Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ta’ Qali — Sptar tal-Annimali – obbligi għat-tmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'obbligi ġew imposti fuq min qed imexxi l-Isptar tal-Annimali f'Ta' Qali u x'servizzi qed jingħataw minnu li ma jingħatawx mill-veterinarji ordinarji?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-obbligi li ġew imposti fuq min qed imexxi l-Isptar tal-Annimali ġewwa Ta' Qali huma skont it-tender li kien inħareġ f’Awwissu tal-2015 mid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern.

Ta’ Qali – Sptar tal-Annimali — arranġamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'arranġementi hemm fis-seħħ fl-Isptar tal-Annimali f'Ta' Qali għat-tiswija u l-ikkastrar ta' annimali abbandunati u x'għajnuna tingħata minn dan l-isptar lill-organizzazzjonijiet non governattivi li jaħdmu sabiex isibu dar lil dawn l-annimali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-arranġamenti li hemm fis-seħħ fl-Isptar tal-Annimali ġewwa Ta' Qali għat-tiswija u l-ikkastrar ta' annimali abbandunati, kif ukoll għall-għajnuna li tingħata minn dan l-isptar lill-organizzazzjonijiet non governattivi li jaħdmu sabiex isibu dar lil dawn l-annimali, huwa skont it-tender li kien inħareġ f’Awwissu tal-2015 mid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern.

Għajnsielem – annimali eżotiċi f’residenza

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jikkonferma jekk fil-ġranet li għaddew instabux annimali eżotiċi bħal black panther u puma f’residenza f’Għajnsielem u kienx hemm kelb domestiku ferut bi gdim possibilment ta’ annimal domestiku? Jekk iva, jista’ jgħid jekk ġewx sekwestrati? U jekk ġew, fejn qegħdin dawn l annimali eżotiċi u ġewx informati l-pulizija?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa kkonfermat li fil-ġranet li għaddew daħal rapport ta’ kelb ferut fl-istess triq ta’ residenza f’Għajnsielem li fiha hemm annimali eżotiċi . Għadhom qiegħdin isiru l-investigazzjonijiet fuq il-każ mid-direttorati fi ħdan id-Dipartiment għas-Saħħa u t-Trattament Xieraq tal-Annimali flimkien mal-pulizija.

Xelters – klieb u qtates

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm klieb u qtates li jinsabu f'xelters u kemm minnhom qegħdin fil-proċess li jiġu addottati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru li tiegħu jien responabbli jista’ jagħti informazzjoni biss tal-klieb u l-qtates li jinsabu bħalissa taħt il-ħarsien tad-Direttorat tat-Trattament Xieraq tal-Annimali. Dan għaliex il-Ministeru ma jżommx din it-tip ta’ informazzjoni għal xelters li ma jaqgħux taħt l-imsemmi Direttorat. Għaldaqstant nitlobok tirreferi għat-tabella segwenti: Tip Ammont Fil-proċess li jiġu adottati Klieb 92 18* Qtates 137 0 * Bħalissa 18-il kelb qegħdin jiġu fostered bil-għan li jiġu adottati aktar ‘il quddiem.

