Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27449 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid x’inhu l-pjan għall-użu tal-binja ta’ Evans Building fil-Belt Valletta? Jista’ jgħid ukoll x’viżjoni għandu l-Gvern għall-użu ta’ din il-binja li tinsab f’lok prinċipali fil-belt kapitali ta’ Malta?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27141, 27427 u 27479 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Interpellant. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jagħmel użu mill-mezzi tax-xandir (media houses) lokali sabiex ikun jista’ jwassal informazzjoni dwar servizzi, inizjattivi u informazzjoni oħra importanti għall-pubbliku inġenerali.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Infiq fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ avviżi pendenti li qed jistennew l-approvazzjoni tal-Ministru biex jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, għall-perjodi bejn Jannar sa Ġunju 2024, Lulju sa Diċembru 2024 u Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jindika x’inhi r-raġuni għalfejn dawn l-avviżi għadhom ma’ ġewx approvati u ppubblikati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
L-avviżi tal-Gvern jiġu ppubblikati regolarment fuq il-Gazzetta tal-Gvern kif meħtieġ.
Awtorità tal-Artijiet — Garaxxijiet kummerċjali li huma vakanti
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27072, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm garaxxijiet kummerċjali (industrijali) li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet li jinsabu fin-naħa t'isfel ta’ Malta u li huma vakanti? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx ħsieb li dawn joħorġu b’tender? Jista' jagħti lista tal-garaxxijiet li huma vakanti kif ukoll lista ta’ dawk li hemm il-ħsieb li ser joħorġu b’tender fi żmien sena?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26956 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid jekk il-kumpless li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex ser jiċċaqlaq mill-Gvern biex jagħmel spazju għal xi żvilupp kummerċjali?
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Vjaġġi uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk waqt vjaġġi uffiċjali barra l-pajjiż qattx kien akkumpanjat minn familjari tiegħu jew ta’ xi membru tal-kontinġent uffiċjali tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid:
(a) F'liema vjaġġi l-Ministru u/jew il-kontinġent tiegħu kienu akkumpanjati minn familjari tagħhom?
(b) Min kienu dawn il-familjari għal kull vjaġġ?
(ċ) Kemm sewa kull vjaġġ f'termini ta' fondi pubbliċi għall-biljett tal-ajru, akkomodazzjoni, trasport, ikel, xorb u spejjeż oħra, separatament, għal kull membru tal-kontinġent f'kull vjaġġ li fih kien hemm ukoll membru/i tal-familja tal-Ministru u/jew tal-kontinġent uffiċjali tiegħu?
(d) Jekk l-ispejjeż ta' kull membru tal-familja tal-Ministru u/jew tal-membru tal-kontinġent uffiċjali tiegħu tħallsux minn fondi pubbliċi jew minn fondi personali, u jekk dawn tħallsu minn fondi personali jippreżenta l-irċevuti uffiċjali ta' dawn l-ispejjeż?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma’ kienx hemm drabi fejn kont akkumpanjat minn familjari tiegħiwaqt vjaġġi uffiċjali.
Għawdex — Artijiet/proprjetajiet tal-Gvern devoluti lill-Kunsilli Lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema artijiet jew proprjetajiet tal-Gvern ġew devoluti lill-Kunsilli Lokali Għawdxin ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-użu ta’ kull waħda minn dawn l-artijiet jew proprjetajiet?
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27141 u 27427 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Artijiet jew proprjetà tal-Gvern devoluti lill-Kunsilli Lokali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26488 u 26681 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22134, jista’ l-Ministru jgħid liema huma u fejn jinsabu d-devoluzzjonijiet imsemmija f’Ħ’Attard, il-Mosta, l-Iklin, Ħal-Lija, in-Naxxar u l-Imdina? Jista’ wkoll jikkonferma li ma hemm l-ebda devoluzzjoni f’Ħal Balzan?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li d-devoluzzjonijiet mill-Awtorità tal-Artijiet fil-lokalitajiet imsemmija huma kif imniżżla fid-dokument li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26545 u jgħid jekk l-art, li r-ritratt tagħha qed jintbagħat separatament, li fuqha kien hemm il-pjan li tinbena d-dar tal-anzjani ġewwa Triq Ganu, Birkirkara hix tal-privat? Jekk mhix tal-privat, jista’ jispeċifika ta’ min hi? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-użu tagħha attwalment?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-art imsemmija ġiet mgħoddija lill-Awtorità tad-Djar.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27141 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ordni ta’ żgumbrament maħruġa mill-INDIS Malta Ltd. lill-kumpanija li topera l-iscrapyard li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26931 u jgħid jekk is-sqaq li d-dettalji u l-pjanta dwaru qed jingħataw separatament u li jwassal għal għelieqi, hux pubbliku jew privat? Jista’ jgħid ukoll jekk hux possibbli li jgħaddu servizzi bħal dawl u ilma minnu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sqaq li qed jagħmel referenza għalih separatament mhux proprjetà tal-Gvern.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Chief Executive Officers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma ċ-Chief Executive Officers tad-diversi aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista’ jgħid wkoll:
(a) Kemm damu/ilhom fil-ħatra dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom?
(b) Kif ġew magħżula kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(ċ) X'kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra ħadu/qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(e) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f'liema kariga/grad, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari,?
(f) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f'liema kariga/grad qegħdin, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' ħatra u l-kuntratt ta' dawn iċ-Chief Executive Officers?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-infomazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26624 u jgħid meta beda x-xogħol preparatorju fil-Bastjun ta’ San Klement, u jagħti rendikont tax-xogħlijiet peress illi jidher li miexi b'mod sporadiku?
Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2025?
Awtorità tal-Artijiet — Garaxxijiet kummerċjali li huma vakanti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm garaxxijiet kummerċjali li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet li jinsabu fin-naħa t'isfel ta’ Malta u li huma vakanti? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx ħsieb li dawn joħorġu b’tender? Jista' jagħti lista tal-garaxxijiet li huma vakanti kif ukoll lista ta’ dawk li hemm il-ħsieb li ser joħorġu b’tender fi żmien sena?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema garaxxijiet qed jirreferi.