Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew iffirmati kuntratti għal units tal-akkomodazzjoni soċjali mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, mill-2024 sal-aħħar ta' Settembru, ġew iffirmati 1,162 kuntratt ġdid.
L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4379 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22482 tal-Erbatax-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża stmata oriġinarjament għat-tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, x’inhi l-ispiża totali skont il-ftehim iffirmat, u għaliex żdiedet l-ispiża?
L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4378 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29677 tal-Erbatax-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid f’liema data ġie ffirmat il-ftehim bejn l-Awtorità tad-Djar u Infrastructure Malta għat-tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, u jqiegħed kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehim bejn l-Awtorità tad-Djar u Infrastructure Malta għat-tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, ġie ffirmat fit-30 ta’ Ġunju 2025.
Kopja tal-ftehim qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4377 u jgħid meta hu mistenni li jerġgħu jibdew ix-xogħlijiet ta’ tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, u sa meta huma mistennija jitlestew?
L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4376 u jgħid f’liema data bdew ix-xogħlijiet ta’ tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, f’liema data waqfu dawn ix-xogħlijiet, u għal liema raġuni waqfu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta’ tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, bdew fis-16 ta’ Marzu 2026.
Ix-xogħlijiet twaqqfu temporanjament matul ix-xhur ta’ Settembru u Ottubru 2026, minħabba l-ħtieġa li tittieħed deċiżjoni dwar aspetti strutturali li ma kienux previsti, u nqalgħu max-xogħlijiet.
Ix-xogħlijiet reġgħu bdew fit-2 ta’ Novembru 2026.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern wettaqx stima tan-numru ta’ proprjetajiet residenzjali li nbidlu minn użu residenzjali għal żmien twil (long let) għal akkomodazzjoni turistika għal żmien qasir (short let) matul l-aħħar ħames snin u jekk iva, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati maqsuma skont il-lokalità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma tiġborx din l-informazzjoni peress li s-suq tal-kiri ta’ proprjetà għal skopijiet turistiċi mhux fil-mansjoni tal-Awtorità. Fl-istess waqt meta kuntratt ta’ kiri għall-użu residenzjali għal żmien twil jiġi tterminat, mhemmx obbligu li l-awtorità tkun infurmata dwar x’isir mill-istess proprjetà.
Akkomodazzjoni soċjali – Każijiet ta’ postijiet rifjutati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fejn postijiet mogħtija lill-persuni li jinsabu fil-lista ta’ stennija għall-akkomodazzjoni soċjali, kienu rifjutati mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’raġuni ngħatat għal kull każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-1 ta’ Jannar 2026 sad-data ta’ din it-tweġiba, kien hemm total ta’ 41 allokazzjoni ta’ akkomodazzjoni li ma ġewx aċċettati mill-applikanti kkonċernati.
Ir-raġunijiet prinċipali għar-rifjut kienu relatati prinċipalment ma kunsiderazzjonijiet ta’ saħħa, mobilità u aċċessibilità, lokalitajiet u ħtiġijiet relatati ma’ sapport familjari u l-kundizzjoni tal-proprjetà (bil-potenzjali inkwilini ma’ jaċċettawx li jkun hemm għamara fil-post).
Jista' l-Ministru jgħid kemm fadal persuni milquta b’Ordni ta’ Rekwiżizzjoni u jekk hemmx pjan u timeframe għal meta dawk li fadal, ser jiġu rilaxxati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li sal-lum hemm hemm 106 proprjetà li milquta b’Ordni ta’ Rekwiżizzjoni. Il-każijiet li għadhom pendenti qegħdin jiġu indirizzati skont iċ-ċirkostanzi rispettivi tagħhom u, fejn applikabbli, qed jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex dawn il-proprjetajiet jiġu rilaxxati.
Il-ħidma f’dan ir-rigward tkompli b’mod progressiv, bil-għan li l-proprjetajiet li fadal jiġu rilaxxati hekk kif jiġu sodisfatti r-rekwiżiti u jkunu jistgħu jiġu konklużi l-proċeduri meħtieġa. Il-ħin meħtieġ jista’ jvarja minn kas għal kas u għalhekk ma jistax jiġi stabbilit timeframe wieħed li japplika għall-każijiet kollha.
