Legislature:
Category:
Reset
Active:

Siġġiewi – Triq Patri Ġużepp Delia – vultaġġ baxx ta’ elettriku

Question

Tista' l-Ministru ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni fi Triq Patri Ġużepp Delia, fis-Siġġiewi, hekk kif ir-residenti qegħdin jesperjenzaw vultaġġ baxx fuq bażi regolari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija Parlamentari 24598.

Siġġiewi – Triq Lażżru Pisani – vultaġġ baxx ta’ elettriku

Question

Tista' l-Ministru ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni fi Triq Lażżru Pisani, fis-Siġġiewi, hekk kif ir-residenti qegħdin jesperjenzaw vultaġġ baxx fuq bażi regolari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija Parlamentari 24598.

Siġġiewi – Triq il-Lawrenti – vultaġġ baxx ta’ elettriku

Question

Tista' l-Ministru ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni fi Triq il-Lawrenti fis-Siġġiewi, hekk kif ir-residenti qegħdin jesperjenzaw vultaġġ baxx fuq bażi regolari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija Parlamentari 24598.

Mosta – Triq Baskal Buhagiar – qtugħ tal-elettriku – każ ta’ persuni

Question

Tista’ l-Ministru tara x’jista’ jsir sabiex familji li jgħixu fi Triq Baskal Buhagiar fil-Mosta jkunu megħjuna għaliex qed isofru minn sitwazzjonijiet fejn l-elettriku, bħala saħħa tal-vultaġġ li d-dettalji qed jingħataw separatament, qed jaqa’ b’konsegwenza li f’lejla, l-elettriku ġieli inqata’ ma’ 8 darbiet? Dan kollu qed iwassal fi ħsara ta’ appliances u jidher li s-salvazzjoni hu li jeħtieġ li jinbena “feeder” jew substation ġdida. Għalhekk qed nitlob lill-Ministru tara x’possibilitajiet hemm biex isir dan l-investiment? Tista’ tgħid meta ser isir?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta diġa intervjeniet fiż-żona msemmija billi qalbet numru ta' konsumaturi fuq substation alternattiva. Fiż-żmien li ġej l-Enemalta se tkun qed tinvesti b'iktar tisħiħ tal-infrastruttura fiż-żona msemmija.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — Reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Tista' il-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23398 u 21964 u ċjoè tista' tgħid kemm intnefqu flus għal reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha mill-2017 sal-lum?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar

Wied ta’ Ħal Qormi – fawran ta’ drenaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se tissolva l-problema tad-drenaġġ ifur li tinqala’ minn żmien għal żmien fl-inħawi tal-Wied ta’ Ħal Qormi b’inkonvenjent kbir għar-residenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għaddejt il-każ lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex it-tekniċi tagħha jinvestigaw u jieħdu l-passi neċessarji.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — Infiq fuq materjal ta' reklamar

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kien l-ammont li ntnefaq mill-Ministeru fuq materjal ta' reklamar inkluż fuq billboards, reklami fil-gazzetti, reklami fuq social media u leaflets jew pubblikazzjonijiet oħrajn li tqassmu fid-djar għal kull xahar bejn Jannar 2020 u Jannar 2022?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24052, tista’ l-Ministru tgħid min approva dawn id-deċiżjonijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dawn ġew approvati rispettivament mill-Kap Eżekuttiv tal-entita.

Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma — Bord tad-Diretturi

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22828 u ċioè, b’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22505 u t-tweġiba mogħtija, tista’ l-Ministru tgħid x’kienet preċiżament il-proċedura indipendenti u imparzjali mitluba skont l-artikolu 3(6) tal-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma Kap. 545 li allura ġiet segwita fil-ħatra tal-membri tal-Bord tar-REWS kif imħabbra tramite l-avviż numru 1344 tal-Gazzetta tal-Gvern?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lil Onor Interpellant li fir-rigward tal-ħatra tal-membri tal-bord imsemmi minnu, il-proċedura li ġiet segwita hija dik kif provduta fl-Artikoli tal-Kap 545. Infakkar li dan kellu jsir wara li membru tal-bord ġiet nieqsa u għaldaqstant kellu jintela’ l-post vakant dan skont Artiklu 3 (12) tal-istess imsemmi Kapitolu 545.

