Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 12221 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u 10620, li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern li jirrestawra l-Forti Delimara minħabba li tinsab fi stat ta' periklu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Lejn l-1982 il-Forti Delimara ġie mogħti f’idejn raħħal għall-użu bħala maqjel tal- majjali. Heritage Malta ħadet il-Forti taħt ir-responsabbiltà tagħha fl-2005.
Minn dak iż-żmien ’il hawn Heritage Malta wettqet għadd ta’ miżuri sabiex il-Forti ma jibqax isofri ħsarat ikkawżati minn vandali li kienu jisgassaw u jokkupaw il-Forti illegalment sa dakinhar. Saru wkoll studji biex wieħed jistabbilixxi l-kundizzjoni u l-potenzjal tal-Forti.
Għalkemm ma jeżistix pjan immedjat għar-restawr tal-Forti Delimara sejrin jibdew diskussjonijiet bejn Heritage Malta u NGO lokali biex jiġi esplorat jekk jistax isir xi ftehim ta’ kooperazzjoni bil-għan li jibda programm ta’ restawr.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — nisa tqal li jaħdmu
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin, kull xahar separatament, ta' nisa Għawdxin tqal li jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministru biex matul it-tqala tagħhom jiġi trasferiti proviżorjament f'Għawdex? Tista' tgħid meta ntlaqgħet kull talba mill-bord konċernat u tgħid meta ġie awtorizzat it-trasferiment proviżorju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-raġuni u l-iskop oriġinali li għalih inbniet id-diving pool fil-pixina nazzjonali? Tista' tgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern (Kunsill Malti għall-Isport) flimkien mal-Aquatic Sports Association, jaraw li terġa' tibda tintuża għall-iskop oriġinali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-erba’ dixxiplini tal-Fédération Internationale de Natation (FINA) u tal-Ligue Européenne de Natation (LEN), l-għaqdiet internazzjonali li jirregolaw l-aquatic sports, huma l-għawm, il-waterpolo, l-għawm sinkronizzat u d-diving. L-ewwel żewġ dixxiplini jistgħu jiġu prattikati fil-pixxina l-kbira, filwaqt li d-diving u t-taħriġ tal-għawm sinkronizzat jridu jsiru f'pixxina li hija aktar fonda u attrezzata b'tagħmir apposta bħal ma huma diving boards.
Fil-preżent m'hemm l-ebda proposta min-naħa tal-Aquatic Sports Association sabiex isir użu tad-
diving pool
għal
diving
jew għawm sinkronizzat. Madankollu din il-pixxina tintuza biex tikkumplimenta l-pixxina l-kbira għal skop ta' taħriġ u tagħlim.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-futur tal-pixxina tal-Waterpolo tal-Belt, liema pixxina kienet isservi ukoll għal żmien bħala pixxina nazzjonali? Ma taħsibx li l-ħsarat li sarulha u l-ħmieġ li qed jintefa' fiha, huma eyesore kemm għall-Maltin kif ukoll għat-turisti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Public Broadcasting Services — Eurovision Co-ordinator
Question
Tista' l-Ministru tgħid xi kriterji intużaw fl-għażla tal-persuna li bħalissa qed tokkupa l-pożizzjoni ta' Eurovision Co-ordinator fil-Public Broadcasting Services? Peress li wieħed mir-rwoli tal-persuna li tokkupa din il-kariga hi li żżid id-dħul finanzjarju għall-Eurosong Festival, tista' tgħid kemm jammonta id-dħul finanzjarju f'riklami li daħlet il-Public Broadcasting Services s'issa b'riżultat ta' dan l-ingaġġ? Tista' tikkonferma li l-persuna li applikat għal din il-pożizzjoni imma li ma ġietx magħżula ingħatat inkarigu ieħor fil-Public Broadcasting Services marbut mal-Eurovision Song Contest? Kemm huwa l-ħlas li qed jingħata lil din il-persuna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuna li qed tokkupa l-post ta’ Eurovision Coordinator intagħżlet fuq dawn il-kriterji: kompetenzi tekniċi, kompetenzi kummerċjali, flessibiltà, kommunikazzjoni, problem solving, projects management u kompetenzi ta’ ippjanar u organizazzjoni.
F’dan l-istadju d-dħul se jkun marbut ma’ diversi attivitjiet waqt il-ġimgħa tal-Malta EuroSong. Huwa kmieni wisq biex jingħad xi dħul se jħallu dawn l-attivitajiet.
