Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mellieħa – Agricultural Waste Treatment Plant – Kuntratti/konċessjonijiet

Question

B’referenza għall-Agricultural Waste Treatment Plant propost fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jiggarantixxi li ma jingħata l-ebda kuntratt jew konċessjoni u ma tittieħed l-ebda deċiżjoni irriversibbli dwar is-sit fil-Qammieħ qabel jitlestew u jiġu ppubblikati l-istudji ambjentali, tat-traffiku u tat-turiżmu u qabel ma ssir konsultazzjoni sħiħa mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u mar-residenti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Il-Mellieħa – Agricultural Waste Treatment Plant – Għażla tas-sit – Deċiżjoni finali

Question

B’referenza għall-Agricultural Waste Treatment Plant propost fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-għażla tas-sit fil-Qammieħ hijiex diġà deċiżjoni finali jew jekk il-Gvern għadux lest jikkunsidra siti alternattivi jekk l-istudji ambjentali, tat-traffiku jew oħrajn, jew il-konsultazzjoni mal-komunità, juru impatt negattiv sinifikanti fuq il-Mellieħa u ż-żoni tal-madwar?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2026?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor, Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli ghall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorgu mill-Public Procurement Regulations.

Kollaborazzjoni ma’ NGOs

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3736 u jelenka l-NGOs li l-Ministeru qed jikkollabora magħhom u jispeċifika s-servizzi mogħtija minn kull waħda?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-informazzjoni li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Finanzjament mogħti lil NGOs

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3735 u jagħti rendikont tal-finanzjament mogħti lil NGOs fl-aħħar sentejn, maqsum skont l-NGO, l-għan u s-sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant Il-Fond tal-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) għal Malta (2023–2027) għandu l-għan li jappoġġa l-iżvilupp sostenibbli tas-settur agrikolu kif ukoll l-iżvilupp u t-titjib taż-żoni rurali. Permezz ta’ dan il-fond, jingħata appoġġ ukoll lil inizjattivi li jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-wirt rurali u kulturali, il-ħarsien u t-titjib tal-ambjent naturali, il-konservazzjoni tal-bijodiversità u t-tisħiħ tas-sostenibbiltà ambjentali. Dawn l-inizjattivi jgħinu sabiex jiġu ppreservati u valorizzati r-riżorsi naturali u l-karatteristiċi distintivi taż-żoni rurali, filwaqt li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tagħhom. Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-informazzjoni li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel – Każ ta’ individwu – Ħatriet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu in kwistjoni ma kienx appuntat fl-ebda bord, kumitat jew xi ħatriet simili fil-perjodu imsemmi.

Il-Mellieħa – Agricultural Waste Treatment Plant – Proċess ta’ prekwalifikazzjoni

Question

B’referenza għall-Agricultural Waste Treatment Plant propost fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jispjega għaliex Riżorsi Agrikoli Malta ppubblikat il-proċess ta’ prekwalifikazzjoni RAM/001/2026 qabel ma ġiet konkluża u ppubblikata konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u mal-komunità lokali, u qabel ma ġew ippubblikati l-istudji dwar it-traffiku, l-ambjent u l-impatt fuq it-turiżmu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Il-Mellieħa – Agricultural Waste Treatment Plant – Nefqa fuq il-proċessi

Question

B’referenza għall-Agricultural Waste Treatment Plant propost fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus pubbliċi fuq il-proċessi RAM/001/2025 u RAM/001/2026 separatament sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inklużi spejjeż għal konsulenti legali, tekniċi, finanzjarji, ambjentali u procurement advisers? Jista’ wkoll jelenka l-kuntratti kollha, il-benefiċjarji rispettivi, is-servizz mogħti u l-ammont imħallas jew dovut lil kull wieħed?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Il-Mellieħa – Agricultural Waste Treatment Plant – RAM/001/2025 – Eżitu finali

Question

B’referenza għall-Agricultural Waste Treatment Plant propost fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu finali ta’ RAM/001/2025, kemm-il operatur ekonomiku ssottometta applikazzjoni, offerta jew espressjoni ta’ interess, min kienu dawn l-operaturi, min minnhom ġie prekwalifikat u għaliex dak il-proċess ma wassalx għall-konċessjoni li issa qed terġa’ tiġi mfittxija permezz ta’ RAM/001/2026?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Il-Mellieħa – Agricultural Waste Treatment Plant – Kronoloġija tal-proċessi

Question

B’referenza għall-Agricultural Waste Treatment Plant propost fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jispjega għaliex, wara l-proċess RAM/001/2025 u l-pubblikazzjoni ta’ Concession Award Notice fid-29 ta’ Ġunju 2026, fis-7 ta’ Settembru 2026 inħareġ proċess ġdid, RAM/001/2026, fir-rigward tan-National Farm Waste Treatment Facility? Jista’ wkoll jagħti kronoloġija sħiħa ta’ dak li seħħ bejn iż-żewġ proċessi u jqiegħed id-dokumenti rilevanti kollha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Il-Mellieħa – Agricultural Waste Treatment Plant – Perjodu ta’ konċessjoni

