Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Ħaddiema - Telework

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnha, għal applikazzjonijiet/talbiet ta’ telework mill-1 ta’ Marzu 2020 fl-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli (jiġifieri għal talbiet ta’ telework mill-perijodu indikat minnha fis-settur pubbliku), huwa kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-entitajiet li mhux qed jissemmew fit-tabella annessa, filwaqt li ma kellhomx talbiet għal telework mill-perijodu li qed ikun imsemmi minnha ‘l quddiem, xorta waħda iħaddmu l-mekkaniżmu tat-telework u infatti għandhom ukoll ħaddiema li jaħdmu bit-telework (madanakollu mhux qed jissemmew fit-tabella annessa hekk kif il-ħaddiema f’dawn l-entitajiet kienu diġa’ qed jaħdmu bit-telework qabel l-1 ta’ Marzu 2020). Niġbed l-attenzjoni ukoll tal-Onor. Interpellanta li, l-entitajiet imsemmija fit-tabella annessa, ukoll għandhom ħaddiema oħra li kienu diġa’ qed jibbenefikaw mit-telework qabel id-data imsemmiija u li għadhom qed jibbenefikaw mill-mekkaniżmu tat-telework.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali u kwalsiasi entita’ li taqa’ taħt r-responsabilita tal-Ministeru, ma ħallsux spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti fil-perijodu li qed ikun indikat minnhu.

Persuni li jibbenefikaw minn mediċini fuq il-kartuna r-roża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16583 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm li jibbenefikaw minn mediċini fuq il-kartuna r-roża?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ammont ta` Karti Roża li ġew imġedda mill-bidu tas-sena 2020 sal-ġurnata li qed tkun imwieġba din l-interpellanza, u li allura huma validi sabiex persuna tibbenefika minn medicini b’xejn jammonta għal 15,429.

DSS – ħarsien ta' saħħet l-impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jassigura li saħħet l-impjegati tad-DSS jiġi mħares meta dawn qed jiġu esposti ta’ kuljum minn irwejjaħ ta’ drenaġġ u żebgħa? Nifhem li x-xogħol irid isir imma dawn ilhom esposti jxommu rwejjaħ għal bosta xhur.

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bhalissa għaddejjin xogħlijiet kemm fuq barra u kemm fuq ġewwa ta’ Palazzo Ferreria. Ir-restawr tal-faċċata tal-Palazz issa jinsab fl-aħħar fażi tiegħu u huwa ppjanat li sal-bidu tas-sena d-dieħla ikun tlesta. Ix-xogħlijiet fuq ġewwa qed isiru f’numru ta’ uffiċini sabiex jittejjeb u jisbieħ l-ambjent tax-xogħol għal ħaddiema li jaħdmu ġo Palazzo Ferreria. Li f’xi ħinijiet ikun hemm irwejjaħ huwa inevitabbli meta jkunu qed isiru xogħlijiet bħal dawn iżda qed isir kull sforz biex dawn ikunu minimizzati kemm jista’ jkun. Fir-rigward ta’ irwejjaħ tad-drenaġġ li ġejjin minn barra, ftit taż-żmien ilu kienet ittieħdet azzjoni dwar dan u wara diversi spezzjonijiet u xogħlijiet minn taqsimiet differenti kien aċċertat li l-problema m’hijiex ġejja mis-sistema tad-drenaġġ ta’ Palazzo Ferreria.

