Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità San Vinċenz de Paul — Ċentru ta’ Taħriġ – Korsijiet lill-impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’korsijiet ġew offruti miċ-Ċentru ta’ Taħriġ tal-Faċilità ta’ San Vinċenz de Paul lill-impjegati tal-Faċilità fis-snin 2021, 2022 u 2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Faċilità San Vinċenz de Paul — Ċentru ta’ Taħriġ – Korsijiet lill-pubbliku ġenerali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’korsijiet ġew offruti miċ-Ċentru ta’ Taħriġ tal-Faċilità ta’ San Vinċenz de Paul lill-pubbliku ġenerali fis-snin 2021, 2022 u 2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sheltered Housing — Proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti għandu bħala sheltered housing sabiex jgħinu lill-anzjani li jgħixu fil-komunità?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u l-Awtorità tad-Djar.

Skema Carer at Home

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani f’Malta u f’Għawdex li għandhom carer id-dar u li qed jagħmlu użu mill-Iskema Carer at Home? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-carers huma Maltin jew Għawdxin u kemm minnhom huma barranin?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ anzjani f’Malta u Għawdex li għandhom carer id-dar u qed jagħmlu użu mill-Iskema Carer at Home huwa ta’ 842. In-numru ta’ carers Maltin u Għawdxin huwa ta’ 57 filwaqt li n-numru ta’ carers barranin huwa ta’ 785.

Carers — Kwalifiki

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kwalifiki li għandu bżonn carer sabiex jiġi ngaġġat bħala carer id-dar u l-anzjan ikun jista’ jibbenefika mill-benefiċċju għall-Iskema Carer at Home? Jista’ jgħid ukoll x’ekwivalenza hija meħtieġa meta l-kwalifika tkun ottenuta minn barra minn Malta?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kwalifiki li għandu bżonn carer sabiex jiġi ingaġġat bħala carer id-dar u l-anzjan ikun jista’ jibbenefika mill-benefiċċju għall-Iskema Carer at Home jrid ikun ta’ livell MQF livel 2 jew aħjar, f’caregiving. Meta l-carer ikun kwalifikat minn barra minn Malta nitolbu ċertifikat mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni MQRIC li jirrikonoxxi l-kwalifika ta’ barra minn Malta u trid tkun ta’ livell MQF 2 jew aħjar.

Residenza San Vinċenz de Paul – Hydropool

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-hydropool li nfetħet fir-Residenza San Vinċenz de Paul f’Novembru 2021 ilhiex magħluqa sena minħabba ħsara? Jista’ jgħid ukoll x’inhi din il-ħsara u meta hemm il-ħsieb li terġa’ tinfetaħ?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fis-sezzjoni tal-idroterapija hemm żewġ pools, waħda kbira u waħda żgħira. Bħalissa l-kbira qed tintuża u ma hemm ebda ħsara fiha. Il-pool iż-żgħira ilha wieqfa minn Frar ta’ din is-sena għaliex kien hemm leak tal-ilma. Saru x-xogħlijiet kollha meħtieġa, inkluż it-tibdil tal-liner fil-balance tank, tiswija tal-leak eċċ u l-pjan huwa li terġa’ tibda tintuża fil-ġranet li ġejjin.

Djar tal-Anzjani – Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija biex jidħlu f’dar tal-anzjani u kemm minnhom jinsabu fi sptar u kemm minnhom jinsabu fid-dar tagħhom?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra

Faċilità San Vinċenz de Paul — Klinika tal-ġinekoloġija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu n-numru ta’ nisa li użaw is-servizz tal-ġinekoloġija fil-klinika li ġiet inawgurata din is-sena fil-Faċilità San Vinċenz de Paul? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu jirrisjedu fl-istess Faċilità u kemm minnhom kienu mill-komunità?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s'issa 50 resident ta’ San Vinċenz de Paul u 67 anzjani mill-komunità użaw dan is-servizz.

Faċilità San Vinċenz de Paul – Klinika tal-ġinekoloġija — Servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-servizzi li qed jingħataw fil-Klinika tal-Ġinekoloġija ġewwa l-Faċilità San Vinċenz de Paul?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lil Onor. Interpellant li hemm diversi servizzi li jingħataw f’din il-klinika, servizzi ġenerali ta’ ġinekoloġija u tas-saħħa tal-mara u servizzi relatati ma’ post-menupause, servizzi ta’ ultrasound kemm taż-żaqq, kif ukoll transvaginal scans. Barra minn hekk, isiru proċeduri mediċi żgħar bħal biopsies, Smear tests, Change of pessaries, Prolapse assessment, Post-menopausal bleeding assessment, Post D and C assessment, Vulvar lesion / Ca Endometrium surveillance, Abdominal mass and Vaginal pain assessment.