Estensjoni tal-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali f’Għawdex – kera ta’ proprjetà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed titħallas kera għall-proprjetà li qed isservi bħala estensjoni tal-Ministeru tiegħu f'Għawdex? Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt tal-kera fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — Contracts for Service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21978 u jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-nefqa mill-2017 sal-lum għal reklamar fuq it-televiżjoni mill-Ministeru/ entitajiet taħt id-dekasteru tiegħi tammonta għal €543,678.148, li minnhom €251.186.48 ġew minn fondi Ewropej. Information for Hon. Minister Sena Ammont (VAT exkluż) Deskrizzjoni tar-riklamar Total 543,678.148 2021 €10,000.00 Reklami fuq NET TV- Agħażel il-Bnin...Agħażel il-Frisk campaign 32 days (128 spots) 2021 €10,000.00 Reklami fuq ONE TV- Agħażel il-Bnin...Agħażel il-Frisk campaign 13 days (52 spots) 2020/2021 €124,985.52 The advertisement conducted as part of this contract was in connection with a project part financed by the European Maritime and Fisheries Fund entitled EMFF 6.1.2 Control Operations F, H, J & K. The principle aim of this project, which is still ongoing, is to promote further awareness on Illegal, Unreported and Unregulated (IUU) fishing. Thus far as part of this contract, €7,950.00 were spent on production, whilst €117,035.52 were spent on the booking and airing of 392 adverts. Adverts were aired on the five most popular local TV stations at the time, these being One TV, TVM ,Net, TVM 2 and TSN Go. Contract REF: CT3038/2019 2020 €27,117 Reklami fuq TVM –Plant harmful organisms campaign 61 days (125 spots) 2020 €30,000 Reklami fuq TVM- Agħażel il-Bnin...Agħażel il-Frisk campaign 47 days (336 spots) 2020 €30,000 Reklami fuq NET TV- Agħażel il-Bnin...Agħażel il-Frisk campaign 47 days (329 spots) 2020 €28,200 Reklami fuq ONE TV- Agħażel il-Bnin...Agħażel il-Frisk campaign 47 days (188 spots) 2020 €10,000 Reklami fuq TVM- Agħażel il-Bnin...Agħażel il-Frisk campaign 60 days (90 spots) 2020 €5,000 Reklami fuq NET TV- Agħażel il-Bnin...Agħażel il-Frisk campaign 31 days (62 spots) 2020 €5,000 Reklami fuq ONE TV- Agħażel il-Bnin...Agħażel il-Frisk campaign 31 days (32 spots) 2019 €26,400 TV spots (TVM and TVM 2) –Plant harmful organisms campaign 2019 €28,000 Reklami fuq TVM u TVM 2 –Plant harmful organisms campaign 2019 €13,950 Reklami fuq ONE TV –Plant harmful organisms campaign 2019 €10,980 Reklami fuq NET TV –Plant harmful organisms campaign 2018 €1,900 Reklami fuq ONE TV – Citrus Tristeza Virus 2018 €26,400 Reklami fuq TVM – Plant harmful organisms campaign 2018 €14,000 Reklami fuq ONE TV –Plant harmful organisms campaign 2018 €8,946 Reklami fuq NET TV –Plant harmful organisms campaign 2018 €105,300.96 The advertisement conducted as part of this contract was in connection with a project part financed by the European Maritime and Fisheries Fund entitled EMFF4.3.1 Nesploraw Flimien it-Tezori tal-Bahar! The principle aim of the project was to promote sustainable fish consumption. As part of this contract, € 17,400.00 were spent on production, whilst 87,900.96 were spent on the booking and airing of 336 adverts. Adverts were aired on the three most popular local TV stations at the time, these being One TV, TVM and Net. Contract REF: CT3060/2017 2018 €20,900.00 The advertisement conducted as part of this contract was in connection with a project part financed by the European Maritime and Fisheries Fund entitled EMFF1.4.1.Training for Fishers. The principle aim of the project was to promote health and safety amongst fishers, through the provision of specialised training courses to those operating in the local fisheries industry. As part of this contract, €2,500 were spent on the production of the TV Adverts, whilst €18,400.00 were spent on the booking and airing of 60 TV adverts. Adverts were aired on the three most popular local TV stations at the time, these being One TV, TVM and Net. Contract REF: F23/2017/1 2017 €6,600 TV spots (TVM and TVM 2) 2 –Plant harmful organisms campaign

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali — Contracts of service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanu ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Animali – ħaddiema f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22305 u jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu u anke tal-kuntrattur li jagħmlu xogħol ġewwa Għawdex? X’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn il-ħaddiema, x’inhu l-grad tagħhom, fejn bħala post jaqdu d-dmirijiet tagħhom u kemm ilhom jaħdmu ġewwa Għawdex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Agrikoltura, s-Sajd l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16366, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hemm erbgha spazji riservati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħi fil-Belt Valletta.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — state aid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21282 u jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità fi ħdan il-Ministeru tiegħi ma ngħatat Għajnuna Statali.

