Legislature:
Category:
Reset
Active:

Inċidenti stradali — Insurance Claims

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta’ claims ma’ kumpaniji tal-insurance li kellhom x’jaqsmu ma’ inċidenti stradali fis-sena 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-total ta’ claims relatati ma’ inċidenti tal-karozzi, inkluż motor vehicle liabilities, li ġew irrapportati bħala Gross Claims Incurred, mill-kumpaniji tal-insurance li qiegħdin jiktbu riskji f’Malta fis-sena 2023, jammontaw għal Eur 64,852,888.

Inċidenti stradali — Insurance Claims

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif jikkompara t-total ta’ claims ma’ kumpaniji tal-insurance li kellhom x’jaqsmu ma’ inċidenti stradali li saru fis-sena 2023 mas-sentejn ta’ qabel?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-total ta’ claims relatati ma’ inċidenti tal-karozzi, inkluż motor vehicle liabilities, li ġew irrapportati bħala Gross Claims Incurred, mill-kumpaniji tal-insurance li qiegħdin jiktbu riskji f’Malta f’dawn l-aħħar tlett snin, jammontaw hekk: 2021 – EUR 63,291,020 2022 – EUR 69,368,303 2023 – EUR 64,852,888

Inċidenti stradali — Paid out claims

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta’ paid out claims minn kumpaniji tal-insurance li kellhom x’jaqsmu ma’ inċidenti stradali fis-sena 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2023, l-informazzjoni relatata ma’ paid out claims mhix tiġi rraportata aktar mill-kumpaniji tal-insurance minħabba tibdiliet li seħħew f’accounting standards ġodda (IFRS 17), li ġew introddoti, u li kumpaniji rispettivi kellhom jimplimentaw.

MCAST — Mechanics għal Vetturi elettriċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-MCAST introduċietx xi korsijiet immirati speċifikament lejn it-taħriġ tal-mechanics fil-qasam tal-manutenzjoni u t-tiswija tal-vetturi elettriċi? Jekk iva, jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar in-natura ta’ dawn il-korsijiet, inklużi l-objettivi u l-impatt li huwa antiċipat li jħallu fuq il-workforce sabiex din tlaħħaq mas-suq tal-vetturi elettriċi li qiegħed jikber f’Malta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Airmalta – Kuntratti tal-bdoti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bdoti kollha preżenti tal-Airmalta ngħatawx kuntratt? X’inhuma l-kriterji li fuqhom tfasslu dawn il-kuntratti? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol u jekk hemm somom li ser jingħataw wara perjodu definit, kemm huma dawn is-somom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċess tar-reklutaġġ għadu għaddej.

Selmun Palace Hotel – Espressjoni ta’ Interess

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15304, 15560, 15806 u 16047 u jgħid meta se toħroġ l-espressjoni ta' interess jew tender għar-riġenerazzjoni ta' Selmun Palace Hotel?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, eċċ. (irrispettivament mill-mod kif inhuma deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull wieħed, jista' jgħid min huma ċ-Chairpersons, CEOs eċċ, irrispettivament mill-mod kif inhuma deskritti, u f'kull każ jgħid: a) kull persuna kemm ilha fil-ħatra u b) meta tiġi fi tmiemha l-ħatra attwali ta' kull persuna?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni b'diżabilità mniżżla fir-reġistru tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni b'diżabilità li qegħdin imniżżla fir-reġistru tax-xogħol u allura li kienu eliġibbli biex jaħdmu fl-aħħar tas-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel u x'inhi l-età ta' dawn il-persuni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-infomazzjoni li għandha Jobsplus, fl-aħħar ta’ Diċembru 2023, kien hemm 229 persuna tirreġistra fuq bażi full-time u 204 persuni jirreġistraw għal xogħol part-time bħala xogħol ewlieni. Iktar informazzjoni tinsab fit-tabelli t’hawn taħt. Persuni b'diżabilit à li qed jirreġistraw għax-xogħol full-time fl-aħħar ta’ Diċembru 2023 Diċembru 2023 Taħt il-25 sena Bejn 25-39 sena Bejn 40-54 sena 55 sena ’l fuq Total Rġiel 25 36 64 49 174 Nisa 6 15 19 15 55 Total 31 51 83 64 229 Persuni b'diżabilit à li qed jirreġistraw għax-xogħol part-time fl-aħħar ta’ Diċembru 2023 (Part 3C1) Diċembru 2023 Taħt il-25 sena Bejn 25-39 sena Bejn 40-54 sena 55 sena ’l fuq Total Rġiel 53 34 29 8 124 Nisa 28 28 15 9 80 Total 81 62 44 17 204 L-aħħar ċifri tal-qagħad ippubblikati huma ta’ Diċembru 2023.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul l-2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15432.

