Is-sistema edukattiva – Il-ħsieb kritiku fit-tfal u ż-żgħażagħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif jiġi promoss il-ħsieb kritiku fis-sistema edukattiva tagħna? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx saret riċerka kkummissjonata mill-Ministeru tiegħu li tinvestiga kemm is-sistema edukattiva tagħna tiffaċilita u tinkoraġġixxi l-ħsieb kritiku fit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-Ministeru jpoġġi l-iżvilupp tal-ħsieb kritiku bħala wieħed mill-elementi ċentrali tal-edukazzjoni kontemporanja. Dan jiġi promoss permezz ta’ diversi inizjattivi strateġiċi li jiffukaw fuq tagħlim attiv, riflessiv u bbażat fuq il-ħiliet.
Permezz tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 2024-2030, il-Ministeru qed isaħħaħ aktar dan l-approċċ billi jippromwovi prattiki ta’ tagħlim li jsaħħu l-awtonomija tal-istudenti, il-ħsieb indipendenti u l-ħila li jevalwaw informazzjoni b’mod kritiku. Dan qed jiġi appoġġjat ukoll permezz ta’ programmi ta’ żvilupp professjonali għall-edukaturi, li jiffukaw fuq metodoloġiji ta’ tagħlim attiv, inquiry-based learning u problem-based learning.
Fir-rigward ta’ riċerka, il-Ministeru jsegwi mill-qrib ukoll evidenza minn studji internazzjonali li fihom Malta tipparteċipa, fosthom il-Programme for International Student Assessment (PISA), li jevalwa fost l-oħrajn il-ħiliet tal-istudenti fil-qari, il-matematika u x-xjenza, inkluż il-kapaċità tagħhom li japplikaw l-għarfien b’mod analitiku u kritiku. Ir-riżultati u l-analiżi ta’ dawn l-istudji jintużaw biex jinfurmaw il-politiki u r-riformi edukattivi.
Fl-istess waqt, il-Ministeru qed iwettaq ukoll proċessi ta’ reviżjoni tal-Qafas Nazzjonali tal-Kurrikulu, f’kollaborazzjoni ma’ esperti internazzjonali, sabiex jiġi żgurat li s-sistema edukattiva tagħna tkompli tissaħħaħ fl-iżvilupp ta’ kompetenzi trasversali bħall-ħsieb kritiku, il-kreattività u l-ħiliet ta’ problem solving.
B’dan il-mod, il-Ministeru qed jiżgura li s-sistema edukattiva tagħna tkompli tipprepara lit-tfal u ż-żgħażagħ mhux biss b’għarfien akkademiku, iżda wkoll bil-ħiliet meħtieġa biex janalizzaw, jivvalutaw u jifhmu b’mod kritiku d-dinja li jgħixu fiha.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31732, fejn ġie mwieġeb “Barra minn hekk, il-Gvern impenja ruħu f’investiment ta’ madwar €40 miljun fiċ-Ċentru tar-Riċerka tal-Università ta’ Malta, proġett strateġiku li se jsaħħaħ l-infrastruttura nazzjonali tar-riċerka u jpoġġi lill-pajjiż fuq livell ġdid ta’ eċċellenza xjentifika u teknoloġika. Dan iċ-ċentru se jservi bħala punt ta’ konverġenza bejn l-akkademja, l-industrija u l-innovazzjoni, u se joffri spazji avvanzati għar-riċerkaturi u għall-kollaborazzjoni internazzjonali.”, jista’ l-Ministru:
i. jagħti iktar dettalji dwar dan il-proġett;
ii. jgħid f’liema stadju tal-implimentazzjoni wasal dan il-proġett;
iii. jgħid liema fondi Ewropej qed jintużaw u kemm ser ikun hemm fondi Ewropej apparti l-€40 miljun allokati mill-Gvern Malti;
iv. jgħid fejn ser isir dan il-proġett; u
v. jgħid meta hu ppjanat li jitlesta u jibda jiffunzjona dan iċ-ċentru?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31732, fejn ġie mwieġeb “Tul il-perjodu 2020 sa 2025, l-Università ta’ Malta rċeviet finanzjament totali ta’ €7,576,012.14 mid-diversi line votes relatati mar-riċerka, imqassma fuq oqsma ewlenin bħas-saħħa, is-soċjali, it-teknoloġija u l-edukazzjoni.”, jista’ l-Ministru jagħti “break down” ta’ fuq liema oqsma dawn is-€7.5 miljun intefqu fuq riċerka?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jagħti n-numru ta’ applikazzjonijiet pendenti għall-istatementing biex tiġi deċiża l-għajnuna meħtieġa minn LSE? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm applikazzjonijiet pendenti sal-aħħar tas-sena 2025?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-proċess hu wieħed kontinwu u rigoruż.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-kontribut ta’ Malta lill-European Space Agency (ESA), li tmexxi riċerka u programmi spazjali, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li bejn l-2018 u l-2023 kien hemm investiment ta’ €400,000 fis-sena, fi skema imsejjħa ‘
Space Research Fund
’, dedikata speċifikament għar-riċerka u t-tisħieħ tal-kompetenzi lokali fil-qasam ta’ l-iSpazju. Filwaqt li fl-2024 ġie nvestit €1,649,128.54 u fl-2025 ġie investit €1,688,707.63.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34935, 35177 u 35517 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tas-CEOs tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li saru s’issa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt tac-CEO preżenti qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34936, 35176 u 35516 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-impjieg tad-Diretturi tal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) li saru s’issa u jindika jekk dawn humiex full-time jew part-time?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Inteprellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Kunsilli lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Framework Agreement - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru mill-Framework Agreement li sar bejn il-kunsilli lokali u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi matul is-sena 2024 u f’liema lokalitajiet saru dawn ix-xogħlijiet?
