Legislature:
Category:
Reset
Active:

KM Malta Airlines – Titjiriet lejn Lourdes fi Franza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm titjiriet skedati u/jew chartered lejn Lourdes, fi Franza, u lura, minn meta bdiet topera l-linja nazzjonali tal-ajru KM Malta Airlines? Jekk iva, jista’ jgħid kemm saru titjiriet u kemm inġarru passiġġieri kull sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt: Sena Numru ta’ Chartered Flights Total ta’ Passiġieri 2024 16 1402 2025 12 1128 2026 16 1388

TCNs – Taxxa fuq id-dħul u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4921 u jagħti rendikont tat-total ta’ taxxa fuq id-dħul u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa minn ċittadini minn pajjiżi terzi (TCNs) impjegati f’Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jindika x’perċentwal dawn jirrappreżentaw mit-total tad-dħul miġbur minn dawn is-sorsi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba, maħruġa mill-informazzjoni li l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana rċeviet taħt il-Final Settlement System, hija ppreżentata fit-tabella li ġejja: Sena Total ta’ Taxxa Perċentwal Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali (employee share) Perċentwal 2023 115,687,438 9.40% 69,462,564 15.17% 2024 160,604,030 11.14% 91,710,717 18.02% 2025 176,797,432 12.01% 110,417,280 20.63%

Rapport dwar il-popolazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport sħiħ dwar il-popolazzjoni li kien ippreżenta lill-Prim Ministru fl-2018?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien l-awtur tad-dokument mhux id-detentur.

KM Malta Airlines – Retention strategy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk KM Malta Airlines għandhiex retention strategy għall-piloti u membri oħra tal-ekwipaġġ?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.

KM Malta Airlines – Assessments – Konklużjonijiet

Question

Jekk tassew saru assessments interni jew esterni dwar l-impatt li jista’ jkollu t-tluq ta’ piloti b’esperjenza fuq l-operat u s-sigurtà tal-linja tal-ajru KM Malta Airlines, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-konklużjonijiet tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.

KM Malta Airlines – Assessments

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux assessments interni jew esterni dwar l-impatt li jista’ jkollu t-tluq ta’ piloti b’esperjenza fuq l-operat u s-sigurtà tal-linja tal-ajru KM Malta Airlines?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.

KM Malta Airlines – Esperjenza operattiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex tinżamm l-esperjenza operattiva fi ħdan KM Malta Airlines?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.

KM Malta Airlines – Kaptani/first officers li telqu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kaptan u first officer b’esperjenza telqu minn KM Malta Airlines jew mill-predeċessur tagħha minn meta bdiet topera l-kumpanija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.

KM Malta Airlines – Piloti – Kundizzjonijiet ġenerali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti offruti lill-piloti ġodda ma’ KM Malta Airlines humiex differenti minn dawk li kienu japplikaw qabel?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.

Dħul mill-kontribuzzjoni ekoloġika fuq it-turiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabar dħul mill-kontribuzzjoni ekoloġika fuq it-turiżmu matul l-2025 u l-ewwel sitt xhur tal-2026, u kemm huwa mistenni li jinġabar wara ż-żieda introdotta fl-1 ta’ Lulju 2026?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għas-sena 2025 saru pagamenti ta’ €5,745,235. Minnhom €1,704,129 kienu arretrati ta’ snin passati. Għas-sena 2026, sa Ottubru, saru pagamenti ta’ €4,508,693 li minnhom €1,857,556 kienu arretrati. Dettalji dwar kemm huwa mistenni li jinġabar wara ż-żieda introdotta tingħata aktar ‘l quddiem.

Ministeru għall-Finanzi – Każ ta’ individwu – Ħatriet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu li d-dettalji ingħataw separatament huwa membru fuq il-Bord tal-Awtorita՝ tal-Istatistika ta’ Malta, wara konsultazzjoni mal-komunità tan-negozju, kif rappreżentata fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u jirċievi remunerazzjoni ta’ €3,000 fis-sena. Barra minn hekk, fl-2023 l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem innominaw żewġ persuni sabiex jinħatru fil-bord tad-diretturi tal-Malta Development Bank għal tliet snin kull wieħed. Dan l-individwu huwa wieħed minn dawn iż-żewġ persuni u l-ħlas huwa ta’ €9,000 fis-sena.

KM Malta Airlines – Piloti – Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti offruti lill-piloti ġodda ma’ KM Malta Airlines?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.

KM Malta Airlines – Piloti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pilota impjegat għandha KM Malta Airlines fil-preżent u kemm-il pożizzjoni vakanti hemm għall-piloti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.

KM Malta Airlines – Telf

Question

Jekk matul l-aħħar sena finanzjarja sar telf f’KM Malta Airlines, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien jammonta dan it-telf u x’inhuma r-raġunijiet ewlenin għal dan ir-riżultat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.

KM Malta Airlines – Allokazzjonijiet finanzjarji

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont sena b’sena tal-allokazzjonijiet finanzjarji li l-Gvern għamel mal-KM Malta Airlines?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.

Baġit 2027 – Billboards temporanji – Permessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-billboards temporanji li ttellgħu sabiex jirreklamaw il-Baġit 2027, bħal dak li ttella’ fi Triq Valletta, Raħal Ġdid, għandhomx permess mill-Awtorità tal-Ippjanar skont il-liġi? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-permessi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Baġit 2027 – Billboards temporanji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqiegħdu billboards temporanji sabiex jirreklamaw il-Baġit 2027, bħal dak li ttella’ fi Triq Valletta, Raħal Ġdid? Jista’ jgħid ukoll fejn twaħħlu dawn il-billboards?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

KM Malta Airlines – Flus mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il miljun ewro ġew injettati jew allokati mill-Gvern, direttament jew indirettament, lill-KM Malta Airlines minn meta twaqqfet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.