Proprjetajiet residenzjali tal-Gvern - Akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm proprjetajiet residenzjali tal-Gvern intiżi għall-akkomodazzjoni soċjali kienu għadhom vojta sal-aħħar ta’ Ottubru 2026? Jista’ wkoll jipprovdi rendikont skont il-lokalità u jindika kemm minnhom ilhom vojta għal aktar minn sitt xhur, sena u sentejn, kif ukoll kemm jinsabu lesti biex jiġu allokati immedjatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Il-Gżira – Encroachments u okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika – Multi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3885 u 4458 u jgħid x’inhu l-ammont ta’ multi imposti jew mitluba f’każijiet ta’ “encroachments” jew okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika fil-Gżira? Jista’ wkoll jindika jekk dawn il-multi humiex qed jitħallsu fil-ħin u jekk il-ħlasijiet kollha dovuti humiex aġġornati? Jista’ jipprovdi, f’tabella, id-dettalji ta’ kull każ inkluż l-ammont tal-multa imposta, l-ammont miġbur s’issa, l-ammont pendenti u, fejn applikabbli, l-azzjonijiet meħuda biex jinġabru l-ammonti dovuti?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 4904.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3741 u jelenka l-NGOs li l-Ministeru qed jikkollabora magħhom u jispeċifika s-servizzi mogħtija minn kull waħda?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fir-rigward tal-kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), l-entitajiet ikkonċernati jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:
Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli
Il-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli m’għandhiex NGO tagħha stess. Madankollu, hija tikkollabora ma’ Forum tal-NGOs, li jieħu sehem f’laqgħat li jsiru kull tliet xhur.
Awtorità tal-Artijiet
L-Awtorità tal-Artijiet tinforma li m’għandhiex kollaborazzjoni diretta ma’ NGOs, bl-eċċezzjoni ta’ dawk l-organizzazzjonijiet li għandhom proprjetà pubblika mikrija lilhom.
Awtorità tad-Djar
L-Awtorità tad-Djar tappoġġa diversi inizjattivi ta’ akkomodazzjoni speċjalizzata u proġetti mmexxija minn organizzazzjonijiet mhux governattivi, permezz tal-provvista ta’ proprjetà b’kera ssussidjata, akkomodazzjoni ssussidjata u, f’każijiet partikolari, għajnuna finanzjarja.
Fost il-proġetti li bħalissa qed joperaw hemm Dar il-Kantuniera fl-Għarb, Għawdex; Dar il-Qawsalla f’San Ġwann; Dar Niki Cassar fl-Imsida; Dar il-Kaptan fl-Imtarfa; Villabianca f’Santa Venera; il-Proġett ta’ Akkomodazzjoni Interġenerazzjonali fil-Belt Valletta; Dar Bla Ħitan fil-Birgu; u Dar Tereża f’Bormla. Dawn il-proġetti jipprovdu servizzi residenzjali u ta’ appoġġ lil persuni u gruppi bi ħtiġijiet differenti, fosthom persuni li qed jiffaċċjaw sfidi relatati mas-saħħa mentali, persuni b’diżabilità, individwi li qed jesperjenzaw nuqqas ta’ akkomodazzjoni, persuni li qed jirkupraw minn dipendenza fuq sustanzi, u persuni li jeħtieġu appoġġ sabiex jerġgħu jintegraw fis-soċjetà.
Barra minn hekk, hemm proġetti ppjanati fosthom Halfway Home f’Naxxar, immexxi minn Caritas Malta, u Dar Simon Soler fil-Belt Valletta, immexxi mill-YMCA Malta. Dawn il-proġetti huma intiżi li joffru akkomodazzjoni u appoġġ lil persuni li jkunu għaddejjin minn proċess ta’ rkupru jew li jkunu jeħtieġu soluzzjonijiet residenzjali li jippromwovu l-indipendenza u l-integrazzjoni fil-komunità.
L-Awtorità tad-Djar tappoġġa wkoll inizjattivi oħra mmexxija minn NGOs u organizzazzjonijiet relatati, fosthom Youth Café fl-Imsida, id-Dar Residenzjali tar-RISe Foundation fil-Belt Valletta, Dar Bjorn fiż-Żebbuġ, u d-Dar Speċjalizzata għaż-Żgħażagħ Adoloxxenti f’Birkirkara. L-appoġġ mogħti jvarja skont in-natura tal-proġett u jinkludi l-provvista ta’ proprjetà jew akkomodazzjoni b’kera jew b’kundizzjonijiet issussidjati, kif ukoll għajnuna finanzjarja għall-iżvilupp ta’ servizzi speċjalizzati.
Dawn l-inizjattivi għandhom l-għan li jtejbu l-aċċess għal akkomodazzjoni xierqa, isaħħu l-inklużjoni soċjali u jiffaċilitaw l-indipendenza, ir-riabilitazzjoni u r-reintegrazzjoni fil-komunità tal-persuni li jeħtieġu appoġġ speċjalizzat.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2026?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4113 dwar ix-xogħlijiet li qed isiru fi Triq il-Qaliet, f’Marsaskala, jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żona indikata fir-ritratti pprovduti separatament hijiex art pubblika jew art privata? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm permess għall-ħajt li nbena viċin l-irdum u li qed jirrestrinġi l-aċċess għall-pubbliku? Jekk le, x'miżuri ittieħdu jew ser jittieħdu?
