Jista' l-Ministru jgħid kemm attwalment huwa stmat li l-baħar ta' madwar Malta u Għawdex jiflaħ li jkollu fish farms ġewwa fih? Jista' jgħid jekk ilħaqniex il-massimu ta' trobbija ta' ħut li l-baħar tagħna jippermetti jew jekk hemmx lok għal iktar fish farms jekk ikun hemm it-talba? Jista' jgħid fuq liema studju wasal għal dawn ir-risposti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li l-istima ta’ kemm il-baħar jista’ jiflaħ fish farms tiddependi minn numru ta’ fatturi, inkluż it-tip ta’ ħut li jkun qed jitrabba u t-teknoloġija li tista’ tintuża (li hija affettwata mill-fond tal-baħar u minn kemm il-post huwa espost għall-qawwa tal-mewġ u r-riħ), kif ukoll aspetti ambjentali. Fis-snin meta twaqqfu l-ewwel fish farms, it-teknoloġija kienet li l-gaġeġ ma setgħux jitqiegħdu f’baħar fond ħafna. Dak iż-żmien (1993) l-Awtorita` tal-Ippjanar kienet fasslet Policy Guidance dwar fish farming, li kien identifika numru ta’ “Search Areas” fejn fish farms setgħu jiġu kkunsidrati.
Matul is-snin it-teknoloġija żviluppat (c. 1999/2000) tant li l-gaġeġ setgħu ikunu ikbar u jiġu ankrati f’baħar iktar fond u f’postijiet iktar esposti. Għaldaqstant, l-ammont ta’ baħar li seta’ jkun ikkunsidrat għall-iżvilupp ta’ dawn il-farms żdied sewwa. Madankollu, il-fatturi li semmejt qabel baqgħu validi u kull meta saru studji biex tkun identifikata żona għall-akkwakultura, ġew ikkunsidrati aspetti teknoloġiċi, soċjali, ekonomiċi, u ambjentali.
Meta wieħed iqis dan kollu, l-ammont ta’ baħar li jista’ jintuża għal dawn l-attivitajiet u li ma joħloqx kunflitt ma’ attivitajiet marittimi oħra leġittimi huwa ristrett, speċjalment għall-farms kbar, bħalma huma dawk tat-tonn. Għalhekk kull proposta ġdida li ssir, tiġi studjata bir-reqqa għall-impatti li tista’ toħloq, kemm ambjentali kif ukoll fuq użu ieħor tal-baħar.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li skont il-Financial Estimates tal-2021 kienet deskrita bħala Adopt a Pet Allowance u li fl-2020 swiet €50,000? Jista’ jgħid min tħallas għal din il-ħidma u min ibbenefika?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, Promozzjoni u Servizzi qed jevalwa l-informazzjoni miġbura u qed tiġi vverifikata l-informazzjoni. Dan sabiex ikun jista’ jintbagħat pagament ta’ darba lil terzi persuni li kienu addottaw kelb/qattus minn xi NGO. Il-pagamenti huma maħsuba li jinħarġu sal-aħħar tas-sena 2020.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li saret li skont il-Financial Estimates tal-2021 kienet deskritta bħala Local Councils Animal Fund u li skont l-istess estimi, fl-2020 kien approvat li jintefqu €50,000? Jista’ jgħid liema kunsilli lokali gawdew/ibbenefikaw min din in-nefqa? Min tħallas għas-servizz li ġie mogħti lill-kunsilli lokali u fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li saret b’dan il-vot/nefqa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għal-Ħarsien tal-Annimali, Promozzjoni u Servizzi ħareġ sejħa għall-applikazzjonijiet għal din l-iskema iktar kmieni din is-sena. Il-Kumitat konċernat evalwa l-applikazzjonijiet milqugħa u qegħdin fl-istadju finali biex jinħarġu l-kuntratti. 