Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Ħaddiema - Telework
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16635 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim LNG Security of Supply Agreement iffirmat fil-15 ta’ April 2015 mill-individwu u l-kumpanija li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16634 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehimiet iffirmati mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-Ażerbaijan?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Enerġija u l-Ilma għandu 2 parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta għall-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti.
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn il-perjodu tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma tneħħa mill-ewwel paġna fil-parti ta’ fuq tax-xelluġ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ARMS riedet tkun iżjed preċiża u b’hekk dan il-perjodu qed jitniżżel ħdejn il-qari tad-dawl u l-qari tal-ilma. Din saret ukoll għaliex xi drabi jkun hemm differenza żgħira ta’ ġranet bejn il-qari taż-żewġ metres.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji — tmexxija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15791, 15446 u 14344 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull entità jgħid minn min hi komposta t-tmexxija tagħha (chairperson, diretturi, senior management) u x’inhuma l-karigi rispettivi tal-persuni fit-tmexxija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tender ‘Transport of Enemalta Articles From Stores To Site Of Works Gozo/ Comino’
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li t-tender 'Transport of Enemalta Articles From Stores To Site Of Works Gozo/ Comino' ġiet ikkanċellata? Jista’ jgħid x’ħa jiġri minn issa ’il quddiem rigward din it-tender? Jista’ jgħid min kien u min fil-preżent qed joffri dan is-servizz, kif intgħażel u kemm kien ilu joffri dan is-servizz? Jista' jgħid xi ħlas sar għal dan is-servizz fis-sena 2019 u fis-sena 2020 s’issa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żewġ offerti li ġew sottomessi kienu għola mill-badġit allokat, għalhekk it-tender ġie kkanċellat f’konformità ma’ klawsola 18.3 (d) tal-General Rules Governing Tenders. Dawk interessati ngħataw l-opportunita li jippreżentaw l-oġġezzjoni tagħhom lill-Public Contract Review Board iżda ma waslet l-ebda oġġezzjoni. Ġie revedut tender ieħor u ser jinħareġ fiż-żmien li ġej. L-informazzjoni l-oħra mitluba hija kummerċjali u kunfidenzjali.
Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16436 u jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’żieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 16436, li kopriet il-perjodu sa Settembru li għadda, nixtieq inżid li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklużi, hu kif ġej:
Ottubru-Diċembru 2019: kien hemm talba waħda biss
Jannar-Settembru 2020: 11-il talba
Minn dawn kien hemm 3 talbiet li ġew milqugħa, 9 ġew rifjutati u m’hemm l-ebda talba pendenti.
Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat tal-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.
San Ġiljan — Triq Sant'Andrija - xogħlijiet fuq triq
Question
B'referenza għax-xogħlijiet li saru fi Triq Sant'Andrija f'San Ġiljan, jista' l-Ministru jispjega għaliex parti minn din it-triq qed terġa' tinqala' propju ftit xhur wara li ngħatat it-tarmak biex irranġaw xi livelli?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta intervjeniet fit-triq imsemmija minħabba ħsarat fis-sistema ta’ vultaġġ baxx li kien hemm fl-inħawi.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehimiet iffirmati mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-Ażerbaijan?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim LNG Security of Supply Agreement iffirmat fil-15 ta’ April 2015 mill-individwu u l-kumpanija li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Kuntratti, direct orders, donations jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16462 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Water Services Corporation tat lill-Marigold Foundation l-ammont ta’ € 2,500 fl-2016, € 2,755 fl-2017, € 2,500 fl-2018, € 8,750 fl-2019 u € 3,750 fl-2020, filwaqt li fis-sena 2019, l-Enemed tat lill-Marigold Foundation is-somma ta’ €5,665.
