Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar xi żviluppi kien hemm mill-komunikazzjoni tal-Gvern dwar ix-xiri ta' postijiet użati bħala każini u li huma proprjetà tal-privat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23192 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-IP Holding ltd?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23194 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Gozo Channel Holding Ltd?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-financial statements jkunu ppublikati min MBR fuq is-sit eletroniku ta’ listess entita. Madankollu qieghed npoggi fuq il-mejda tal kamra l-ahhar annual report li jinkludi l-ahhar set ta financial statements kif kien intalab.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23660 u 24096 u u jgħid, kemm kien il-ħlas li l-Awtorità tal-Artijiet irċeviet għall-encroachment permits, kull sena mill-2013 sal-lum?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- mistoqsija 23660 ma ntbaghtetx lill dan il Ministeru. It-Twegiba 24233 tinghata f’seduta ohra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozi Żgħar – Kirjiet ta’ postijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kirjiet ta' postijiet li ħallas il-Ministeru għall-entitajiet li jaqgħu taħtu bejn Mejju 2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema huma u kif irriżultat tali kirja?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Ta’ Qali – suq miftuħ ta’ nhar ta’ Ħadd – spazju fejn jarmaw il-bejjiegħa
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li bejjiegħa fis-suq miftuħ ta’ nhar ta’ Ħadd wara nofsinhar f’Ta’ Qali, ikollhom fejn jarmaw fil-post tagħhom, bla xkiel ta’ vetturi kbar ipparkjati fl-ispazju li bil-liġi huwa l-ispazju li fih għandhom jarmaw?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — organogramma
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-każ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fil-Ministeru li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ 7, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 6.
Jista' l-Ministru jindika kemm inkera spazju s'issa u kemm għad hemm spazju x'jinkera fil-Gozo Innovation Hub? Jista' jindika kemm kien hemm spazju li ġie allokat għal skopijiet mhux industrijali u taħt liema kundizzjoni tali allokazzjoni saret?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi ghal mistoqsijiet parlamentari,22842, 21884, 23613 u 23886.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23120 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid għal kull waħda mill-entitajiet sew privata u sew pubblika li fil-mument qed topera mill-Gozo Innovation Hub, liema huma dawk il-proġetti ta' natura innovattiva li ħadmet jew qed taħdem fuqhom? Jista' jgħid ukoll x'riżultat ħalla kull wieħed minn dawn il-proġetti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
L-intrapriżi li bħalissa qed joperaw mill-Gozo Innovation Hub huma involuti fl-iżvilupp tat-teknoloġija tal-informatika partikolarment fis-settur tas-servizzi finanzjarji, sport professjonali, u cloud computing.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23660 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid, kemm kien il-ħlas li l-Awtorità tal-Artijiet irċeviet għall-encroachment permits, kull sena mill-2013 sal-lum?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4301, jista' l-Ministru jispjega meta bdiet il-konsulenza ta' €4,250 fix-xahar barra l-V.A.T. lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament sabiex jipprovdi "Information Management and data analytics" lill- Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob (MGA) u jistax jikkonferma illi din il-konsulenza baqgħet tingħata sal-lum? Kemm-il direct order ingħatat lil dan l-individwu matul is-snin sabiex tkopri l-għoti ta' din il-konsulenza? Fiex tikkonsisti din il-konsulenza u kemm tinvolvi sigħat fix-xahar? Jista' jispjega għala l-MGA qiegħda tiġi ffatturata għal "Research and Consultancy Services" meta oriġinarjament, id-direct order ingħatat għall-"Information Management and Data Analytics"? Jista' jispjega għala l-MGA ma impjegatx lil xi individwu sabiex iwettaq ir-riċerka li qed titwettaq b'din il-konsulenza?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23678, 23497 u 23579 u jagħti lista tal-isponsorships kollha li tat il-Malta Gaming Authority minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien l-ammont, lil min, id-data u l-iskop tas-servizz jew prodott u min approva tali sponsorship?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Segretarju Permanenti - safar fuq xogħol uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer fuq xogħol uffiċjali s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu, sena b'sena mill-2013 sal-2021, x’kien l-iskop ta' dawn iż-żjarat u kemm kienet in-nefqa ta' dawn iż-żjarat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tas-safar fuq xogħol uffiċjali tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu, sena b'sena mill-2013 sal-2021, x’kien l-iskop ta' dawn iż-żjarat u kemm kienet in-nefqa ta' dawn iż-żjarat.
Attachments:Travel list (Perm Sec) - Year 2014 till 2021.pdf
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23534 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 23250, jista' l-Ministru jgħid kemm fih metri kwadri l-post li ġie mikri lil Malta Business Registry u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv ta' kera?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.