50% tas-somma rikjesta (liema somma ma taqbiżx total ta’ €8,000 u/jew 80% tal-ispiża totali tal-proġett totali) tingħata lil kull kunsill eliġġibbli sal-aħħar tas-sena 2020 wara li jkunu ffirmati l-kuntratti. Il-50% l-oħra jingħataw wara li jkun tlesta l-proġett u jiġu ppreżentati d-dokumenti kollha.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti u lil min tħallsu l-€200,000 għall-ħidma li skont il-Financial Estimates tal-2021 kienet deskritta bħala Fisheries Coastal Surveillance? Jista’ jgħid lil min tħallsu dawn il-€200,000? Jista’ jgħid liema sajjieda gawdew/ibbenefikaw minn din il-ħidma? Jista’ jgħid meta u fejn saret din il-ħidma u minn min saret din il-ħidma?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ €200,000 approvat għas-sena 2020, hekk kif jidher fl-estimi ta’ 2021, qed jintefaq f’servizzi ta’ Landing Attendants u Tuna Attendants, marbut ma’ sorveljar, iċċekkjar u vverifikar ta’ qabdiet tal-ħut tas-sajjieda sabiex jiġi żgurat li l-qabdiet tas-sajd huma legali u għaldaqstant jistgħu jitpoġġew fis-suq għall-bejgħ.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li saret fl-2020 li skont il-Financial Estimates tal-2021 kienet deskritta bħala Animal Aftercare Clinic u li skont l-istess estimi kellha nefqa ta’ €300,000? Jista’ jgħid fiex kienet tikkonsisti din in-nefqa? X’servizzi ngħataw permezz ta’ din in-nefqa? Lil min tħallsu dawn it-€300,000? Min ibbenefika minn dan is-servizz li sewa €300,000?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ flus li jaqa’ taħt l-Animal Aftercare Clinic jintefqu biex tingħata kura xierqa lill-qtates u klieb abbandunati li jinġabru minn Uffiċjali tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, Promozzjoni u Servizzi. Kull annimal li jinġabar isirulu t-testijiet meħtieġa u wara jsiru follow up visits skont il-każ. L-ammont ta’ flus ikopri wkoll mediċini, operazzjonijiet u tiswija ta’ klieb u qtates stray. Dan is-servizz jiġi mogħti kollu mill-APH Ltd.
Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar fiex kienet tikkonsisti n-nefqa ta’ €258,000 li skont il-Financial Estimates tal-2021, din in-nefqa kienet marbuta ma’ ħidma deskritta bħala Animal Welfare Initiatives? Jista’ jgħid min tħallas għal din in-nefqa ta’ €258,000? Min irċieva s-servizz ta’ din il-ħidma?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li ħaddiema fir-Rural Affairs Department mhux jingħataw il-permess ta’ telework?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-Dipartiment tal-Affarijiet Rurali hemm 32 ħaddiem li qegħdin jaħdmu bit-telework. Sal-lum l-ebda applikazzjoni għat-teleworking ma ġiet irrifjutata.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li twettqet fl-2020 li skont il-Financial Estimates tal-2021 kienet deskritta bħala Agricultural Services u kienet tkopri n-nefqa ta’ €66,000? Jista’ jgħid kif intefqu dawn il-flus u lil min tħallsu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi allokati fil-vot Agricultural Services għas-sena 2020, id-Dipartiment għall-Affarijiet Rurali fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, għamel użu minn parti mill-fondi li kien hemm disponibbli u n-nefqa sa issa hija kif inhu spejgat fit-tabella segwenti.