L-Imtarfa - Military Officers’ Mess - Manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35238 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u jgħid min hu responsabbli għall-manutenzjoni tal-binja tal-‘Military Officers’ Mess’ fl-Imtarfa?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35237 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u jgħid jekk hemmx pjan li l-binja tal-‘Military Officers’ Mess’ fl-Imtarfa, tiġi rrestawrata, peress li tinsab mitluqa? Jekk iva, jista’ jgħid jekk hemmx xi pjanti u permessi u meta ser isir dan ir-restawr?
Università ta’ Malta – Senior canteen section – Sistema tal-elettriku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex tiġi upgraded is-sistema tal-elettriku fis-senior canteen section tal-Università ta’ Malta, fid-dawl li s-sistema ta’ bħalissa hija antika u m’hemmx outlets biżżejjed fejn membri tal-istaff ikunu jistgħu jiċċarġjaw l-mobile, tablet jew laptop?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-pjan huwa li s-socket outlets fejn membri tal-istaff ikunu jistgħu jiċċarġjaw il-mobile, tablet jew laptop fis-senior canteen section tal-Università ta’ Malta, jiżdiedu fix-xhur li ġejjien.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ggradwaw mill-MCAST mill-2001 sal-2025, maqsuma sena b’sena u jippreżenta l-informazzjoni b’mod grafiku?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin imsemmija gradwaw total ta’ 54,134 student.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li ggradwaw mill-Università ta’ Malta mill-1986 sal-2025, maqsuma sena b’sena u jippreżenta l-informazzjoni b’mod grafiku?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21273. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li fl-2024 gradwaw 906 student ieħor u fl-2025 gradwaw total ta’ 3,676.
Skola Dun Manwel Attard Resource Centre - Studenti ġodda
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35459 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34643 dwar l-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre fil-Wardija, jista' l-Ministru jgħid kemm-il student ġdid hemm maħsub li jkun hemm f'din l-istess skola għas-sena skolastika 2026-2027? Jista’ jgħid ukoll kemm hu stmat li jkunu l-istudenti separatament għal kull sena għas-sena skolastika 2026-2027?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m’għandix xi nżid ma dak li diġa weġibt fil-mistoqsijiet parlamentari li saru preċedentament, inkluż tweġibiet orali li tajt diġà fil-parlament.
Jista’ l-Ministru jgħid x’korsijiet ser ikunu offruti mill-Life Hack Programme?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-Aġenzija Żgħażagħ toffri;
1. Moneywise: litteriżmu finanzjarju, drawwiet ta ’flus responsabbli, ibbaġitjar, tfaddil, għarfien dwar id-dejn, u teħid ta’ deċiżjonijiet finanzjarji.
2. Imħuħ konnessi: Benesseri emozzjonali, bilanċ diġitali, empatija, reżiljenza, ġestjoni tal-istress, intelliġenza emozzjonali, strateġiji kontra l-bullying, u relazzjonijiet onlajn/offlajn b ’saħħithom.
3. Ħu Azzjoni permezz tar-ritratti: fehim tal-midja viżiva, il-fotografija bħala għodda għall-avukatura, l-interpretazzjoni ta ’messaġġi viżivi, is-sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet, u l-espressjoni kreattiva tiegħek innifsek.
4. Spark Kreattiv: Għodod ta ’ħsieb kreattiv, soluzzjoni tal-problemi, ħsieb tad-disinn, prototipar, ħiliet analitiċi, inklinazzjonijiet intraprenditorjali, u approċċi innovattivi għall-isfidi tal-ħajja reali.
Dawn l-erba’ programmi kollettivament jiffurmaw l-offerta ta’ LifeHack għall-istudenti tal-Year 7 u Year 8.