Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu units ta’ akkomodazzjoni soċjali minn Settembru 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll fejn jinsabu dawn il-postijiet u kemm għandhom kera?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Awtorità tad-Djar - Xiri ta’ units biex isiru sidien ta’ darhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikant hemm bħalissa quddiem l-Awtorità tad-Djar, għal xiri ta’ units biex isiru sidien ta’ darhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa, quddiem l-Awtorità tad-Djar, hemm total ta’ 884 applikant li ressqu talba għall-akkwist ta’ units sabiex isiru sidien ta’ darhom.
Skema ‘Inċentivi għal ritorn ta’ ċwievet ta’ post’ - Ritorn ta’ ċwievet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikant ta ċ-ċwievet tal-post tiegħu, taħt l-iskema ‘Inċentivi għal ritorn ta’ ċwievet ta’ post’ minn Novembru 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, minn Novembru 2023 sal-lum, ġew irritornati total ta’ 54 cavetta taħt l-iskema ‘Inċentivi għal ritorn ta’ ċwievet ta’ post’.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt sar fl-iskema ‘Nikru biex nassistu’ minn Ottubru 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll f’liema lokalità jinsabu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna żaret l-uffiċini tal-Awtorità tad-Djar matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2024 sa t-3 ta’ Novembru 2025, żaru lill-Awtorità tad-Djar total ta’ 50,019 persuna.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord li jiddeċiedu li jaċċettaw l-offerti ta’ sidien li wrew l-interess tagħhom li l-proprjetajiet tagħhom jidħlu fl-iskema ‘Nikru biex Nassistu’? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-kriterji tal-għażla?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema Nikru Biex Nassistu hija miftuħa għal kull individwu li jixtieq jikri l-proprjetà vakanti tiegħu lill-Awtorità tad-Djar sabiex tintuża għall-akkomodazzjoni soċjali għal perjodu ta’ għaxar snin. Il-kundizzjonijiet sabiex proprjetà tiġi aċċettata huma viżibbli għal kulħadd fuq il-websajt tal-Awtorità tad-Djar.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord li jiddeċiedu min jieħu appartamenti tal-akkomodazzjoni soċjali?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-identitajiet tal-membri tal-bord tal-allokazzjoni jinżammu kunfidenzjali sabiex jiġi żgurat li l-proċess kollu jibqa’ imparzjali u ħieles minn kwalunkwe pressjoni esterna.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għandhiex debituri? Jekk fil-pożittiv, jista’ jagħti d-dettalji tal-ammonti li għandhom f’debitu?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma stmati t-talbiet tal-kredituri li qegħdin għand il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, biex jitħallsu?
Jista’ l-Ministru jgħid kif il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kienet magħżula minn applikanti oħra għal ftehim ta’ kera fl-2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu l-offerti u min kienu l-membri li għażlu offerta minn oħra?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija applikat biex tikri appartament lill-Awtorità tad-Djar taħt l-iskema Nikru Biex Nassistu. Infakkar li l-iskema Nikru Biex Nassistu hija miftuħa għal kull individwu jew kumpanija li għandha appartamenti vojta u tixtieq tikri dawn l-appartamenti għal perjodu ta’ għaxar snin lill-Awtorità tad-Djar sabiex jintużaw għall-akkomodazzjoni soċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il appartament f’Għawdex kien mikri mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kif inkrew u mingħand min u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar, iffirmatx kuntratt mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għal kiri ta’ appartamenti għall-akkomodazzjoni soċjali maqsuma f’ħames blokok separati f’Għawdex fl-2024?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jikkarifika f’aktar dettall x’inhuma eżattament id-dettalji li qed jirreferi għalihom fil-mistoqsija, sabiex inkun nista’ nipprovdi tweġiba preċiża u kompleta. Ladarba nirċievi din iċ-ċarezza, l-Awtorità tkun tista’ twieġeb b’mod sħiħ u korrett.
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti saru taħt il-kappa tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, f’dawn l-aħħar tliet snin u liema huma l-proġetti li għadhom iridu jitwettqu? Jista’ jgħid ukoll:
i. kemm huwa stmat kull proġett;
ii. kemm diġà tħallsu;
iii. liema talbiet għal ħlasijiet għadhom pendenti; u
iv. meta huwa stmat li se jitħallsu l-kredituri ta’ kull proġett?
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-qagħda finanzjarja tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament f’Mejju 2024, f’Jannar 2025, f’Mejju 2025 u f’Novembru 2025? Jista’ wkoll jagħti dettalji jekk u għaliex hemm diverġenzi kbar minn sitwazzjoni ta’ profitt qawwi għal qagħda ta’ insolvenza?
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Bormla u x’inhi r-raġuni għaliex ix-xogħol fuq is-service culvert għall-istess binja ilu wieqaf għal diversi xhur? Jista’ wkoll jara li l-aċċess bil-vettura f’din iż-żona jingħata lura mill-aktar fis?
Response (GALDES, RODERICK)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-company announcement li ħarġet Malita Investments p.l.c. fl-4 ta’ Diċembru 2025, fejn ġie kkonfermat li x-xogħlijiet huma temporanjament sospiżi wara review strateġiku. Fl-istess ħin, il-kumpanija tinsab f’diskussjonijiet attivi sabiex tiġi żgurata s-soluzzjoni finanzjarja meħtieġa biex ix-xogħlijiet jerġgħu jibdew, bil-għan li l-proġett jitkompla fl-interess tal-familji li se jibbenefikaw minn din l-akkomodazzjoni soċjali.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 matul Novembru 2025, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32064 u jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġietx likwidata u jekk iva, jgħid jekk kienx hemm outstanding balances u jekk tħallasx kulħadd?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32063 u jelenka l-lista ta’ xogħlijiet li saru mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?