Ir-Rabat Għawdex – swali tal-eżamijiet – air conditioners
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-iswali magħrufa bħala tal-eżamijiet fir-Rabat Għawdex hemmx installati air-conditioners? Jekk iva, tista' tgħid kemm ilhom istallati dawn l-air-conditioners u jekk dawn jiffunzjonawx ukoll?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Ċentru tal-Eżamijiet fi Triq Fortunato Mizzi, Victoria (Għawdex) huwa mgħammar b’sistema ta’ arja kkundizzjonata, inkluż il-kmamar li jintużaw għall-kandidati b’arranġamenti differenti. L-apparat huwa funzjonabbli u ġie installat bejn l-2014 u 2015.
Skejjel f'Għawdex — nefqa fuq tisbiħ u modernizzar
Question
Tista' l-Minsitru tgħid matul is-sena 2021 sal-lum kemm kienet in-nefqa:
1. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-iskola primarja tan-Nadur;
2. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-iskola primarja ta' Kercem;
3. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-iskola primarja taż-Żebbuġ;
4. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-iskola primarja tal-Ghħarb;
5. fuq il-bini ta' s
ensory-hydro- therapy pool
fl-iskola primarja ta' Sannat; u
6. fuq it-tisbiħ ta' diversi faċċati ta' diversi skejjel f'Għawdex?
F'kull każ tista' tagħti data meta ser ikun lest ix-xogħol?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija ssemmew bħala miżuri tal-Baġit għas-sena 2022. Għaldaqstant bħalissa qed isir ix-xogħol preparatorju biex dawn il-proġetti jibdew matul is-sena d-dieħla.
Foundation for Tomorrow Schools – audited accounts
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-accounts awditjati tal-Foundation for Tomorrow Schools għas-snin 2018, 2019 u 2020?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ngħarraf l-Onor. Interpellant li kopja tal-accounts awditjati tal-Foundation for Tomorrow’s Schools għas-snin 2018, 2019 u 2020 diġà tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22689 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm hemm infermiera li qed jaħdmu fl-iskejjel tal-Istat f’Malta u f’Għawdex? Tista’ tgħid f’liema skejjel qed jaħdmu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li hemm 21 infermier li huma assenjati f’dawk l-iskejjel tal-Istat li fihom jattendu studenti li għandhom bżonn għajnuna medika. Dan in-numru ma jinkludix iċ-Ċentri ta’ Rizorsa fejn hemm sitt (6) infermiera stazzjonati fihom.
Ta’ Sannat Għawdex – Bini ta’ Sensory Hydro-Therapy Pool
Question
B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-10 ta' Awwissu 2021 rigward il-proġett ta' bini ta’ Sensory-Hydro-Therapy Pool f’Ta’ Sannat Għawdex, tista’ l-Ministru taġġorna l-Kamra dwar dan il-proġett? Tista’ tpoġġi l-pjanti, in-numru tal-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u tgħid meta huwa ppjanat li jinħareġ il-permess? Tista’ tagħti timeframes ta' meta huma ppjanati li jinħarġu t-tenders u jinbeda x-xogħol infrastrutturali?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-proġett tinsab quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk l-iskejjel f’Għawdex li għandhom infermiera biex jassistu lit-tfal?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-iskejjel kollha ġewwa Għawdex, bħal dawk ta' Malta, għandhom is-servizz ta’ infermiera li ta’ kuljum iżur l-iskejjel fejn is-servizz tagħhom ikun meħtieġ. Barra minn hekk, hemm ukoll is-servizz ta’ infermiera residenti fis-Sannat Unit. Dawn huma servizz fiss u permanenti u allura huwa attiv minn meta tibda s-sena skolastika u jitkompla anke waqt Skolasajf.