Santa Luċija – Ġnien is-Serenità — xogħol

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22873, tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra meta huwa mistenni li jinbeda x-xogħol, minnha indikat, fi Ġnien is-Serenità Santa Luċija?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett fuq spazju miftuħ ġewwa Ġnien is-Serenita f’Santa Lucija ser ikun qed jitlesta matul din is-sena. Matul ix-xhur li ġejjin mistenni li tiġi ppubblikata s-sejħa għall-offerti biex b’hekk ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jibdew u jitlestew kif ippjanat.

Rabat — Attività soċjali fin-Numero Uno

Question

Tista’ l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 24407 u ċjoè tista' tinforma lill-Kamra: a) min kien mistieden għall-attività soċjali li saret fin-Numero Uno fil-limiti tar-Rabat fl-2021 u li fiha hija kienet preżenti? b) kemm swiet b’kollox l-attività, fejn kien hemm open bar ukoll apparti ikel? c) min ħa ħsieb l-organizzazzjoni, inkluż il-live band,DJ u l-kantant li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? d) tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-invit li nħareġ, jekk inħareġ invit? e) id-data ta’ dan il-party? f) kemm minn dawk preżenti kienu uffiċjali pubbliċi u CEOs ta’ aġenziji tal-Gvern?

Response (DALLI, MIRIAM)

Dak li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għalih huwa ‘networking event’ li sar nhar it-Tlieta, 30 ta’ Novembru u li għalih attendew persuni li jikkontribwixxu u jikkollaboraw flimkien fil-ħidma tal-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. In-nefqa għal dan in-‘networking event’ li laqqa’ entitajiet li tul is-sena jkunu mitluba jaħdmu flimkien, kienet ta’ €7,776. L-2021 kienet sena ta’ ħidma importanti għall-entitajiet diversi li jagħmlu parti mill-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-iżvilupp Sostenibbli. Din is-sena rridu nkomplu nibnu fuq dawk ir-riżultati. Dan wara li f’sena ta’ pandemija mhux biss assistejna bil-kbir lin-negozji u lill-familji imma bqajna nattiraw investiment rekord. Investiment li flimkien ma’ inizjattivi bħal wage supplement, għen biex illum għandna l-anqas rata ta’ qgħad fl-istorja. Fuq il-wage supplement biss sal-lum investejna kważi seba’ mitt miljun ewro (€700,000,000.) Infakkar li r-rata ta’ qgħad kienet ferm ogħla f’ċirkostanzi ferm aktar kalmi fi żmien amministrazzjonijiet oħra li l-Onorevoli Interpellant kien jagħmel parti minnhom.

Ministru tal-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — żjara fil-Golf Għarbi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24406, tista' il-Ministru tgħid x'inhi d-diffikultà biex twieġeb din il-mistoqsija dwar liema pajjiż fil-Golf Għarbi żaret riċentement? Kemm-il pajjiż fil-Golf Għarbi żaret fl-aħħar xahrejn?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm ebda diffikultà. Fl-aħħar xahrejn żort pajjiż wieħed tal-Golf Għarbi: Dubai. Din iż-żjara kienet parti mill-attivitajiet tal-Malta Day, li ġiet organizzata fl-Expo 2020 Dubai fejn qed jipparteċipaw 192 pajjiż. Delegazzjoni mill-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u Żvilupp Sostenibbli pparteċipat f’numru ta’ laqgħat ma’ entitajiet u organizazzjonijiet responsabbli mill-enerġija u s-sostenibbiltà’, inkluż mal-Ministru responsabbli mill-enerġija. Dan biex ikunu diskussa oqsma ta’ interess fejn iż-żewġ pajjiżi jistgħu jikkollaboraw dwarhom. Il-laqgħat bilaterali saru bil-possibilità’ ta’ kollaborazzjoni ma’ entitajiet varji fl-isfond ta’ l-iżvilupp ta’ riċerka u innovazzjoni u investiment ġdid f’dawn l-istess setturi.