Anzjani jistennew fi Djar tal-Anzjani tal-Gvern – waiting lists

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew fuq il-waiting list biex jidħlu fi Djar tal-Anzjani tal-Gvern għal din l-aħħar sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sal-aħħar ta’ Settembru, b’kollox kien hemm 1,341 persuna fuq il-lista ta’ stennija u li huma eliġibli biex jidħlu f’Dar tal-Anzjani tal-Gvern. Minn dawn 457 persuna applikaw fis-sena 2020. Hemm 419 -il persuna li ilhom fuq il-waiting list għal sena. Id-dħul fi Djar tal-Anzjani tal-Gvern isir skont id-dipendenza tal-applikant u mhux skont id-data tal-applikazzjoni. Każijiet urġenti jieħdu prijorità.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16473, jista' l-Ministru jgħid min awtorizza dan il-ftehim u liema huma dawk l-NGOs u entitajiet li bbenefikaw minn dawn il-proġetti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-NGOs li bbenifikaw sa issa huma kif jidher fit-tabella ta hawn taħt The Meeting Place 13/10/2020 Column1 NGO 1 Malta Association of Occupational Therapists (MAOT) 2 Richmond Foundation 3 Europa Donna Malta 4 Anti-Poverty Malta 5 ADHD Malta 6 Minus One Support Group 7 CRPD 8 Fondazzjoni Nanniet 9 Equal Partners Foundation 10 Deaf Association Malta 11 Malta Health Network 12 Arthritis and Rheumatism Association Malta 13 Allied Rainbow Communities (ARC) 14 BBrave 15 Malta Girl Guides 16 Rare Diseases Support 17 YMCA Valletta 18 Caritas 19 MS Society of Malta 20 Dr Klown 21 Eko Skola – Nature Trust (FEE Malta) 22 Malta Epilepsy Association 23 Assistance to Children in Care Association (ACICA) 24 Autism Parents Association (APA) 25 OASI Foundation 26 Amputees for Amputees (A4A) 27 Hospice Malta 28 National Parents’ Society of Persons with Disability 29 Fibromyalgia Alliance Malta 30 30 Plus 31 Grupp Flimkien Naslu 32 Living Ability Not Disability (LAND) 33 MCWO 34 Coeliac Association Malta 35 SPL/Youth Group Msida 36 Victim Support Malta 37 MGRM-Malta LGBTIQ Rights Movement 38 St. Jeanne Antide Foundation 39 Fondazzjoni Sebh 40 Ghaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti 41 Right2smile 42 Soroptism Malta 43 Beating Hearts 44 Responsible Gaming 45 Theresa Nuzzo School 46 Primary health care 47 Agenzija Sapport 48 FSWS 49 Malta Basketball Wheelchair Association 50 SOS Malta 51 Down Syndrome Association 52 Malta Special Olympics 53 Malta Bleeding Disorders Society 54 Rise 55 Youth theme Foundation 56 Kullegg San Gorg Preca Marsa 57 Tama 58 Spark 15 59 YPU 60 Happy Parenting Malta For Happier Children 61 Belong(Malta) Foundation 62 UNCHR 63 Marsa Scout Group 64 Social Care Standards Authority 65 Dar il-Kaptan 66 Marigold Foundation

Pandemija – għajnuna finanzjarja għal min ma jiflaħx iħallas kera

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16585 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid hux se tingħata għajnuna finanzjarja għal min ma jiflaħx iħallas kera minħabba l-pandemija? Jekk se tingħata, kif se tingħata, minn liema xahar sa meta se tingħata u kemm se jkunu l-ammonti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministeru kkonċernat.

Servizz ta’ Tuk Tuk lill-anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema rħula u bliet qed jiġi provdut is-servizz tat-trasport għall-anzjani magħruf bħala tuk tuk? Liema lokalitajiet kellhom dan is-servizz u ġie mwaqqaf u jekk fl-affermattiv għal liema raġuni twaqqaf? Hemm il-ħsieb li dan is-servizz jerġa’ jibda u jiġi estiż madwar Malta u Għawdex?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, s-servizz tat-trasport għall-anzjani, is-Servizz tas-Silver-T, qed jiġi pprovdut lill-anzjani residenti fil-lokalitajiet tal-Imġarr, Dingli, Pieta’, Kirkop, Paola, Fgura, Tarxien, Santa Luċija, Baħrija, Burmarrad, Gżira, Ħal Safi, Mosta, Msida, Mtarfa, Rabat, Ta’ Xbiex u Żurrieq. Dan is-servizz ma twaqqaf fl-ebda lokalità u qed naħdmu biex jiġi estiż madwar Malta u Għawdex fis-sena 2021.

Persuna b’diżabilità – eliġibilità għall-helper

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna li tbati mill-kundizzjoni tal-fibromyalgia u bil-card tal-persuna b’diżabilità, hijiex eliġibbli għall-għajnuna ta’ helper fid-dar tagħha?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, persuna li tbati mill-kundizzjoni tal-fibromyalgia u bil-card tal-persuna b’diżabilità, hija eliġibbli għall-għajnuna ta’ helper fid-dar tagħha.