Question

B’referenza għall-Agricultural Waste Treatment Plant propost fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-operatur magħżul huwa mistenni jopera u jżomm il-faċilità għal perjodu ta’ 25 sena wara l-fażi ta’ kostruzzjoni? Jista’ wkoll jispjega fuq liema bażi ġie magħżul perjodu ta’ 25 sena u x’obbligi ser ikollu l-konċessjonarju matul dan il-perjodu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Pjan Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Ilma għat-Tisqija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar mill-Pjan Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Ilma għat-Tisqija? Jista’ jgħid ukoll meta ser jiġi ppubblikat il-pjan kollu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħidma fuq il-Pjan Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Ilma għat-Tisqija kompliet tavvanza, bil-għan li jiġi stabbilit qafas nazzjonali li jindirizza b’mod aktar sostenibbli u effiċjenti l-ħtiġijiet tal-ilma tas-settur agrikolu. Bħalissa, il-Ministeru għaddej bil-ħidma tiegħu u qiegħed ikompli jsaħħaħ il-bażi teknika tal-pjan. Permezz ta’ koordinazzjoni mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, intalbet l-assistenza tal-FAO, u żewġ esperti ġew Malta fejn kellhom diskussjonijiet mad-Direttorat tal-Agrikoltura, entitajiet oħra tas-settur pubbliku, esperti lokali u rappreżentanti tas-settur agrikolu. Din il-ħidma tinkludi ukoll collaborazzjoni maċ-CIHEAM Bari u tikkonsisti fi-ġbir u l-integrazzjoni tad-data dwar l-użu tal-art agrikola, l-iżvilupp ta’ sistema ta’ GIS mapping, kif ukoll l-użu ta’ CROPWAT sabiex jiġu stmati b’mod aktar preċiż il-ħtiġijiet tal-ilma skont l-uċuħ tar-raba’, iż-żona u l-perjodu tas-sena. Fl-istess waqt, diġà ttieħdu passi konkreti fil-ġestjoni tal-ilma għat-tisqija. Fost dawn hemm l-introduzzjoni ta’ sistema fejn l-allokazzjoni tan-New Water qed tintrabat mal-pjanijiet tal-uċuħ tar-raba’ tal-bdiewa, sabiex l-ilma disponibbli jkun jista’ jiġi amministrat b’mod aktar ġust, effiċjenti u marbut mal-ħtiġijiet agrikoli effettivi.

EEZ – Investimenti ġodda fl-akwakultura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi ta' investimenti ġodda saru fl-akwakultura fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (EEZ) mill-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll xi proġetti ewlenin ġew implimentati kompletament minn meta tħabbret din l-inizjattiva waqt id-Diskors tal-Baġit tal-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, mill-2024 ’l hawn, kompliet il-ħidma preparatorja relatata mal-iżvilupp sostenibbli tal-akwakultura fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (EEZ) ta’ Malta permezz ta’ studji tekniċi, evalwazzjonijiet u konsultazzjonijiet mal-entitajiet relevanti, bil-għan li jiġi stabbilit qafas adegwat għall-investiment fis-settur f’konformità mar-rekwiżiti ambjentali u regolatorji applikabbli. Fl-istess ħin, komplew jiġu avvanzati inizjattivi oħra marbuta mal-iżvilupp tal-akwakultura fil-kuntest tal-proċeduri u l-qafas regolatorju eżistenti. Fir-rigward tal-inizjattiva mħabbra fil-Baġit 2025, il-prijorità f’dan l-istadju kienet li jitlestew il-preparamenti tekniċi, amministrattivi u regolatorji meħtieġa sabiex il-proġett ikun jista’ jimxi għall-fażijiet sussegwenti tiegħu b’mod sostenibbli u responsabbli.

Aġenzija awtonoma għar-Riċerka fis-Sajd u l-Akwakultura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal it-twaqqif tal-Aġenzija awtonoma għar-Riċerka fis-Sajd u l-Akwakultura li tħabbret fid-Diskors tal-Baġit tal-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm investa flus il-Gvern f'din l-Aġenzija minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Aġenzija Aquatic Resources Malta bdiet topera minn Marzu 2024. L-investiment finanzjarju tal-Gvern fl-Aġenzija hu tagħrif pubbliku.

Il-Mellieħa – Faċilità għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu – Kapaċità ta’ pproċessar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ hijiex mistennija tipproċessa sa 350,000 tunnellata ta’ demel u skart agrikolu fis-sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Il-Mellieħa – Faċilità għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu – Bidu tal-operat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jibda l-bini u meta mistennija tibda topera l-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Il-Mellieħa – Faċilità għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu – Spiża u tul tal-konċessjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża stmata tal-faċilità proposta għat-Trattament tal-Iskart Agrikolu fil-Qammiegħ u kemm se tkun twila l-konċessjoni?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Il-Mellieħa – Agricultural Waste Treatment Plant – Capital expenditure

Question

B’referenza għall-Agricultural Waste Treatment Plant propost fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-capital expenditure stmat għall-bini u l-ikkummissjonar tal-faċilità u jekk dan huwiex stmat bejn €70 miljun u €90 miljun? Jista’ wkoll jagħti breakdown tal-ispiża kapitali prevista skont il-komponenti prinċipali tal-proġett?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Il-Mellieħa – Agricultural Waste Treatment Plant – Valur stmat tal-konċessjoni

Question

B’referenza għall-proċess RAM/001/2026 dwar l-Agricultural Waste Treatment Plant propost fil-Qammieħ, il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-valur stmat tal-konċessjoni huwiex ta’ €511 miljun eskluża l-VAT? Jista’ wkoll jispjega fid-dettall kif ġie kkalkulat dan il-valur u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-mudell finanzjarju, il-projezzjonijiet u l-assunzjonijiet li wasslu għal din iċ-ċifra?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.