Mġarr – xogħlijiet fl-inħawi tal-Ħaddidien

Question

Issa li tlesta x-xogħol, tista’ l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa sabiex twassal is-servizz ta’ new water fl-inħawi Tal-Ħaddidien, fl-Imġarr bejn il-Palazz ta’ Charlie u Binġemma, għaliex s’issa d-distribution point għadha ma saritx u l-bdiewa ma jistgħux jinqdew mis-servizz tant meħtieġ ta’ new water?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lil Onorevoli interpellant jipprovdi site map taż-żona li qed jirreferi għaliha. Partikolarment, għaliex fl-areas indikati diġa hemm new water dispensers attivi u oħrajn li se jiżdiedu fix-xhur li ġejjin.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli – direct orders

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders kollha li ġew approvati mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tagħha matul l-2022, l-ammont tagħhom u l-iskop għal xiex ingħataw?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija Parlamentari 23910.

Żebbiegħ – latrina pubblika

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar x’inhi r-raġuni li l-public convenience li skont l-informazzjoni li għandi nbniet bħala parti mix-xogħol tat-tqegħid ta’ cable fiż-Żebbiegħ, għadha ma nfetħitx minkejja li ilha lesta bosta xhur?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — reklam fil-Gazzetta KullĦadd

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tagħha, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom. Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televiżivi, sa dawk aktar moderni, bħal portals , blogs , vlogs u websites . Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku żgur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan. L-approvazzjoni tar-reklamar issir skont il-proċeduri stabbiliti. Għal dan il-għan intużaw fondi allokati apposta fil-baġit tal-Ministeru bl-ispiża ta’ €700 (VAT eskluża).

San Pawl il-Baħar – Triq San Ġużepp u Triq tal-Katidral – xogħol ta’ mains

Question

Billi fi Triq San Ġużepp u Triq tal-Katidral, San Pawl il-Baħar, f’dawn l-aħħar ġimgħat kienu qed jitpoġġew xi mains tas-servizzi ġodda, tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar x’inhu x-xogħol li qed isir, u wkoll tagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta, u dan billi t toroq msemmija jinsabu qrib l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar u qed jinħolqu bosta inkonvenjenti kemm għar-residenti, kif ukoll għall-istess skola?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif ġie mħabbar mill-Korporazzjoni f’Novembru li għadda dawn ix-xogħlijet jinkludu tqegħid ta’ żewġ pressure mains tad-drenaġġ, tibdil ta’ servizzi tal-ilma u wiċċ ġdid tat-triq. Ix-xogħol ta’ tqegħid taż-żewġ pressure mains tad-drenaġġ tlesta matul ix-xhar ta’ Jannar, bix-xogħol l-ieħor mistenni jibda’ immedjatament wara. Huwa mistenni li x-xogħol kollu jkun lest sal-bidu ta’ Marzu ta’ din is-sena.

Għajnsielem – Pjazza Tolfa, Triq il-Ġnien, Triq Ħamri u Żona tal-Pjazza – flatwazzjonijiet tal-kurrent elettriku

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'passi qed tieħu jew ser tieħu l-Enemalta sabiex tassigura provvista adekwata tad-dawl fiż-żona ta' Għajnsielem magħrufa bħala L-Gudja li tikkomprendi ż-Żona ta’ Pjazza Tolfa, Triq il-Ġnien, Triq Ħamri u ż-Żona tal-Pjazza fejn fil-preżent hemm problemi kbar ta' flatwazzjonijiet tal-kurrent elettriku?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta qed tistenna li jitlestew it-trinek għal cables biex tqabbad żewġ substations f’din iż-żona.

Ministru tal-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli – Żjara fil-Golf Għarbi

Question

Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra x’kien l-iskop taż-żjara tagħha fil-Golf Għarbi reċentement, ma’ min iltaqgħet, min kellha magħha fid-delegazzjoni u l-ispiża totali taż-żjara?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi għal liema żjara u pajjiż jew belt qed jirreferi.

Rabat – Attività soċjali fin-Numero Uno

Question

Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra: a) min kien mistieden għall-attività soċjali li saret fin-Numero Uno fil-limiti tar-Rabat fl-2021 u li fiha hija kienet preżenti? b) kemm swiet b’kollox l-attività, fejn kien hemm open bar ukoll apparti ikel? c) min ħa ħsieb l-organizzazzjoni, inkluż il-live band,DJ u l-kantant li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? d) tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-invit li nħareġ, jekk inħareġ invit? e) id-data ta’ dan il-party? f) kemm minn dawk preżenti kienu uffiċjali pubbliċi u CEOs ta’ aġenziji tal-Gvern?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.