Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn pet groomers liċenzjati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent hemm 60 stabbiliment ta’ pet groomers irreġistrati mad-Direttorat għat-Trattement Xieraq tal-Annimali.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Defibrillators
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja ta’ kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li preżentament hemm 5 defibrillators fil-binjiet ta’ l-entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru li tiegħu jiena responsabbli.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Defibrillators
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja tal-ministeru tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li hemm defibrillator wieħed fil-binja tal-ministeru tiegħi.
Inżid ukoll li hemm 8 defibrillators fil-binjiet l-oħra li jaqgħu taħt il-ministeru li tiegħu jiena responsabbli
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – First Aiders iċċertifikati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li preżentament hemm 66 first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru li tiegħu jien responsabbli.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura, jew xi entità oħra li taqa’ taħtu, tawx jew approvawx xi permess, clearance, awtorizzazzjoni, No Objection Certificate (NOC) jew kunsens ieħor relatat ma’ sajd, akwakultura, attivitajiet marittimi, żoni ta’ konservazzjoni jew impatti fuq il-ħajja marina, marbut mal-pjattaforma/floating island ankrata viċin Kemmuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament; u jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji u l-kopji tagħhom kollha?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li kemm il-Ministeru, id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura, kif ukoll xi entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi mhumiex l-awtoritajiet responsabbli biex joħorġu din l-awtorizzazzjoni msemmija.
Jista’ l-Ministru jindika xi rwoli eżistenti hemm fi ħdan id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali li huma diġà okkupati minn individwi?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta li l-irwoli eżistenti li hemm fi ħdan id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali huma indikati fit-tabella segwenti, li dawn huma diġà okkupati minn individwi.
Pożizzjoni
Direttur
Assistent Direttur
Maniġer II
Maniġer tal-HR II
Maniġer I
Assistent Maniġer
Prinċipal
Uffiċjal Tekniku Veterinarju Prinċipali
Uffiċjal Tekniku Veterinarju Anzjan
Uffiċjal Veterinarju
Uffiċjal Tekniku Veterinarju
Uffiċjal Tekniku Veterinarju (Degree)
Uffiċjal Tekniku Veterinarju (Diploma)
Assistenti Uffiċjal Tekniku Veterinarju II
Assistent Uffiċjal Tekniku Veterinarju I
Assistent Uffiċjal Tekniku Veterinarju Trainee / I
Uffiċjal tal-Benesseri tal-Annimali
Uffiċjal Klerikali
Skrivan
Assistent tal-Librerija
Skala ta' Tekniku Għoli 10
Uffiċjal Skala 11
Uffiċjal fi Grad 9
Uffiċjal fi Grad 10
Uffiċjal fi Grad 11
Uffiċjal fi Grad 12
Uffiċjal fi Grad 13
Uffiċjal fi Grad 14 fil-Klassi ta’ Messaġġiera
Uffiċjal fi Grad 9 fil-Klassi tas-Servizz Ġenerali
Uffiċjal fi Grad 10 fil-Klassi Industrijali u Superviżorju
Uffiċjal fi Grad 11 fil-Klassi tas-Sajd
Uffiċjal fi Grad 12 fil-Klassi Teknika
Uffiċjal fi Grad 12 fil-Klassi tas-Servizz Ġenerali
Supervisor
Operattiv IV
Biċċier
Carer tas-Saħħa (Senior)
ERL - Uffiċjal Assistent ta' Sorveljanza
ERL - Distribution Trades person
Fid-dawl li disa’ pulizija telqu mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, li l-irwol tagħhom kien li jwettqu investigazzjonijiet, jista’ l-Ministru jgħid x’ser jiġri minn dan l-irwol li kienu jokkupaw? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ser jidħlu persuni oħra minn flokhom u, jekk iva, minn fejn ser jiġu dawn il-persuni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li mhux disa’ (9) uffiċjali li kienu fil-Korp tal-pulizija telqu mid-Direttorat, iżda sitt (6) uffiċjali ġew assimilati lura fil-grad preċedenti tagħhom fil-Korp tal-Pulizija, u dawn mhux kollha kienu involuti fuq twettiq ta’ investigazzjonijiet .