Ministeru għall-Familja, Dritijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali għandu 11-il parkeġġ riservat ġewwa il-Belt Valletta, kif qed ikun elenkat fit-tabella t’hawn taħt: Parkeġġ Riservat għal: Sezzjoni li taħtu taqa’ il-karozza bil-Parkeġġ Riservat L-isem tat-Triq fejn hemm il-Parkeġġ Riservat Karozza tal-Ministru Segretarjat tal-Ministeru Ordinance Street Karozza tas-Segretarju Permanenti Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ordinance Street Karozza tal-Head of Secretariat tal-Ministru Segretarjat tal-Ministeru Ordinance Street Running Car tal-Ministeru Segretarjat tal-Ministeru Ordinance Street Karozza tas-Segretarju Privat tal-Ministru Segretarjat tal-Ministeru Ordinance Street Karozza tad-Direttur tas-Servizzi Korporattivi Direttorat għas-Servizzi Korporattivi Ordinance Street Karozza tas-Segretarju Parlamentari Ufficcju tas- Segretarju Parlamentari Ordinance Street Karozza tal-Head of Secretariat tas-Segretarju Parlamentari Ufficcju tas-Segretarju Parlamentari Ordinance Street Karozza tas-Segretarja Privata tas-Segretarju Parlamentari Ufficcju tas-Segretarju Parlamentari Ordinance Street Running Car tas-Segretarjat Parlamentari Ufficcju tas- Segretarju Parlamentari Ordinance Street Running Car tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Old Mint Street

Persuni li għandhom il-vizzju tal-Gambling

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’servizzi hemm sabiex jiġu megħjuna persuni li għandhom il-vizzju tal-Gambling? Fiex jikkonsistu dawn is-servizzi? X’irid wieħed jagħmel biex jirċievi s-servizzi tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Addictions Community Team fi ħdan l-Aġenzija Sedqa, toffri servizz lil dawk illi b’xi mod qed jissieltu ma’ problema ta’ logħob tal-azzard u l-konsegwenzi marbuta magħha. Toffri wkoll servizz ta’ sapport lill-qraba, anki jekk il-persuna li qed iġġor il-problema, għal xi raġuni tirrifjuta s-servizz. Normalment il-proċess jibda billi tidħol talba għal għajnuna mingħand il-persuna li tixtieq l-għajnuna, jew xi professjonisti oħra li jkunu f’kuntatt mal-persuna. Il-professjonisti ta’ l-Addictions Community Team ta’ Sedqa jissoktaw billi joffru appuntament mill-ewwel, fil-maġġoranza tal-każi, fi żmien ġimgħa. L-iskop huwa li jiġi stabbilit kuntatt mal-persuna kemm jista’ jkun malajr u anki jiġi assessjat fid-dettall x’inhuma l-bżonnijiet. Fejn meħtieġ, il-professjonisti jippruvaw mill-ewwel jidentifikaw sitwazzjonijiet ta’ kriżi u jfasslu pjan ta’ kura għalihom sa mill-ewwel darba. Eventwalment il-każ jiġi allokat għand ħaddiem soċjali u jibda l-proċess ta’ terapija, dejjem fil-kuntest ta’ dak li jixtieq il-klijent. Jiġu offruti varjetà ta’interventi li jibdew minn laqgħat ta’ kull ġimgħa mal-ħaddiem soċjali inkarigat mill-każ. Jiġi offrut ukoll servizz ta’ tabib u psikjatra u jekk ikun hemm bżonn anki servizz ta’ psikologu/a u terapista tal-familja. F’każijiet fejn il-problema tkun daħlet fil-fond, jiġi offrut servizz ta’ programm intensiv ta’ riabilitazzjoni residenzjali. Wieħed jista’ jirrikorri għall-għajnuna hawn fuq imsemmija billi jagħmel appuntament mal-professjonisti tal-Aġenzija Sedqa jew billi jirrikorri l-uffiċini tal-istess Aġenzija, fejn il-professjonisti tal-Addictions Community Team ikunu lesti li jilqgħu lil kull minn javviċina lil Aġenzija, anke mingħajr appuntament.

Ministeru għall-Familija, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16441 u jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (FALZON, MICHAEL)

B’żieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-PQ 11394, li kopriet il-perjodu sa Ottubru li għadda, nixtieq inżid li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklużi, hu kif ġej: Ottubru-Diċembru 2019: 2 talbiet (it-tnejn milqugħa) Jannar-Settembru 2020: 4 talbiet. Għat-talbiet li daħlu fl-2020 sa Settembru, minnhom kien hemm 2 talbiet milqugħa u 2 rifjutati. Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat tal-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.”

Persuni li nqabdu jabbużaw mill-benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm-il persuna nqabdet tabbuża mill-benefiċċji soċjali f’dawn l-aħħar tliet snin sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? X’passi ttieħdu ma’ dawn il-persuni li nqabdu jabbużaw?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2017 sa Settembru 2020 ġew identifikati 2684 każ li kellhom jew il-benefiċċji mwaqqfa jew li ġew notifikati b’ammont żejjed ta’ ħlas. It-tabella li ssegwi tindika n-numru ta’ każijiet f’kull sena: Sena Total 01/01/2017 – 31/12/2017 628 01/01/2018 – 31/12/2018 739 01/01/2019 – 31/12/2019 748 01/01/2020 – 30/09/2020 569