Supplier
Servizz/Ass mixtri
Ammont
PC Options LTD
Monitors
€1,439.64
Compleet IS Services LTD
Toaster/Kettle
€66.50
HDMI Cable
€15.00
Kenneth Pullicino
Bucket/Tape/Paper
€30.75
Anthony Debono
TRI Switched
€43.20
Intercomp Marketing LTD
Toner
€47.20
MALTAPOST PLC
BRS Renewals
€69.87
Michela Pace
Clerical services
€1,206.49
Zona Ivanovic
Reimbursement
€15.70
John Meli
water dispenser
€149.00
KEEN Ltd
update of presentation
€59.00
leaflet design
€354.00
stock image
€76.70
letter head design
€88.50
artwork design
€88.50
amendment of leaflets
€29.50
Design of SMP
€59.00
leaflets
€354.00
design template
€59.00
Amend Business Card
€29.50
Borg Cardona
pig tattoo plier
€88.50
tattoo numbering
€104.43
Borg Repair
repair washing machine
€80.00
Felix Vella
compost bag
€166.00
Domeman Glove
safety wear
€290.16
cofra red tie
€39.00
multipurpose gloves
€33.60
gloves
€13.34
safety wear
€73.00
Ortis Ltd
peat
€543.55
Chempro Ltd
castrol
€64.00
Computer labelling
set-up drivers
€23.60
Office Essentials
stationery
€91.13
Clean Masters Ltd
cleaning mobile toilet
€18.88
AF Signs Studios
printing
€147.50
Carmelo Briffa
Maltapost
€140.00
DOI
SMP adverts
€45.00
Kenneth Pullicino
cleaning materials
€172.80
Agius Agr
spare parts
€536.28
Wonderland Ironmongery
safety wear
€228.00
General Plastic
pipes
€120.36
Michael Galea & Sons
spare parts
€116.61
Philip A Tabone
safety shoes
€20.00
Tech Store
batteries 12V
€54.42
Wurth
safety shoes
€47.20
Debson Autoparts
spare parts
€237.24
Alfred Mallia
flow pump
€127.00
Charles Galea
pesticides/ fertiliser
€643.70
KIM
protective clothing
€13.57
Zahra Ent
sockets
€31.76
tools
€25.01
various items
€77.47
Joseph Camilleri
irrigation material
€909.20
pvc pipes
€70.00
Panta Marketing Ltd
water tablets
€75.69
GPP
leaflets
€173.78
envelopes
€131.00
3 gate leaflets
€87.93
Arete Ltd
Isopropanol
€27.14
Office Essentials
stationery
€361.73
IV Portelli
bait sachets
€49.00
George Axisa
hire of skip
€158.12
F Busuttil Services
engine oil
€80.00
J.Tech Solutions
structure cabling
€2,849.46
Total minfuq s'issa
€13,667.21
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li swiet €10,000 li skont il-Financial Estimate tal-2021, fl-2020 kienet deskritta bħala Pomology and Oenology? Jista’ jgħid min kienu l-persuni li tħallsu u min kienu l-persuni li gawdew/ibbenefikaw minn din il-ħidma u n-nefqa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskop tal-fondi allokati fil-vot Pomology and Oenology huwa konness mas-Sezzjoni tal-Vitikultura, kif ukoll mas-sezzjoni li tieħu ħsieb il-Mixtla sabiex is-settur jingħata servizz xieraq. Għas-sena 2020, id-Dipartiment għall-Affarijiet Rurali, fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jien responsabbli, għamel użu mill-fondi li kien hemm disponibbli li jammontaw għal €6,000, kif inhu spejgat fit-tabella segwenti.