San Ġiljan – Encroachments u okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika – Multi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3884 u 4457 u jgħid x’inhu l-ammont ta’ multi imposti jew mitluba f’każijiet ta’ “encroachments” jew okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika f’San Ġiljan? Jista’ wkoll jindika jekk dawn il-multi humiex qed jitħallsu fil-ħin u jekk il-ħlasijiet kollha dovuti humiex aġġornati? Jista’ jipprovdi, f’tabella, id-dettalji ta’ kull każ inkluż l-ammont tal-multa imposta, l-ammont miġbur s’issa, l-ammont pendenti u, fejn applikabbli, l-azzjonijiet meħuda biex jinġabru l-ammonti dovuti?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 4904.
Tas-Sliema – Encroachments u okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika – Multi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3883 u 4456 u jgħid x’inhu l-ammont ta’ multi imposti jew mitluba f’każijiet ta’ “encroachments” jew okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika f’Tas-Sliema? Jista’ wkoll jindika jekk dawn il-multi humiex qed jitħallsu fil-ħin u jekk il-ħlasijiet kollha dovuti humiex aġġornati? Jista’ jipprovdi, f’tabella, id-dettalji ta’ kull każ inkluż l-ammont tal-multa imposta, l-ammont miġbur s’issa, l-ammont pendenti u, fejn applikabbli, l-azzjonijiet meħuda biex jinġabru l-ammonti dovuti?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 4904.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3882 u 4455 u jgħid meta ser jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman dwar iż-żjarat fuq il-post minn uffiċjali tad-Dipartiment tal-Artijiet sabiex jiġu mmarkati b’mod ċar il-konfini tal-art okkupata illegalment u jispjega għaliex dawn ir-rakkomandazzjonijiet għadhom ma ġewx implimentati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant,
1. Illi l-uffiċjali tal-Awtorità tal-Artijiet jagħmlu spezzjonijiet regolari fiż-żoni kollha fejn hemm “encroachment concessions” relatati ma’ mwejjed u siġġijiet ta’ stabbilimenti tal-ikel.
2.
Meta jkun hekk jeħtieġ, li l-uffiċjali tal-Awtorità tal-Artijiet jitolbu l-assistenza ta’ uffiċjali oħrajn minn awtoritajiet illi għandhom ukoll ġurisdizzjoni fuq din il-materja, bħal Transport Malta, Malta Tourism Authority, Planning Authority u anke l-Pulizija. Dan kollu fi sforz kordinat ħalli dak li jkun jara preżenza ta' kull min għandu l-obbligu li jinforza l-ligijiet, u jifhem illi l-abbuż huwa ħażin. F’dawn l-okkażjonijiet, l-uffiċjali kollha jkunu murija bi pjanti li jindikaw ċar il-konfini approvati minn kulħadd. Fejn jinstabu każijiet ta’ abbużi, l-operaturi jiġu avżati sabiex jottemperaw ruħhom mal-konfini kif approvati fil-permessi u l-konċessjonijiet.
3. Rigward il-kwistjoni tal-immarkar tal-konfini, joħrog ċar mill-policies approvati li jgħoddu għal kulħadd, illi dawn għandhom isiru mill-awtoritajiet regolatorji de quo.
4. Finalment, irid jiġi spjegat li l-Awtorità tal-Artijiet, kuntrarju għal awtoritajiet oħra, ma timponix avviżi ta’ infurzar, iżda tista’ toħroġ notifiċi ta’ żgumbrar minn art pubblika tramite ordnijiet ġudizzjarji skont il-provvedimenti tal-Kapitolu 573 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kundizzjonijiet tal-kera li għandhom il-caravans li hemm fl-Għadira, għal kemm żmien huma mikrija u kemm titħallas kera?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-kirjiet tal-caravans li jinsabu fl-Għadira huma regolati permezz ta skema amministrata mill-Awtorità tal-artijiet. B’din l-iskema l-kirjiet jingħataw għall-perjodu ta 5 snin, b kera annwali ta Euro500 fejn l-aħħar li ġew mġedda huwa proprju fl-2025. Bħala kundizzjonijiet tal-kirja hemm li l-kerrej għandu jżomm l-istruttura fi stat tajjeb ta manutenzjoni, filwaqt li mhuwiex permess li l-istruttura tiġi sullokata jew li d-drittijiet tal-kirja jiġu trasferiti lil terzi. Il-kerrejja kollha jridu jobdu u jimxu mar-regolamenti u l-kundizzjonijiet kollha li jinħarġu minn żmien għal żmien mill-Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Caravans u Bungalows tal-Għadira. L-kirja tista tiġġedded għal perjodu ta 5 snin, suġġett għall-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Artijiet u għall-kundizzjonijiet applikabbli.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3740 u jagħti rendikont tal-finanzjament mogħti lil NGOs fl-aħħar sentejn, maqsum skont l-NGO, l-għan u s-sena?