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15789 u 14918 u jgħid kemm ġew impjegati persuni f’kull entita/dipartiment/aġenzija/korporazzjoni/kumpanija li jaqgħu taħtu, xahar b’xahar, minn Jannar 2017 ‘il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont l-entità u jagħti l-informazzjoni grad bi grad (mingħajr ma’ jagħti l-ismijiet tal-persuni)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu huwa kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ngħarraf madanakollu lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni tinkludi kull pożizzjoni ta’ ngaġġ li sar fil-perijodu indikat u għalhekk ċertu pożizzjonijiet jista’ jagħti l-kas li m’għadhomx impjegati fis-settur indikat, minħabba ċaqliq, talbiet ta’ trasferimenti jew riżenji minħabba xi promozzjoni jew ingaġġ f’xi dipartiment/entita’ ieħor kemm intern kif ukoll estern. Għaldaqstant ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ingaġġi li qed jingħataw għal din ir-risposta parlamentari jinkludi l-ingaġġi kollha li saru mill-perijodu indikat minnu.

Covid-19 – talbiet għall-benefiċċju addizzjonali

Question

Jista’ jgħid kemm irċieva talbiet (individwali) il-Ministeru tiegħu b’rabta mal-benefiċċju addizzjonali tal-qgħad minħabba l-Covid-19?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 2,693 talba għall-benefiċċju addizzjonali tal-qgħad minħabba l-Covid-19.

Ommijiet Xebbiet reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14747 u jindika kemm hawn ommijiet xebbiet irreġistrati fil-preżent u kemm minnhom jaħdmu? Kemm għandhom tfal u kemm minnhom huma f’riskju ta’ faqar jew qegħdin fil-faqar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’seduta oħra.

Separazzjonijiet u divorzji

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13443, jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm persuni/familji li għamlu użu minn dawn is-servizzi is-sena l-oħra: a. Terapija tal-Familja b. Korsijiet dwar trobbija pożittiva c. Korsijiet tal-Co-parenting?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, matul l-2019, l-Aġenziji fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali offrew servizzi ta’ terapija, korsijiet ta’ trobbija pożittiva hekk kif indikat hawn taħt: Is-Servizzi Psikoloġiċi fi ħdan l-Aġenzija Sedqa ħadmu ma’ 170 każ fejn ġiet offruta terapija tal-familja lill-individwi u familji li ppreżentaw problemi varji li kienu qed ixekkluhom fil-ħajja preżenti tagħhom. Is-servizz ukoll iffaċilita’ 10 gruppi ta’ Trobbija Pożittiva fejn 196 ġenitur jew persuni oħra nvoluti fit-trobbija tat-tfal attendew il-kors ta’ ħames ġimgħat b’suċċess. Dawn il-korsijiet saru fi skejjel tal-gvern, indipendenti u tal-knisja, fil-komunita’, f’Ghawdex u kif ukoll fi djar residenzjali u mas-soċji tal-Mużew tal-Bniet. Barra minn hekk, is-Servizz ukoll iffaċilita’ b’success 4 gruppi ta’ co-parenting ta’ 7 ġimgħat kull wieħed għal ġenituri li sseparaw jew kienu għaddejjin minn separazzjoni. Sar screening lil 49 ġenitur li għamlu talba għas-servizz u minn dawn 30 ġenitur temmew il-kors b’success. Il-Home Based Therapy Services (HBTS) tal-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità, joffru servizzi ta’ Psikoterapija, Terapija tal-Familja, u Counselling. Dawn is-servizzi huma offruti kemm lill-individwi kif ukoll lill-familji fid-djar rispettivi tagħhom jew inkella fil-komunita’. L-għan tas-servizz huwa li jiġu ppreservati il-familji (family preservation) fejn hemm ulied taħt it tmintax-il sena, li tissaħħaħ il-familja biex jiġu żgurati il-benessere u s-sigurtà tat-tfal u li l-ġenituri jew gwardjani jsibu l-appoġġ sabiex jikkonsolidaw ir-relazzjonijiet mal-ulied. Fl-2019, l-HBTS ħadmu ma’ 277 każ fejn giet offruta terapija tal-familja. Minn dawn il-każijiet ibbenifikaw 701 individwu *. Il-Programm tal-‘Incredible Years’, li hu programm għall-ġenituri u l-ulied, li jaħdem abbażi ta’ evidenza u li huwa l-programm indikat fil-policy għat-Trobbija Pożittiva, fil-prevenzjoni u t-trattament ta’ mġieba problematika fit-tfal u difikultajiet fit-trobbija. Fis-sena 2019 l-Incredible Years ħadem ma’ 104 każ u ma 103 individwu *. Dan il-programm jingħata fi gruppi kif ukoll fid-djar tal-familiji rispettivi. *Dan in-numru jeskludi każijiet ta’ individwu/i li reġgħu infetħu tul l-istess sena u meta każ jiġi referut pero’ għal raġunijiet varji ma jkunx infetaħ, għaldaqstant ma sarx programm ma’ l-individwu/i. Aktar informazzjoni fuq l-istatistika ndikata hawn fuq jinstab fis-sit elettroniku tal-Fondazzjoni Għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, permezz ta’ din il-ħolqa hawn taħt: https://fsws.gov.mt/en/fsws/Documents/FSWS%20Publications/ACTS%20Yearly%20statistical%20report%202019%20(online%20version).pdf Minn naħa tal-Aġenzija Sapport, ninforma lill-Onor Interpellant li, l-Aġenzija toffri workshops u ttella gruppi ta’ sostenn immirati għal ġenituri ta’ tfal b’diżabilità u lill-aħwa adulti. Matul l-2019 kien hemm 20 ġenitur u 15 aħwa adulti li attendew għal dawn is-sessjonijiet. Minbarra din l-ħidma mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali u l-Aġenzija Sapport, ngħarraf lill-Onor Interpellant li , l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali qed iwassal kampanja dwar trobbija pożittiva, immexxija mill-Positive Parenting Taskforce. Din il-kampanja ta’ għarfien tinkludi interventi fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju, kif ukoll informazzjoni fuq il-pjattaforma online, kemm permezz ta’ sit uffiċjali kif ukoll permezz ta’ paġna ta’ Facebook; liema siti soċjali qed ikunu segwiti minn terapista professjonali.