Ta’ min jirrimarka li dawn il-fondi huma indirizzati lil għaqdiet li jaħdmu ma’ pazjenti tal-kanċer bħala parti mill-kampanja ta’ Marigold, mhux għall-fondazzjoni nnifisha.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — karigi minn persuni barra s-settur pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi fis-Segretarjat Privat tiegħu u tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-persuni li jokkupawhom, ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt:
Kariga
No.
Head of Secretariat
1
Private Secretary
1
Ministry Co-Ordinator
1
Co-ordinating Officer
2
Secretariat Officer
2
Messenger
2
Secretariat Messenger/Charwoman
1
Receptionist/Messenger
1
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Kuntratti, direct orders, donations jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u ghaldaqstant it-twegiba tinghata f'seduta ohra.
Peress li s-supply tal-ilma li jissupplixxi l-ilma għal-lokalitajiet tas-Santi, Abatija, Imġarr ta’ ġewwa u Fomm ir-Riħ, ilu għal dawn l-aħħar tliet snin bħala servizz temporanju, jiġifieri pipe tal-ilma mgħoddi minn fuq il-ħajt u mikxuf għas-sħana tax-xemx, jista’ l-Ministru jara li jsir ix-xogħol meħtieġ sabiex jara li dan is-supply temporanju jinbidel ma’ supply fis?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm diversi proġetti relatati ma titjib fin-network tal-ilma u drenaġġ fiż-żoni ndikati.
Il-Mellieħa – Triq Għajn Tuta – provista ta’ new water għall-bdiewa
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jistħarreġ it-talba tal-bdiewa għall-provista ta’ new water li jiġi mwassal sa tarf ta’ Triq Għajn Tuta fil-limiti tal-Mellieħa ladarba diġà hemm supply tal-ilma fil-bidu tat-triq imsemmija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żona ndikata ma tagħmilx parti mid-disinji kurrenti. Hemm pjanijiet biex in-network tan-New Water jikber skond il-ħtieġa u l-bżonnijiet tal-utenti.
REWS – lista ta’ għaqdiet fuq livell ewropew li hi membru tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-għaqdiet fuq livell ewropew li tagħhom ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) hu membru? F’kull każ jista’ jelenka s-sehem tar-REWS fl-attivitajiet tal-għaqda konċernata?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpallant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-PQ 11384 li għamel hu stess f’Ottubru tas-sena li għaddiet. Hekk kif tinġabar l-informazzjoni ulterjuri mitluba minnu, din tkun tista’ tingħata wkoll.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — sponsorships/grants mogħtija
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-isponsorships/grants kollha li ngħataw minn xi dipartiment jew entità fil-Ministeru tiegħu sena b’sena, mis-sena 2015 ‘il hawn u għal kull sponsorship/grant jgħid kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju, x’kien il-proġett/inizjattiva u meta ngħatat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwa jew xi entitajiet li huma fid-dekasteru tiegħu huwiex/humiex skedat/i li jkollu/jkollhom laqgħat mad-delegazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li ser tasal Malta fil-weekend li ġej waqt li CEO tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jasal f’Malta t-Tnejn li ġej 28 ta’ Settembru għal jumejn? Jekk iva, minn min intalbet il-laqgħa/t u meta ntalbet? X’inhu s-suġġett li huwa fuq l-aġenda tal-laqgħat u jekk dan jinkludiex il-kuntratt tal-Electrogas?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta kellha laqgħa skedata mal-kumpanija msemmija u li ġiet pjanata aktar minn xahar u nofs ilu. Din il-laqgħa kella ssir f’nofs Awwissu li għadda iżda ġiet posposta għal nhar it-Tlieta 29 ta’ Settembru minħabba restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar. Il-laqgħa hi skedata bejn l-uffiċjali tal-Enemalta plc u Siemens Italia spa biex jiġu diskussi materji relatati ma’ proġetti kurrenti bejn iż-żewġ kumpaniji. Infurmat illi l-Kumpanija msemmija m’hix l-istess waħda li tagħmel parti mill-konsorzju tal-Electrogas.