Selmun Palace Hotel – Espressjoni ta’ Interess

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15304, 15560 u 15806 u jgħid meta se toħroġ l-espressjoni ta' interess jew tender għar-riġenerazzjoni ta' Selmun Palace Hotel?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Kumpaniji u Industriji barranin li jgwadu minn taxxa ta’ 5%

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15563 u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15228 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriza u Proġetti Strateġiċi u jgħid kemm hawn industriji u kumpaniji barranin li qegħdin igawdu mit-taxxa ta’ 5% (wara li jiġu rifużi 30% mit-taxxa li jħallsu)? Kemm huwa l-ammont totali ta’ taxxa li tħallset minnhom, sena b’sena fl-aħħar 15-il sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi kurrenti hawn 8,012 kumpaniji attivi rreġistrati għat-taxxa, u li rreġistraw lill-azzjonisti għar-rifuzjoni tat-taxxa taħt ir-‘refundable tax credit system’. It-taxxa li dawn l-kumpaniji ddikjaraw bejniethom bit-35% f’dawn l-aħħar 15 il-sena (sena bazi 2008 sas-sena bazi 2022), huwa indikat hawn taħt fl-ewwel kolonna. Jekk wieħed inaqqas r-rifużjoni ta’ 30% mit-taxxa mħallsa, l-ammont ta’ taxxa tonqos għall-ammonti li hemm indikati fit-tieni kolonna: Taxxa bit 35% Taxxa wara rifuzjoni ta’ 30% € € 2008 276,753,298 39,536,185 2009 321,832,174 45,976,025 2010 368,178,380 52,596,911 2011 444,240,138 63,462,877 2012 746,361,599 106,623,086 2013 860,643,582 122,949,083 2014 1,014,717,813 144,959,688 2015 996,609,919 142,372,846 2016 1,199,599,431 171,371,347 2017 1,631,085,992 233,012,285 2018 1,233,428,951 176,204,136 2019 1,470,013,170 210,001,881 2020 1,507,427,214 215,346,745 2021 1,816,318,157 259,474,022 2022 1,516,259,086 216,608,441 Il-figuri attwali msemmijin mhux kollha kienu intaxxati bil-munita Ewro. Fejn dawn kienu ntaxxati f’munita oħra, il-figuri ġew ikkonvertiti għall-ammont ekwivalenti f’Ewro bir-rata medja tal-kambju tas-snin rispettivi kif ġew maħruġin mill-Bank Ċentrali ta’ Malta (sa fejn dawn kienu disponibbli). Il-figuri huma bbażati fuq il-formoli tat-taxxa li dawn l-kumpaniji bgħatu għas-snin rispettivi.

Kumpaniji li jħallsu 35% ta’ taxxa fuq il-profitt

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15564 u allura jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15229 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi u jgħid kemm hawn industiji/kumpaniji li jħallsu 35% taxxa fuq il-profitt? Kemm jimpjegaw nies dawn il-kumpaniji? X’inhu l-ammont ta’ taxxa li tħallset minn dawn il-kumpaniji sena b’sena għal dawn l-aħħar 15-il sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi kurrenti, b’kollox hawn 42,595 kumpaniji attivi li huma reġistrati għat-taxxa u li fuq il-profitti tagħhom jħallsu 35% ta’ taxxa. Bejniethom, dawn iħaddmu mal-223,772 ħaddiem (skond l-aħħar informazzjoni disponsibbli għall-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana ta’ Malta). It-taxxa li dawn l-kumpaniji ddikjaraw bejniethom f’dawn l-aħħar 15-il sena (sena bażi 2008 sas-sena bażi 2022) hija kif hawn indikat hawn taħt: € 2008 122,418,801 2009 133,414,098 2010 149,438,882 2011 171,240,761 2012 189,090,963 2013 208,427,360 2014 221,344,775 2015 267,359,866 2016 226,330,494 2017 275,545,925 2018 283,418,410 2019 318,693,089 2020 304,412,321 2021 403,263,146 2022 470,989,002 Il-figuri attwali msemmijin mhux kollha kienu intaxxati bil-munita Ewro. Fejn dawn kienu intaxxati f’munita oħra, il-figuri gew ikkonvertiti għall-ammont ekwivalenti f’Ewro bir-rata medja tal-kambju tas-snin rispettivi kif ġew maħruġin mill-Bank Ċentrali ta’ Malta (sa fejn dawn kienu disponibbli). L-figuri huma bbazati fuq il-formoli tat-taxxa li dawn l-kumpaniji bagħtu għas-snin rispettivi.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol - Deputati tal-Oppożizzjoni Jista’ l-Ministru jgħid min kienu d-Deputati tal-Oppożizzjoni, li minn Marzu 2008 sa Jannar 2013 kienu impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji / banek fejn il-Gvern kellu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu jservu, il-kariga li kienu jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom? Jista’ jqiegħed wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn Marzu 2008 sa Jannar 2013 jew sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu ndikat fil-mistoqsija, ma kien hemm ebda Deputat tal-Oppozizzjoni mpjegat mal-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol u d-dekasteru tiegħu.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14700 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-vacation leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-vacation leave huwa regolat b’regoli ċari u kulħadd huwa mistenni li jagħmel uzu minnu skont dawn ir-regoli.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru matul l-2022, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations. Ġejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant, tinqabez l-advisory cost.

Selmun Palace Hotel – Espressjoni ta’ Interess

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15304 u 15560 u jgħid meta se toħroġ l-espressjoni ta' interess jew tender għar-riġenerazzjoni ta' Selmun Palace Hotel?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.