Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gudja — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ wara l-1995

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni mill-Gudja tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm 14-il persuna mil-lokalità tal-Gudja li matul din is-sena bbenefikat mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €35,515. L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Wied il-Għajn — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ qabel l-1995

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni minn Wied il-Għajn tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma bbenefika ħadd mil-lokalità ta’ Wied il-Għajn għas-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995. Ma kien hemm ħadd minn Wied il-Għajn li rrikorra għall-assisstenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.

Wied il-Għajn — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ wara l-1995

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni minn Wied il-Għajn tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm 191 persuna mil-lokalità ta’ Wied il-Għajn li matul din is-sena bbenefikat mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €499,456. L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Santa Luċija — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ wara l-1995

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni minn Santa Luċija Malta tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm żewġ persuni mil-lokalità ta’ Santa Luċija li matul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €7,514. L-Awtorita’ tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Santa Luċija – Triq iż-Żahar – tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex għadhom ma sarux it-tiswijiet neċessarji ta’ natura straordinarja f’numru ta’ residenzi f’Triq iż-Żahar f’Santa Luċija Malta u jista’ jara li jiġu eżegwiti?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-informazzjoni li għandha l-Awtorità tad-Djar, hemm rapport wieħed pendenti għall-tiswijiet mingħand inkwilina li toqgħod f’waħda mid-djar li jinsabu fi Triq iż-Żahar, Santa Luċija. Ninsab infurmat ukoll li ftit ġimgħat ilu kien sar appuntament mal-istess inkwilina biex issir spezzjoni minn Perit tal-Awtorità tad-Djar pero meta mar il-Perit ma sab lil ħadd fil-post u l-anqas kien hemm tweġiba meta pprova jikkuntattja lill-inkwilina. Il-każ qiegħed fuq il-lista pendenti ta’ talbiet għal tiswijiet biex terġa tiġi skedata spezzjoni oħra.

Raħal Ġdid — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ qabel l-1995

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni minn Raħal Ġdid tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma bbenefika ħadd mil-lokalità ta’ Raħal Ġdid għas-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u ma kien hemm ħadd li rrikorra għall-assisstenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.

Raħal Ġdid — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ wara l-1995

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni minn Raħal Ġdid tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm 88 persuna mil-lokalità ta’ Raħal Ġdid li matul din is-sena bbenefikat mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €262,767. L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Fgura — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ qabel l-1995

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni mill-Fgura tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma bbenefika ħadd mil-lokalità tal-Fgura għas-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u ma kien hemm ħadd li rrikorra għall-assisstenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.

Fgura – persuni li bbenefikaw minn sussidju fuq il-kirjiet ta’ wara 1995

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni mill-Fgura tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm 83 persuna mil-lokalità tal-Fgura li matul din is-sena bbenefikat mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €225,311. L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Bdil ta’ lift fi blokka

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk sarux spezzjonijiet neċessarji fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex jiġi mill-ewwel mibdul il-lift li jidher ċar li sar ħażin u dan billi r-residenti qegħdin ibatu ħafna fix-xejn?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22929.

Żejtun – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ qabel l-1995

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni miż-Żejtun ibbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma bbenefika ħadd mil-lokalità taż-Żejtun għas-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995. Ma kien hemm ħadd miż-Żejtun li rrikorra għall-assisstenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.

Żejtun – persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ wara l-1995

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni miż-Żejtun tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm 76 persuna mil-lokalità taż-Żejtun li matul din is-sena bbenefikat mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €202,517. L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Santa Luċija — persuni li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet ta’ qabel l-1995

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni minn Santa Luċija Malta tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma bbenefika ħadd mil-lokalità ta’ Santa Luċija għas-sussidju fuq il-kirjiet li saru qabel l-1995 kif ukoll ma kien hemm ħadd li rrikorra għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati.