Supplier
Servizz/Ass li nxtara
Ammont
CUSTOMS DEPARTMENT
SPECIAL LICENCE
€12.90
ST PETER'S IRONMONGERY
PLASTERING MATERIAL
€92.41
ALFRED MALLIA
UNIVERSAL TRIMMER HEAD TAP
€76.51
ST PETER'S IRONMONGERY
PLUMBING FITTINGS
€280.51
VICTOR SULTANA
GYPSUM MATERIAL
€577.00
AB WHOLESALES AND TRADERS
ELECTRICAL ITEMS
€1,561.33
ST PETER'S IRONMONGERY
WATER PAINT
€69.03
IV PORTELLI & SONS
DRIP IRRIGATION
€491.39
IV PORTELLI & SONS
SULPHUR KNAPSACK
€257.24
MF COMPANY LTD
CISA LOCK THEE HING
€28.34
MF COMPANY LTD
HINGES, PLASTIC LEG, HANDLES FOR CUPBOARD
€16.29
QUALITY POSTFORM LTD
WOOD LIGHT OAK
€257.40
ORTIS LTD
MINERAL SULPHUR
€96.40
BETA CENTRE LTD
PARQUET FLOORING
€314.01
ST PETER'S IRONMONGERY
ITEMS FOR PLASTER
€153.75
C SCHEMBRI & I CAMILLERI
ALUMINIUM MATERIAL
€1,693.30
Total
€5,977.81
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma deskritta bħala Livestock Welfare Scheme (Pig Farm Cessation Scheme) li skont il-Financial Estimates tal-2021, fl-2020 kellha nefqa ta’ €446,000? Jista’ jgħid min kienu dawk li gawdew/ibbenefikaw minn din in-nefqa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ €446,000 jikkonsisti fl-estimi għas-sena 2021 u mhux fin-nefqa fl-2020. Kif indikat propju mill-isem tal-vot 5101 imsemmi, u kif imħabbar fid-diskors tal-Ministru tal-Finanzi, din l-allokazzjoni se tkun qed tmur sabiex titħejja skema li tiżgura titjib fl-istandards tal-benesseri tal-annimali fis-settur tal-majjal kontra inċentivi finanzjarji appropjati lill-produtturi tal-majjal.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti u x’ħidma saret fl-2020 li fil-Financial Estimates tal-2021 ġiet deskritta bħala Gene Bank for Seeds and Plants u li saret nefqa ta’ €10,000? Jista’ jgħid kif u lil min tħallset din in-nefqa ta’ €10,000? Min kienu dawk il-persuni li gawdew minn din il-ħidma?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-ġurnata li fiha qiegħda tiġi kkomunikata din it-tweġiba, in-nefqa marbuta mal-Gene Bank for Seeds and Plants kienet ta’ €6,891.20, hekk kif ġej:
· €2,171.20 lil ENSER Ltd dwar servizzi marbuta mat-tfassil tat-tender għall-bini u x-xiri tal-apparat; u
· €4,720.00 lil BDC Ltd għal servizzi ta’ promozzjoni.
Veterinary Services to Non Government Organisations – ħidma u nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti n-nefqa ta’ €80,000 li ntefqet fl-2020 u li skont il-Financial Estimates tal-2020 kienet deskritta bħala Veterinary Services to Non Government Organisations? Jista’ jgħid min kienu l-NGOs li gawdew minn din in-nefqa u x’kien l-iskop ta’ din il-ħidma b’referenza għall-NGOs rispettivament?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, Promozzjoni u Servizzi bħalissa qiegħed fil-proċess ta’ ġbir ta’ data relatata mas-2020. Għaldaqstant din it-tweġiba tkun tista’ tingħata iktar ‘il quddiem.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li fil-Financial Estimates tal-2021 kienet deskritta bħala Marine Litter Recovery Scheme li skont il-Financial Estimates, fl-2020 swiet €100,000? Jista’ jgħid x’ħidma saret u lil min tħallsu dawn il-€100,000, min ibbenefika min din il-ħidma u min kienu dawk li tħallsu biex iwettqu din il-ħidma?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan tal-Marine Litter Recovery Scheme huwa li tikkumpensa finanzjarjament lil dawk is-sajjieda tat-tkarkir tal-qiegħ li jagħmlu ħilithom biex jirkupraw il-plastik li jiġi rkuprat mill-baħar waqt l-operazzjonijiet ta' tkarkir tal-qiegħ u jwassluhom ukoll fuq l-art għar-riċiklaġġ. Din l-iskema hi mmexxija mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura.
Dan il-vot jintuża wkoll mill-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar. L-ammont massimu li jista' jitħallas taħt l-Iskema ta' Rkupru mill-Ministeru tiegħi huwa ta’ 30 elf ewro.
Skont l-aħħar rapport ippreżentat mid-Dipartment tas-Sajd u Akkwakultura, s’issa ntuża l-ammont ta’ €5,200 għal din l-iskema. Minn din l-iskema bbenifikaw minnha ħames individwi/kumpaniji li għandhom bastiment tat-tkarkir, hekk kif jidher fit-tabella segwenti.