Aġenzija Sapport: Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jindika dettalji dwar il-lista ta’ stennija għas-servizzi kollha mogħtija mill-Aġenzija Sapport?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li, l-lista ta’ stennija tass-servizzi tal-Aġenzija Sapport hija kif elenkat fit-tabella t’hawn taħt: Servizz Lista ta’ Stennija Sharing Lives 0 People Assistance Schemes: Empowerment Scheme Eżenzjoni mill-ħlas tal-Liċenzja tat-Triqtal-Vetturi Eżenzjoni mit-Taxxa tar-Registrazzjoni fuq Vetturi 7 Independent Community Living Monitoring Service (ICLM): Direct Payment Independent Community Living Personal Assistance Fund 29 Servizzi fil-Komunità 48 Servizzi ta’ Matul il-Jum 99 Sonia Tanti Independent Living Centre (STILC) 113 Servizz ta’ Assessjar u Interventi ta’ Ħidma Soċjali 221 Servizzi Residenzjali / NGOs 283 ACTU 151 Interpretazzjoni tal-Lingwa tas-Sinjali 0 Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, persuna tista’ tkun qed tapplika għal aktar aktar minn servizz wieħed fl-istess ħin u għalhekk l-istess persuna jista’ jagħti l-kas li tkun qiegħda f’lista differenti ta’ stennija, skont is-servizz/i li tkun applikat għalih/għalihom.

Djar Residenzjali tal-Persuni b’Diżabilita’: Użu ta’ lift

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12218, jista’ l-Ministru jwieġeb issa din il-mistoqsija dwar jekk id-Djar Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilita’ kollha għandhomx lift sabiex ir-residenti jkollhom aċċessibiltà biex joħorġu fil-komunità?’

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, 5 mid-Djar Residenzjali operati mill-Aġenzija Sapport għandhom lift. Oħrajn huma fuq pjan wieħed jew m’għandhomx lift. Meta jsir l-assessjar tal-persuni b’diżabilità qabel ma jmorru jgħixu f’dawn id-djar, jiġi stabbilit xi bżonnijiet għandhom sabiex ikunu akkomodati f’dar li tilħaq il-bżonnijiet kollha tagħhom. Il-persuni b’diżabilità kollha li jgħixu fir-residenzi mmexxija mill-Aġenzija Sapport jistgħu joħorġu fil-komunità bla xkiel. Kull dar għandha l-faċilitatjiet kollha neċessarji aċċessibbli għall-użu tal-persuni b’diżabilità li jgħixu fihom. Dan minbarra li l-binjiet tal-Aġenzija huma kollha aċċessibbli skont il-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. Dan jgħodd għar-residenzi, ċentri ta’ matul il-jum kif ukoll uffiċini tal-Aġenzija.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — karigi minn persuni barra s-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi fis-Segretarjat Privat tiegħu u tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-persuni li jokkupawhom, ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif preżentat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.