Il-persuna li ġiet fit-tieni post tal-proċess ġiet appuntata bħala membru fl-Advisory Team. Il-membri tal-Advisory Team li mhumiex impjegati tal-Public Broadcasting Services Ltd. jingħataw remunerazzjoni ta’ €1,397.00 fis-sena.
Public Broadcasting Services — Bidla għal sistema diġitali
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hijiex sodisfatta bil-pass li miexi biha l-Public Broadcasting Services fit-tħejjijiet tiegħu għall-bidla għal sistema diġitali fl-aħħar ta' din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Public Broadcasting Services Limited mixja b’mod regolari fit-tħejjijiet tagħha għall-bidla għal sistema diġitali fl-aħħar ta’ din is-sena.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux possibbli li kull meta studenti li jattendu l-Junior Lyceum tal-bniet fil-Kulleġġ Santa Klara jkollhom il-lezzjonijiet tal-PE jmorru libsin it-tracksuit uffiċjali tal-iskola minflok li jkollhom ibiddlu fi dressing room kiesħa u umda b'riskju li jimirdu fix-xhur kesħin tax-xitwa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-dressing rooms tal-Liceo tal-Bniet, Pembroke, tal-Kulleġġ Santa Klara huma ġodda bl-extractor fans ġo fihom, b’faċilitajiet addattati bħala changing rooms.
Il-Kunsill tal-iskola ressaq din il-kwistjoni u b’mod unanimu ġie deċiż li l-istudenti jbiddlu fl-iskola għal-lezzjonijiet tal-P.E. għaliex hija kontra l-iġjene tal-persuna tal-istudenti li joqogħdu ġurnata sħiħa bi tracksuit wara l-lezzjoni tal-P.E. Għal din ir-raġuni l-istudenti ma jistgħux imorru bi tracksuit mid-dar.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex persuni li kienu jagħmlu użu mit-track tal-Marsa għall-eżerċizzju fiżiku, bħal jogging u miexi, u dan partikolarment għal dawk li jgħixu fl-irħula tal-madwar li m'għandhomx areas addattati fejn jimxu minħabba t-traffiku, bħal per eżempju Ħal Qormi, qed jiġu mitluba jidħlu membri bil-ħlas meta dawn ma jagħmlu użu mill-ebda faċilità oħra, ħlief it-track?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Matthew Micallef St. John Athletic Stadium ġie mgħoddi lill-Malta Amateurs Athletics Association, MAAA, b’titolu legali għal 49 sena f’Ottubru li għadda. Kopja tal-kuntratt kienet ġiet mqegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-kuntratt jagħti dritt lill-MAAA biex toħloq skema ta’
membership
għall-pubbliku biex jagħmel użu tat-
track
. L-għaqda għandha d-dritt illi titlob ħlas ragjonevoli għall-
membership
. Min-naħa tiegħu l-Kunsill Malti għall-iSport, KMS, ħaseb biex beda joffri l-użu tat-
track
b’wiċċ sintetiku tal-Kulleġġ Sant’Injazju, f’Ħal Qormi, kemm għall-mixi kif ukoll biex isir
jogging
bi skema ta’
membership
mingħajr ħlas.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Play School Nanna Kola fil-Għargħur għaddietx jew hiex se tgħaddi għal għand il-Gvern? Tista' tgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni hux se joħroġ sejħa għal child carers? Jekk iva, meta u xi kwalifiki irid ikollhom l-applikanti biex ikunu eliġibbli għal dan ix-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-għan tal-Gvern huwa li iċ-Child Care Centre Nannakola fil-Għargħur jibqa’ jitmexxa fuq il-mudell eżistenti, jiġifieri dak ta’ partnership bejn il-Gvern u l-privat. Għalhekk bħalissa m’hemmx pjan li d-Dipartiment tal-Edukazzjoni ser joħroġ sejħa għal Child carers.
Tista' l-Ministru tagħti lista tan-nursery schools li huma reġistrati f'Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ Nursery Schools li huma reġistrati mad-Direttorat għall-Kwalità u
Standards fl-Edukazzjoni huma 17
Teddies Child Care Centre - Żurrieq
Tender Loving Centre (TLC) - Fgura
Tender Loving Centre - Marsascala
Mickeys Child Education Centre - Żejtun
Mickeys Child Education Centre - Ħamrun
Minnies Child Care Centre - Żejtun
ABC Child Care Centre - San Ġwann
Happy Kidz - San Ġwann
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha Youth Empowerment Centers madwar Malta u Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-progett ta’ Local Youth Empowerment Centres spiċċa fl-2008.