Contractee
Description
Paid (€)
Global Fish Ltd
Fishing for litter
400
Bjorn Agius
Fishing for litter
600
Darmanin Fisheries Ltd
Fishing for litter
2800
Dominic Tanti
Fishing for litter
1200
Grech Fisheries Ltd
Fishing for litter
200
5200
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali – Ħaddiema — telework
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-1 ta’ Marzu 2020 sa issa kien hemm 5 ħaddiema li applikaw għat-teleworking u dawn bħalissa qed jaħdmu xi ħinijiet mid-dar u xi ħinijiet mill-uffiċċju. Minn dawn hemm 3 nisa u 2 irgiel.
Dan apparti li minn Marzu sa Ġunju, minħabba l-imxija tal-COVID kien hemm total ta’ 7 ħaddiema li fil-maġġor parti kienu qed jaħdmu s-sigħat mid-dar, minhabba id-Direttiva 13. Dawn kienu 6 nisa u raġel wieħed.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma tħallsu l-ebda spejjeż jew sar xi ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti, fid-dati msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid l-Insurance Guarantee Scheme li kienet nefqa ta’ €1,000 fl-2020 lil min tħallset u x’kien l-iskop ta’ din il-garanzija bankarja? Jista’ jgħid x’inhu l-iskop li għas-sena 2021 din in-nefqa qed tkun estiża għal €5,000? Jista’ jgħid kif qed titħallas u lil min u fejn qed isir il-ħlas ta’ din il-garanzija bankarja?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskop ta’ dawn il-fondi huwa sabiex isir studju dwar il-vijabilità ta’ assigurazzjoni relatata ma’ attivitajiet u strutturi għall-bdiewa u r-raħħala. Wara riċerka li saret mid-Dipartiment għall-Affarijiet Rurali, fi ħdan il-Ministeru tiegħi, irriżulta li sabiex jitwettaq tali studju l-fondi allokati għas-sena 2020 ma kienux ser ikopru l-istħarriġ vast meħtieġ għal din it-tip ta’ assigurazzjoni. Dan għaliex, qabel titfassal skema ta’ assigurazzjoni jrid jitwettaq stħarriġ ekonomiku dwar id-dannu jew telf kollu fis-settur li huwa wieħed estensiv. Għaldaqstant, id-Dipartiment kien jeħtieġ aktar fondi sabiex ikun jista’ jitwettaq dan l-istudju.
Agency for the Governance of Agriculture Bioresources — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif intefqu t-€800,000 li skont il-Financial Estimates 2021 kellhom jintefqu fl-2020 għal Vot deskritt bħala ‘Agency for the Governance of Agriculture Bioresources’? Jista’ jgħid x’qed ikun maħsub li jsir biex għas-sena 2021 biex jintefqu t-€800,000? Jista’ jgħid fiex kienet tikkonsisti din in-nefqa u lil min tħallsu dawn il-flus?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-baġit allokat għas-2020 intefaq skont it-tabella segwenti:
Agency for the Governance of Agriculture Bioresources - Nefqa 2020
Spejjeż tal-uffiċċju
€34,582.18
Kera tal-uffiċċju, servizzi ta' tindif u provvisti għall-uffiċċju
Analiżi analitika
€15,955.30
Analiżi tat-tipi differenti ta' demel likwidu u demel prodott lokalment mill-majjal, baqar, tjur, nagħaġ u mogħoż, fniek u żwiemel.
Servizzi ta' konsulenza
€23,089.00
(i) Studju ta' fattibilità għat-twaqqif ta' impjant pilota għat-trattament ta' demel u demel likwidu. (ii) Biex tirrevedi l-operazzjonijiet ta' l-aġenzija flimkien ma’ l-iskop, il-kompiti u r-responsabbiltajiet u tirrakkomanda pjan strateġiku
Wastserv Ltd.
