Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bexx

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid jekk il-bexx li jista’ jintuża mill-bdiewa f'Malta u f’Għawdex hux differenti mill-bexx li jintuża f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea? Jekk dan hu fl-affermattiv, jista’ jgħid x'inhi r-raġuni għal dan? Jekk le, jista’ bidwi jixtri bexx minn pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea u jużah f' Malta u f’Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.

MCCAA — Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) - rikorsi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid jgħid mill-bidu ta’ 2019 sad-data meta mwieġba din il-mistoqsija kemm ir-rikors saru da parti tad-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) fi ħdan l-MCCAA a tenur tal-artikolu 12Ċ tal-Kap 378? F’kull l-istanza, jsita' jgħid x’kienet in-natura tat-talba da parti tad-Direttur Ġenerali u x’inhu l-istatus attwali tal-każ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu li semma hu ġie ppreżentat rikors fl-2023 mid-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur), li għadu pendenti quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Kummerċ).

Ministeru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u d-Djalogu Soċjali — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u d-Djalogu Soċjali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2024?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba parlamentari 15827.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali – Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali ma hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali — Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali – Mobile jew Telephone Line Allowances

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fis-Segretarjat tiegħu għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-koordinatur tal-komunikazzjoni fis-Segretarjat tiegħu għandu l-beneficcji skont dak illi hemm fil-Manual on Resourcing Policies and Procedures.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali — Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Mobile jew Telephone Line Allowances

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fis-Segretarjat tagħha għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17424.

Sajjieda – Għajnuna tal-UE

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16990 u ċjoè jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15681, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, u jgħid kemm kien hemm sajjieda li bbenefikaw minn għajnuniet tal-Unjoni Ewropea, sena b’sena, mill-2004 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kienet tikkonsisti din l-għajnuna, kemm-il sajjied ibbenefika minn din l-għajnuna, x’kien l-istatus ta' kull sajjied (sajjieda full-time, sajjieda żgħażagħ, etc.) u x’inhu l-ammont ta' flus li bbenefika minnu kull sajjied?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni rigward sajjieda li bbenefikaw minn għajnuniet ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea sena b’sena mill-2004 sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari.

Għawdex — Sustainable Urban Development Fund

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid meta ser tibda tintuża s-Sustainable Urban Development Fund ġewwa Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-priorita tas-Sustainable Urban Development Fund ġewwa Għawdex qiegħda tiġi implimentata.

Awtorità ta’ Ġestjoni – Parteċipazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, l-Ugwaljanza, ir-Riforma u d-Djalogu Soċjali jgħid jekk l-Awtorità ta’ Ġestjoni hux ser tikkonsidra tiftaħ aktar focus areas fejn fihom ikun jista’ jipparteċipa l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul din is-sena, iktar sejħiet se jkunu imnedija, fejn il-parteċipazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar mhijiex prekluża.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali — Advisory Cost Limit għal ġbir ta’ informazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15420, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid kemm hu l-advisory cost biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'dik il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17073.

Protezzjoni ta' ħaddiema domestiċi — Studji

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kollha li saru bi preparazzjoni għar-ratifika tal-Konvenzjoni Numru 189 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) li titratta l-protezzjoni ta' ħaddiema domestiċi (C189 – Domestic Workers Convention, 2011), u li Malta rratifikat fl-14 ta’ Mejju 2021?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bi preparazzjoni għar-ratifika tal-Konvenzjoni Numru 189 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol li titratta l-protezzjoni ta’ ħaddiema domestiċi, saru konsultazzjonijiet interni biex jiġi żgurat li l-provedimenti kollha li titlob din il-Konvenzjoni huma koperti fil-liġijiet Maltin.

Protezzjoni ta' ħaddiema domestiċi — Rapport

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ewwel rapport li għamlet Malta lill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) wara r-ratifika tal-Konvenzjoni Numru 189 li titratta l-protezzjoni tal-ħaddiema domestiċi (C189 – Domestic Workers Convention, 2011), u li Malta rratifikat fl-14 ta’ Mejju 2021?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ewwel rapport li għamlet Malta lill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol li titratta l-protezzjoni ta’ ħaddiema domestiċi, flimkien mall-gwida prattika għat-tfassil ta’dan ir-rapport.

Xogħol mhux dikjarat — Studji

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid xi studji saru fl-aħħar għaxar snin fuq il-prevalenza ta’ xogħol mhux dikjarat b’mod ġenerali, kif ukoll f’xogħol domestiku mhux dikjarat b’mod partikolari? Jekk saru studji f’dan is-sens, jista’ jqiegħed dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Xogħol mhux dikjarat — Miżuri

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid x’miżuri ħa jew qed jieħu l-Gvern biex jonqos ix-xogħol mhux dikjarat b’mod ġenerali, kif ukoll f’xogħol domestiku mhux dikjarat b’mod partikolari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Lukanda Verdala – Ħlas dovut lill-ħaddiema

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ħaddiema li kienu jaħdmu fil-lukanda Verdala fir-Rabat, Malta, humiex sejrin jingħataw il-ħlas dovut lilhom bi dritt għax-xogħol li għamlu u li qatt ma tħallsu għalih?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali — Mobile jew Telephone Line Allowances

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru tiegħu għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dokument anness mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 184.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Imjegati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid għal kull awtorità jew entità pubblika li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu kemm hemm: 1. impjegati li qed jaħdmu fuq bażi part-time, u f’kull każ x’inhu r-rwol ta’ kull impjegat? 2. impjegati li qed jaħdmu fuq bażi ta’ reduced hours u f’kull każ x’inhu r-rwol ta’ kull impjegat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ impjegati ta’ l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u d-Djalogu Soċjali li qed jaħdmu fuq bażi part-time u dawk li qed jaħdmu fuq bażi ta’ reduced hours kif mitluba minnu.

Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Każ ta’ individwu

Question

Fid-dawl li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament irriżenja mill-ħatra tiegħu fl-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) wara l-konklużjoni tal-inkjesta fuq il-mewt ta’ Jean Paul Sofia, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid jekk jekk il-pożizzjoni ta’ dan l-individwu bħala chairperson tal-MCESD hijiex se tinżamm?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pozizzjoni ta’ Chairperson tal-MCESD ma għandha ebda konnessjoni mal-inkjesta li semma hu.

NCPE – Ilmenti fl-2021

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jelenka liema mill-24 ilment imressqa lill-NCPE u investigazzjonijiet ex officio minnha fl-2021 huma strettament relatati maċ-ċirkostanzi ta’ individwu wieħed, jekk jistgħux japplikaw għal grupp ta’ individwi, bħal grad fi ftehim kollettiv, jekk jistgħux japplikaw għal gruppi varji ta’ individwi, bħal gradi multipli fi ftehim kollettiv, u jekk hijiex kwistjoni ta’ prattika nazzjonali, bħal liġi jew l-interpretazzjoni tagħha? Jista’ ġentilment jagħti l-informazzjoni fil-format mibgħut separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17092.

‘Support for Investment in Agricultural Holdings' — Applikazzjonijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali jgħid meta l-benefiċjarji tal-applikazzjonijiet ta' Call 18 għall-fondi tal-Miżura 4.1 – ‘Support for Investment in Agricultural Holdings' li għalqu fl-4 ta' Settembru 2023 ser jiffirmaw il-kuntratti mal-Managing Authority tal-Funds and Programmes Division?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-benefiċċjarji ġew innotifikati u mistiedna biex jersqu għall-iffirmar tal-kuntratti rispettivi mit-13 ta’ Marzu 2024 ‘il quddiem.