Impact Assessment fuq Zoos

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk qed issir impact assessment dwar iż-Zoos f’Malta, x’tip ta’ assessment qed isir? Billi jien infurmat li l-aġenzija li qed tagħmel dan l-assesment diġà bagħtet għal xi sidien taż-zoos biex tisma’ l-verżjoni tagħhom, ma’ min aktar se tiltaqa’?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Impact Assessment li qed isir min-naħa tal-kumpanija li ġiet ingaġġata huwa sabiex jiġi evalwat l-impatt soċjali, ambjentali u ekonomiku tal-Liġi proposta dwar iż-żamma tal-annimali selvaġġi fi stabbilimenti żooloġiċi. Għalkemm l-ippjanar u l-metodoloġija li qed tintuża f’dan l-istudju qed isir min-naħa tal-kumpanija, minħabba li din il-Liġi tikkonċerna liż-żoos, il-kuntatt prinċipali huwa mistenni li jsir mas-sidien taż-żoos kif ukoll mal-Awtoritajiet kompetenti illi b’xi mod jew ieħor għandhom x’jaqsmu mal-implimentazzjoni ta’ din il-Liġi.

Impact Assessment fuq Zoos

Question

B’referenza għall-impact assessment li suppost qed isir dwar iż-Zoos f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li dan jiġi konkluż u l-Gvern joħroġ white paper din id-darba finali dwar il-futur taż-Zoos f’Malta?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Impact Assessment dwar iż-żoos qiegħed fl-aħħar stadju tiegħu u li r-rapport għandu jiġi ppreżentat mill-kuntrattur fil-ġimgħat li ġejjin. Wara li dan jigi evalwat mill-uffiċċjala responsabbli, ikun jista’ jiġi propost l-Avviż Legali li ser ikun qed isaħħaħ ir-regolamentazzjoni ta’ zoos.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali – Permanent Secretary – covering letter għal position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-covering letter maħruġa mill-Permanent Secretary għal kull position of trust fil-Ministeru tiegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22956.

White Paper fuq iż-Zoos – impact assessment

Question

Jista’ l-Ministru ġentilment jikkonferma jekk wara li l-Gvern ħareġ white paper fuq iż-Zoos f’Malta li ġiet irtirata wara 24 siegħa, issa hux vera li appunta kumpanija biex tagħmel impact assessment taż-Zoos f’Malta? Jekk iva, min qed jagħmel dan l-impact assessment u kemm se jiswa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant u nikkonferma li d-Dipartiment responsabbli mir-regolamentazzjoni taż-żoos appunta kumpanija sabiex isir Impact Assessment tat-tibdil fil-liġi fuq iż-żoos f’Malta. Il-kumpanija magħżula hija AIS Environment Ltd. u l-kuntratt se jkun jiswa €8,673 (VAT inkluż).

Bdiewa, Raħħala u Sajjieda Għawdxin – għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19176 u jgħid x'għajnuna finanzjarja ħadu l-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda Għawdxin rispettivament għall-bini ta' irziezet, serer, ġwiebi u strutturi oħra kif ukoll għax-xiri u l-immodernizzar ta' inġenji, makkinarju u opri tal-baħar sena b'sena mill-2013 sal-lum? Jekk jogħġbu, jista' jagħti dan it-tagħrif skont it-tip ta' għajnuna u skont għal xiex kienet l-għajnuna?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi ghat-tabelli segwenti. GOZO FARMERS - ITEMS FINANCED THROUGH EAFRD 2007-2013 AND EAFRD 2014-2020 ITEM 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 2021 BUILDINGS & STRUCTURES €258,634.63 €239,864.74 €575,573.37 €32,926.70 €0.00 €0.00 €25,922.59 €777,060.11 €2,868,125.17 LAND IMPROVEMENT €625.00 €0.00 €725.00 €0.00 €0.00 €0.00 €0.00 €0.00 €0.00 MACHINERY & EQUIPMENT €237,054.93 €279,870.58 €365,725.01 €12,246.24 €0.00 €0.00 €79,178.13 €155,530.79 €1,068,599.41 OTHERS €14,532.97 €16,912.25 €18,341.59 €4,267.79 €0.00 €0.00 €22,959.25 €25,307.25 €76,155.89 TOTAL €510,847.53 €536,647.57 €960,364.97 €49,440.73 €0.00 €0.00 €128,059.97 €957,898.14 €4,012,880.46 GRAND TOTAL €7,156,139.37 GOZO FISHERMEN BOAT RESTORATION SCHEME 2019 (aid fully disbursed in 2020) GRAND TOTAL €10,128.50 BOAT RESTORATION SCHEME 2020 (aid fully disbursed in 2021) GRAND TOTAL € 5,342.17

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat f’din il-leġiżlatura għall-mistoqsija Parlamentari numru 15876. Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni ulterjuri.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — nefqa rikorrenti vvutata għal pagi tal-Persons of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.