Minn dakinhar bdiet ħidma biex jinħoloq in-National Youth Empowerment Programme bi programmi ta’
empowerment
fuq skala nazzjonali. Il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ adoloxxenti li għalih daħlu 26 manuskritt u l-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ li għalih applikaw xejn anqas minn 29 Kunsill Lokali minn Malta u Għawdex huma żewġ eżempji tipiċi.
Bħalissa qed ikunu mfassla numru ta’ programmmi ta’ Youth Empowerment li se jkunu offruti fuq livell lokali. Matul is-sena d-dieħla l-kunsill lokali se jkunu offruti biex jippartiċipaw f’dawn il-programmi permezz ta’sħubija mal-Aġenzija taż-Żgħażagħ.
Tista' l-Ministru tieħu azzjoni biex tifel, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibda jattendi għall-programm NWAR provdut mill-Foundation for Educational Services (FES) biex jibda jingħata għajnuna f'ċerti nuqqasijiet bħalma hu l-qari?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dan l-istudent qed jistenna li jsir l-assessjar tiegħu sabiex, jekk ikun eliġibli, jingħata s-servizz kemm jista’ jkun malajr.
Tista' l-Ministru tgħid jekk jirriżultax li f'ċerti eżamijiet li saru fl-aħħar jiem fl-Università f'degree courses full-time (eżempju studji tat-turiżmu degree level), minflok numru, l-istudent qed jintalab jikteb l-isem? Ma taħsibx li dan jista' jagħti lok għal abbuż? X'azzjoni ħa l-Gvern fuq din il-kwistjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-eżamijiet kollha li jsiru fl-Università l-istudenti huma mitluba jiktbu isimhom u l-kodiċi ta’ student (li għal studenti Maltin huwa n-numru tal-karta tal-identita’ tagħhom).
Wara l-eżami, l-amministraturi ta’ kull fakultà jagħtu numru lil kull pitazz u l-parti ta’ fuq tal-pitazz tiġi maqtugħa u miżmuma fl-uffiċċju. B’hekk meta l-pitazzi jingħataw lill-eżaminaturi, dawn ikollhom numri biss (
Office Numbers
) u l-eżaminaturi ma jkunux jafu ta’ liema studenti huma l-pitazzi.
L-Università tikkonferma li dan qed isir fl-eżamijiet kollha, inkluż dawk fil-kors tat-Tourism Studies.
Kunsill Malti għall-Isport — orientieering, abseiling, tracking u camping
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk fost l-attivitajiet sportivi organizzati mill-Kunsill Malti għall-Isport għal żgħażagħ 'l fuq minn 16-il sena, hemmx it-tagħlim ta' orientieering, abseiling, tracking u camping?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-attivitajiet imsemmija jiġu offruti fil-programm sportiv Youths on the Move li jsir flimkien mal-kunsilli lokali li japplikaw għalih.
Tista' l-Ministru tgħid jekk is-Swimming Promotions Unit li kienet tippromwovi l-għawm fost it-tfal tal-iskola, għadhiex mwaqqfa? Jekk fin-negattiv, tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li terġa' titwaqqaf?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-promozzjoni u t-tagħlim tal-għawm illum jagħmel parti mill-iSport Promotion Unit li ġiet imwaqqfa fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Isport f'Settembru 2008.
ingredjenti tal-juice li qed jitqassam fl-iskejjel
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-ingredjenti tal-juice li qiegħed jingħata fl-iskejjel? Minn xiex hu magħmul dan il-juice?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kumitat tal-iSchool Fruit Scheme huwa magħmul minn tliet Ministeri.
Aħna bħala Ministeru m’aħniex involuti fl-għażla tal-ingredjenti f’din l-iskema. Huwa l-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali bħala paying agents li għandhom kuntatt dirett mal-produtturi.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport qiegħed involut biss fil-ġbir ta’ informazzjoni mingħand l-iskejjel u kif l-iskema tista’ tidħol fil-Kurrikulu tal-iskola.
Fondazzjoni għall-iskejjel t'Għada — direct orders
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders matul is-sena 2008 mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada? Kemm kien il-valur f’kull każ? F’kull każ lil min ingħata d-direct order?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fondazzjoni għall-iskejjel t'Għada — direct orders
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders matul is-sena 2009 mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada? Kemm kien il-valur f’kull każ? F'kull każ lil min ingħata d-direct order?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema nieqsa u f’liema suġġetti, form b’form u skola bi skola fl-iskejjel sekondarji statali? X’passi qed jittieħdu biex jinstabu l-għalliema nieqsa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Sa issa ma jirriżulta li hemm ebda nuqqas ta’ għalliema fl-iskejjel sekondarji statali.