€10,189.02
Użu ta'
Bio-Digester
għal demel likwidu tal-bhejjem
Nefqa kapitali
€670,160.70
Xiri ta’ tliet (3) vetturi mobbli mgħammra b'
Autonomous Plug
u
Play Slurry De-Watering Units
Għas-sena 2021, il-baġit allokat se jiġi utilizzat għat-tmexxija u l-operazzjonijiet tal-uffiċċju tal-GAB u biex jiġu implimentati miżuri f'konformità mal-immaniġġjar sostenibbli tad-demel likwidu tal-bhejjem.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti u x’ħidma kienet qed issostni l-Agriculture Support Scheme li fl-2020, skont il-Financial Estimates 2021, kienet tinvolvi nefqa rikorrenti ta’ €400,000?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-vot tal-Agriculture Support Scheme jigi użat għal inizjattivi bl-għan li jitqajjem apprezzament lejn l-agrikoltura Maltija u sabiex jiġu promossi inizjattivi li s-settur jista’ jibbenefika minnhom b’mod dirett. Matul din is-sena, il-fondi ta’ dan il-vot intużaw fuq il-kampanja ‘Agħżel frisk....Agħżel bnin’; inizjattivi biex tiġi promossa l-marka ta’ kwalita’; l-organizzazzjoni tal-konsultazzjoni pubblika dwar Reġistru Nazzjonali ta’ Prodotti Agro-Tradizzjonali ta’ Malta; xogħol marbut mal-Wine Apprecaition Event li ġie mħassar minħabba l-pandemija liema xogħol ser ikun qed jibqa’ jintuża għas-sena li ġejja; ; xogħol marbut mal-varar ta’ inizjattivi varji li għandom x’jaqsmu mad-Dipartiment bħal dak ta’ Research and Innovation Hub,. Permezz ta’ dan il-vot ikun qiegħed jiġi żgurat sapport kontinwu lil dan is-settur.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li fil-Financial Estimates 2021 kienet deskritta bħala ‘Buskett Research Station’ u li tali ħidma swiet €50,000? Jista’ jgħid x’xogħol sar? Lil min tħallsu dawn il-€50,000? Jista’ jgħid ukoll xi pjanijiet hemm li għalihom qed ikun ivvutat il-Vot ta’ €100,000?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskop tal-fondi allokati fil-vot Buskett Research Station huwa għaż-żamma u l-ħidma li ssir fiċ-ċentru tal-vitikoltura fil-Buskett. Għas-sena 2021, id-Dipartiment ikkonċernat fi ħdan il-Ministeru tiegħi ser ikun qed jaħdem sabiex dan is-sit jinbidel f’Ċentru Nazzjonali tal-Inbid u d-Dwieli u għaldaqstant jitjiebu l-faċilitajiet u jsir xogħol ta’ restawr fuq żewġ binjiet antiki, kif ukoll jinxtara apparat relatat mar-riċerka.
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għad-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma li skont il-Financial Estimates 2021 hija deskrita bħala Fisheries Patrol li skont l-istess estimi, fl-2020 kellu jkollha n-nefqa ta’ €400,000? Jista’ jgħid dawn l-€400,000 kif ġew minfuqa? Lil min tħallsu? Min ibbenefika minn din in-nefqa?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħidma deskritta bħala Fisheries Patrol, tikkonsisti fil-patrols li l-AFM tagħmel permezz ta’ Memorandun of Understanding bejn id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura u l-Forzi Armati ta’ Malta. L-istess vot jintuża wkoll għal spejjeż relatati ma’ l-użu ta’ tlett RHIBs, li għandu d-Dipartiment biex jintużaw fiż-żona tal-25 mil, għal diversi spezzjonijiet. It-tabella li ġejja turi lil min tħallsu u r-raġuni għala tħallsu.
AFM
Sea & Air patrols
€560,925.92
Transport Malta
RHIBs Renewal fees
€467.50
Mapfre
Insurance of 1 RHIB
€455.00
Marina di Valletta
Mooring of 2 RHIBs
€8,115.00
Melitaunipol Insurance Brokers
Insurance of 2 RHIBS
€6,470.00
Transport Malta
Registration fees
€1,190.00
Power Centre Ltd
Mooring Springs
€382.60
€578,006.02