Faċilità San Vinċenz de Paul — Persuni li jaħdmu fil-Klinika tal-Ġinekoloġija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fil-Klinika tal-Ġinekoloġija ġewwa l-Faċilità San Vinċenz de Paul? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-grad ta’ kull persuna u jekk humiex impjegati full time jew part time?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-kliniċi jinsabu fiċ-Ċentru tal-Kura Ġerjatrika huma mmexxija minn staff nurse. Jattendi wkoll tabib tal-ġinekoloġija mill-Isptar Mater Dei.

Faċilità San Vinċenz de Paul — Klinika għall-monitoraġġ tal-kanċer fil-pulmun

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li sal-lum użaw il-klinika għall-monitoraġġ tal-kanċer fil-pulmun ġewwa l-Faċilità San Vinċenz de Paul, kemm minnhom kienu jirrisjedu fl-istess Faċilità u kemm minnhom kienu mill-komunità? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma s-servizzi kollha li jingħataw minn din il-klinika?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lil Onor. Interpellant li sal-lum, 236 pazjenti mill-komunità użaw dan is-servizz. Dawn huma anzjani mill-komunità. Residenti ta’ San Vinċenz de Paul sa issa ma ġewx bżonn dan is-servizz.

Faċilità San Vinċenz de Paul – Persuni li jaħdmu fil-klinika għall-monitoraġġ tal-kanċer fil-pulmun

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fil-klinika għall-monitoraġġ tal-kanċer fil-pulmun ġewwa l-Faċilità San Vinċenz de Paul, x’inhu l-grad ta’ kull persuna u jekk jaħdmux full time jew part time?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lil Onor. Interpellant li din hija out-patient clinic li tikkonċentra fuq follow-ups ta’ wara interventi u sorveljanza. Noffru wkoll servizzi ta’ radjoloġija u bloodletting. In-nurse u l-clerk huma impjegati full-time ġewwa San Vinċenz de Paul. It-tabib/konsulent jiġi mill-Isptar Mater Dei.

San Vinċenz de Paul — Kumitat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kumitat ta’ San Vinċenz de Paul u r-rwol rispettiv tagħhom? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx remunerazzjoni marbuta mar-rwol tagħhom u jekk iva, x’inhi r-remunerazzjoni għal kull membru?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema kumitat qed jirreferi.

Faċilità San Vinċenz de Paul — Social workers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ social workers li jaħdmu fil-Faċilità San Vinċenz de Paul u x’inhu l-irwol tagħhom?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Faċilità San Vinċenz de Paul hemm jaħdmu erba’ (4) Social Workers fuq bażi ta’ siegħat imnaqqsa (reduced hours). Ir-rwol tas-Social Workers f’San Vinċenz ikopri diversi aspetti mill-ħajja tal-anzjani residenti fosthom li joffru sapport soċjali, emozzjonali u psikoloġiku permezz ta’ pariri u counselling dwar aspetti varji u jservu ta’ mezz importanti ta’ kommunikazzjoni bejn l-anzjan u l-kumplament tat-tim multi dixxiplinarju li jkun qiegħed jieħu ħsieb l-anzjan.

Faċilità San Vinċenz de Paul — Każijiet ta’ abbuż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta’ abbuż fuq anzjani fil-Faċilità San Vinċenz de Paul fis-sena 2022 u fis-sena 2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, separatament minn xulxin u x’azzjoni ttieħdet f’kull każ?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Faċilità San Vinċenz de Paul — Dentisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm dentisti jaħdmu fil-Faċilità San Vinċenz de Paul u x’servizzi jagħtu?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Faċilità San Vinċenz de Paul hemm jaħdmu żewġ (2) dentisti fuq bażi full-time. Ir-rwol tad-dentisti huwa li jieħdu ħsieb tas-snien tal-persuni anzjani, jaraw li s-saħħa tal-ħalq u li ma jkunx hemm xi mard tal-ħanek, ilsien jew ħalq. Id-dentisti jieħdu ħsieb li jipprovdu dentatura għal dawk l-anzjani li jkollhom bżonn.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva — Korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13377 u jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed jagħmlu kors fl-Università ta' Malta jew li qed jagħmlu kors online ma' Università barranija separatament minn xulxin u x'korsijiet qed jagħmlu? Jista' jgħid ukoll x'inhu l-grad ta' kull impjegat u jekk id-dipartiment jew l-uffiċċju kkonċernat huwiex qed jagħti xi forma ta' għajnuna?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva — Tenders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13378 u jgħid x'tenders ħarġu mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment jew entità li jaqgħu taħt id-deskasteru tiegħu fis-sena 2022 u fis-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, separatament minn xulxin u jagħti d-dettalji kollha dwarhom? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm tenderers għal kull tender u favur minn ġie aġġudikat kull tender?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva – Direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13379 u jgħid kemm ingħataw direct orders mill-Ministeru tiegħu u minn kull dipartiment jew entità li jaqgħu taħt id-deskasteru tiegħu fis-sena 2022 u fis-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, separatament minn xulxin u jagħti d-dettalji kollha dwarhom?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.