Dawn l-uffiċjali ma kienux jiffurmaw parti minn eżerċizzju ta’ bini ta’ kapaċità (capacity building exercise) approvat tad-Direttorat. Fir-rigward tal-irwol li kienu jokkupaw, id-Direttorat ser jkompli jivvaluta l-bżonnijiet ta’ riżorsi umani u se jipproċedi b’eżerċizzji ta’ bini ta’ kapaċità skont il-proċeduri normali fis-Servizz Pubbliku. Għalhekk, kwalunkwe deċiżjoni dwar persuni ġodda jew l-inkarigu ta’ dawn l-irwoli se tittieħed wara din il-valutazzjoni.
Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni għalfejn bejn il-ġranet ta’ nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Marzu u nhar it-Tnejn 30 ta’ Marzu, peress li bejn dawn il-ġranet ħabtu bejn festi, ma kienx hemm biżżejjed ħaddiema biex jieħdu ħsieb l-annimali u għalhekk kellhom jiddaħħlu b’emerġenza individwi li ma kinux xogħol?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li bejn il-ġranet ta’ nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Marzu u nhar it-Tnejn 30 ta’ Marzu kull annimal taħt il-kura tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali ngħata l-kura meħtieġa. Hja prattika normali u konformi mal-proċeduri amministrattivi fis-seħħ li, meta ma jkunx hemm uffiċjali disponibbli minħabba sick leave (SL) jew vacation leave (VL), jintuża s-servizz ta’ overtime sabiex jiġi żgurat li s-servizzi essenzjali jibqgħu jingħataw mingħajr interruzzjoni, b’mod partikolari dawk marbuta mal-ħarsien u l-benesseri tal-annimali.
F’dan il-kuntest, huwa importanti li jiġi ċċarat li l-annimali kollha ġew ikkurati kif dovut, inkluż permezz tal-għoti regolari tal-ikel, eżerċizzju. it-tindif tal-ispazji fejn jinżammu, kif ukoll l-amministrazzjoni tal-mediċina u kull trattament meħtieġ skont il-bżonnijiet tagħhom. B’dan il-mod ġie assigurat li l-livell ta’ kura u benesseri baqa’ jinżamm skont l-istandards stabbiliti.
Huwa relevanti wkoll li jiġi enfasizzat li kemm is-sick leave kif ukoll il-vacation leave huma drittijiet fundamentali ta’ kull ħaddiem, kif previst mil-liġijiet u r-regolamenti tax-xogħol applikabbli. Għaldaqstant, l-amministrazzjoni għandha d-dmir li, filwaqt li tirrispetta dawn id-drittijiet, tadotta l-miżuri operattivi meħtieġa sabiex tassigura l-kontinwità tas-servizz pubbliku u l-ħarsien adegwat tal-annimali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm qtates bħalissa fi ħdan id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u kemm hemm carers jieħdu ħsiebhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li n-numru ta’ qtates fi ħdan id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali huwa ta’ sitta u sittin (66). Dawn il-qtates huma taħt il-kura ta’ disa’ carers.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm klieb bħalissa fi ħdan id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u kemm hemm carers jieħdu ħsiebhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li bħalissa fi ħdan id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali hemm tmienja u sebgħin (78) kelb. It-total ta’ carers li jieħdu ħsieb dawn il-klieb huwa ta’ erbatax (14).
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Ħaddiema li telqu jew li ġew trasferiti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm telqu jew ġew trasferiti ħaddiema mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali f’dawn l-aħħar xahrejn?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li n-numru ta’ ħaddiema li telqu jew ġew trasferiti mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali jammontaw għal tmienja.
Segretarjat għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34162, 34617, 34836 u 35069 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi huwa l-obbligu tal-Ministeru, id-dipartimenti u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu li jwassal lill-pubbliku inġenerali b’għarfien dwar servizzi, proġetti u inizjattivi li l-Gvern ikun qed jieħu minn żmien għal żmien. Dan biex il-pubbliku jkun infurmat u jkun jista’ jagħmel l-aqwa użu minn dawn l-inizjattivi, li fost l-oħrajn jinkludu:
· Kampanja
Explore Fish Variety – Eat Sustainable Fish
· Informazzjoni dwar l-Aquatic Resources Malta
Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għall-perjodu ta’ bejn Ġunju 2025 u Jannar 2026, ninnota illi diġa’ weġibt numru ta’ interpellanzi parlamentari dwar dan is-suġġett għall-kumplament tal-perjodu mitlub.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2026?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari W 507.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Jannar 2026?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari W 491.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Diċembru 2025?
Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Frar 2024?
Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Jannar 2024?