hemm 32 proġett li l-attivitajiet tagħhom jipromwovu l-ugwaljanza u ma jiddiskriminawx bejn il-ġeneri.
Kwistjonijiet ta’ ugwaljanza – Laqgħat mas-sħab soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew organizzati laqgħat mas-sħab soċjali dwar kwistjonijiet ta' ugwaljanza matul l-aħħar sentejn?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li saru erba’ laqgħat li kienu ffukati b’mod partikolari fuq il-promozzjoni tal-ugwaljanza, filwaqt li żewġ laqgħat oħra ndirizzaw temi marbuta mal-inklużjoni.
Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Taħriġ għall-impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid
kemm ġew organizzati sessjonijiet ta’ taħriġ dwar l-ugwaljanza għall-impjegati tas-servizz pubbliku fi ħdan il-Ministeru fl-aħħar ħames snin?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li, matul l-aħħar ħames snin, il-Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur organizza sbatax-il sessjoni ta’ taħriġ dwar l-ugwaljanza.
Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2026?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2026?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Lista ta’ konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lil l-Onorevoli Interpellanta li, matul l-2025 u l-2026 ma giet moghtija l-ebda
konsulenza relatata mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni digitali jew il-Malta Business Wallet.
Gozo Channel – Flotta ġdida – Opportunitajiet ta’ finanzjament
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 471 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u jgħid għaliex il-Gvern mhux qed jagħmel użu sħiħ mill-opportunitajiet ta’ finanzjament offruti mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea sabiex jiffinanzja investiment fi flotta ġdida għall-Gozo Channel?