Għawdex — postijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-appartamenti li ngħataw għall-akkomodazzjoni soċjali u li l-indirizz tagħhom qed jingħata separatament, ġara jew qed jiġri dan li ġej: 1. Il-Kera qed tintalab kull xahar meta suppost litintalab kull tliet xhur; 2. L-appartamenti huma nieqsa kważi għal kollox mill-għamara; 3. Il-cookers u l-hobs fil-kċina ma jaħdmux u ġew mibdula b'oħrajn antiki li jaħlu aktar u allura b'konsum għola ta' dawl għad-detriment tal-inkwilini li jridu jħallsuh; 4. Il-pressa tal-ilma hi batuta ħafna? Jista' jgħid x'se jagħmel il-Gvern biex isolvi dawn il-problemi?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi : B’risposta għall-ewwel domanda, il-ħlas tal-kera jitwettaq għal perjodi fissi ta’ tliet xhur li jibdew fl-ewwel ġurnata tax-xhur ta’ Jannar, April, Lulju u Ottubru. Il-kirja għal żmien ta’ xahar intalbet sabiex jiġi kopert il-perjodu bejn meta ġie iffirmat il-kuntratt tal-kera u l-bidu tal-perjodu fiss li kien imiss. B’risposta għat-tieni domanda l-appartamenti mikrija permezz tal-iskema Nikru Biex Nassistu bħal din il-binja jingħataw lir-residenti finished u mgħammra bi kċina. Il-kumplament tal-għamara tinxtara mill-inkwilini. B’risposta għat-tielet domanda minn diskussjonijiet mal-fornitur irriżulta li l-forn u l-hob ġew mibdula ma mudelli li huma ekwivalenti jew aħjar minn dawk li kien hemm. B’risposta għar-raba’ domanda minn investigazzjonijiet irriżulta li l-pressa tal-ilma hija adegwata għaċ-ċirkustanzi tal-każ, ċioe penthouse taħt il-bejt fejn normalment ikun hemm nuqqas ta’ pressa. L-inkwilin infurma lill-uffiċjal ta’ l-Awtorita’ tad-Djar li se tingħata għajnuna addizzjonali mill-Malta Community Chest Fund sabiex tiġi nstallata pompa biex b’hekk ikun hemm iżjed kumdità.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Contracts of service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanu ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanu?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.

Lift fi blokka

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex il-lift li ġie installat fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tqiegħed b’mod u manjiera li ma jistax jaħdem? Jista’ wkoll jinforma x’ħidma urġenti qed issir biex din is-sitwazzjoni tiġi rranġata mingħajr dewmien għax hija kaġun ta’ diffikultajiet kbar lir-residenti?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur li kien tqabbad wara li rebaħ sejħa għall-offerti ġie mwaqqaf peress illi x-xogħol ma ġiex imwettaq kif mitlub. Ix-xogħol se jitkompla fil-ġimgħat li ġejjin minn kuntrattur ieħor.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16365, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16365.

Iż-Żejtun – sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni miż-Żejtun ibbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża? Jista’ ukoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal kirjiet ta’ qabel jew wara Ġunju 1995. L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Kirjiet ta’ qabel l-1995

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19854 u jgħid lokalità b'lokalità, fejn jinsabu l-kirjiet household ta' qabel l-1995?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn riċerka li saret mill-NSO skond kriterji stabbiliti mill-Awtorita’ tad-Djar jidher li hemm proprjetajiet b’kirjiet protetti f’dawn il-lokalitajiet:- Lokalità Proprjetajiet Lokalità Proprjetajiet Lokalità Proprjetajiet Birkirkara 748 Ħaż-Żabbar 378 San Lawrenz 6 Birżebbuga 209 Ħaż-Żebbuġ 179 Santa Luċija 4 Cospicua 316 Iklin 11 Santa Venera 186 Fgura 188 Kalkara 94 Senglea 303 Floriana 199 Marsa 372 Siggiewi 103 Fontana 54 Marsaskala 63 San Ġiljan 236 Ħal Għargħur 9 Marsaxlokk 22 San Pawl il-Baħar 116 Għajnsielem 10 Mdina 13 Swieqi 19 Għarb 13 Mellieħa 23 Ta' Kerċem 1 Għasri 1 Mġarr 51 Ta' Sannat 9 Gudja 56 Mosta 39 Ta' Xbiex 17 Gżira 466 Mqabba 55 Tal-Pietà 172 Ħad-Dingli 16 Msida 238 Tas-Sliema 659 Ħal Kirkop 33 Mtarfa 0 Valletta 301 Ħal Lija 59 Munxar 2 Victoria 115 Ħal Safi 20 Nadur 4 Vittoriosa 192 Ħal Balzan 113 Naxxar 198 Xagħra 9 Ħal Għaxaq 82 Paola 445 Xewkija 10 Ħal Luqa 186 Pembroke 0 Xgħajra 44 Ħal Qormi 511 Qala 23 Żebbuġ 9 Ħal Tarxien 224 Qrendi 84 Żejtun 237 Ħamrun 651 Rabat 184 Żurrieq 200 Ħ'Attard 32 San Ġwann 158

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – Permanent Secretary – covering letter għal position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-covering letter maħruġa mill-Permanent Secretary għal kull position of trust fil-Ministeru tiegħu?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-PQ22956.