Ministeru għall-Edukazzjoni — nefqa rikorrenti vvutata għal pagi ta' persons of trust
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tagħha ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tagħha?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Istitut tal-Edukazzjoni Vokazzjonali u Għola – żieda fin-numru ta’ studenti barranin
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk bil-ftuħ tal-Istitut tal-Edukazzjoni Vokazzjonali u Għolja tal-Istat ġiex imħabbar żieda qawwija fin-numru ta' studenti barranin? Tista’ tinforma lill-Kamra bin-nazzjonijiet diversi u tgħid minn fejn ġejjin dawn l-istudenti barranin, in-numru ta’ studenti minn kull nazzjon, kemm minn dawn l-istudenti qed jingħataw edukazzjoni b'xejn u kemm minn dawn l-istudenti qed iħallsu l-miżati sħaħ skont kif imħabbra mill-istituzzjonijiet infushom? Kemm minn dawn l-istudenti barranin jgħixu f'Malta permanenti mal-ġenituri tagħhom, u kemm ġew apposta minn pajjiżhom biex jistudjaw f’Malta? Kemm minn dawn l-istudenti barranin li qed jistudjaw fl-istituzzjonijiet tal-Istat ġew permezz tal-programm Ewropew ta’ skambju Erasmus Plus?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni dwar l-istudenti barranin li jattendu l-Istitut tal-Edukazzjoni Vokazzjonali u Għolja, in-nazzjonalità u n-numru ta’ studenti minn kull nazzjon, hija kif muri fit-tabella hawn taħt:
Nazzjonalit
à
Studenti
Albanian
11
American
10
Australian
6
British
47
Bulgarian
54
Canadian
7
Chinese
11
Croatian
6
Danish
11
Dutch
8
Egyptian
11
Eritrean
8
Ethiopian
7
Filipino
24
French
8
German
13
Hungarian
23
Icelander
13
Indian
138
Irish
6
Italian
81
Latvian
7
Libyan
58
Macedonian
20
Nigerian
20
Pakistani
11
Polish
10
Romanian
24
Russian
9
Serbian
70
Slovakian
6
Somali
9
South African
5
Spanish
7
Sudanese
5
Syrian
26
Thai
5
Turkish
20
Others
73 minn 38 pajjiż
Grand Total
900
Minnhom bħalissa hemm 773 li qegħdin jirċievu edukazzjoni b’xejn. Uħud jistgħu jintalbu jħallsu f’Jannar jekk l-eżenzjoni tal-ħlas pprovduta mill-Ministeru ma’ tinħariġx minħabba nuqqas ta’ eliġibbiltà. Hemm 127 qegħdin iħallsu għal kors.
Infurmata wkoll li 773 student jgħixu Malta filwaqt li 127 ġew speċifikament biex jistudjaw. Minnhom 62 qegħdin fuq ERASMUS.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha? F'kull każ tista' tgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 15861.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm LSEs li huma kkwalifikati imma ma ġewx impjegati biex jaħdmu mat-tfal fl-iskejjel? Kemm minnhom huma minn Malta? Kemm minnhom huma minn Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li skont it-total vacancies li jinħolqu, isir il-proċess biex jiġu impjegati LSEs li jkunu għaddew, u li huma fil-lista li ġiet ippubblikata.
In-Naxxar, il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar – infermiera fl-iskejjel
Question
Tista’ l-Ministru tgħid, liema huma l-iskejjel li għandhom infermiera biex jassistu lit-tfal fil-lokalitajiet tan-Naxxar, il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-iskejjel imsemmija kif ukoll l-iskejjel l-oħra kollha f’Malta għandhom is-servizz ta’ infermiera li ta’ kuljum iżur l-iskejjel fejn is-servizz tagħhom ikun meħtieġ. Dan huwa servizz fiss u permanenti u allura huwa attiv minn meta tibda s-sena skolastika u jitkompla anke waqt Skolasajf.
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet saru fl-iskola sekondarja ġewwa Santa Luċija (Malta) senjatament fil-bini ta’ sala ġdida u kemm sa issa ntefaq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Iskola Sekondarja li tifforma parti mil-Kulleġġ San Tumas More f’Santa Luċija qegħdin nibnu żewġ swali, waħda biex isservi bħala multi-purpose hall u l-oħra għall-attivitajiet sportivi.
Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni hu lest filwaqt li s-sejħa pubblika għax-xogħlijiet mekkaniċi, elettriċi u dawk ta’ finishes se tkun ippubblikata fil-ġimgħat li ġejjin.
L-ispiża s’issa eċċediet iż-€2 miljun.
Ħal Qormi -Skola San Bastjan – stallazzjoni ta’ air conditioners
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta ser ikunu installati l-air conditioners fl-Iskola Primarja ta' San Bastjan Ħal Qormi biex joffru ambjent aħjar għall-istudenti kemm fis-sħana tas-sajf kif ukoll fil-kesħa tax-xitwa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif tħabbar fid-diskors tal-baġit għas-sena d-dieħla, ser jinbeda proċess għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ arja-kondizzjonata fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex. Bħalissa qed isiru l-istudji tekniċi neċessarji biex dan il-proċess massiċċ ikun jista' jitwettaq.
Tista' l-Ministru tgħid meta ser ikunu installati l-air conditioners fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi biex joffru ambjent aħjar għall-istudenti kemm fis-sħana tas-sajf kif ukoll fil-kesħa tax-xitwa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif tħabbar fid-diskors tal-baġit għas-sena d-dieħla, ser jinbeda proċess għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ arja-kondizzjonata fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex. Bħalissa qed isiru l-istudji tekniċi neċessarji biex dan il-proċess massiċċ ikun jista' jitwettaq.
Tista' l-Ministru tgħid meta ser ikunu installati l-air conditioners fl-Iskola Primarja ta' Ħal Luqa biex joffru ambjent aħjar għall-istudenti kemm fis-sħana tas-sajf kif ukoll fil-kesħa tax-xitwa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif tħabbar fid-diskors tal-baġit għas-sena d-dieħla, ser jinbeda proċess għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ arja-kondizzjonata fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex. Bħalissa qed isiru l-istudji tekniċi neċessarji biex dan il-proċess massiċċ ikun jista' jitwettaq.