Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza – kumpanija — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji u d-ditta legali li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ingħatawx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Ministeru u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn il-konsulenzi u/jew kuntratti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv biex ingħataw l-imsemmija konsulenzi u/jew kuntratti u jagħti dettalji tal-ħlasijiet li saru lill-imsemmija kumpanija u d-ditta legali?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol fil-perjodu konċernat lill-kumpaniji u d-ditta legali mill-Ministeru kif ukoll mill-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.

Liċenzja għall-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Imjpjieg jew Negozju tal-Impjieg matul l-2014

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti Applikazzjoni għal-Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg u kemm minnhom ġew approvati matul is-sena 2014?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2014 ġew riċevuti 14 Applikazzjonijiet għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg approvahom kollha.

Liċenzja għall-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Imjpjieg jew Negozju tal-Impjieg matul l-2015

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti Applikazzjoni għal-Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg u kemm minnhom ġew approvati matul is-sena 2015?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2015 ġew riċevuti 9 Applikazzjonijiet għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg approva 7 minnhom.

Liċenzja għall-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Imjpjieg jew Negozju tal-Impjieg matul l-2016

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti Applikazzjoni għal-Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg u kemm minnhom ġew approvati matul is-sena 2016?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2016 ġew riċevuti 9 Applikazzjonijiet għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg approvahom kollha.

Liċenzja għall-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Imjpjieg jew Negozju tal-Impjieg matul l-2017

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti Applikazzjoni għal-Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg u kemm minnhom ġew approvati matul is-sena 2017?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2017 ġew riċevuti 15-il Applikazzjoni għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg approva 8 minnhom.

Liċenzja għall-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Imjpjieg jew Negozju tal-Impjieg matul l-2018

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti Applikazzjoni għal-Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg u kemm minnhom ġew approvati matul is-sena 2018?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2018 ġew riċevuti 23 Applikazzjoni għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg approva 21 minnhom.

Liċenzja għall-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Imjpjieg jew Negozju tal-Impjieg matul l-2019

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti Applikazzjoni għal-Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg u kemm minnhom ġew approvati matul is-sena 2019?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2019 ġew riċevuti 16-il Applikazzjoni għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg approva 14 minnhom.

Applikazzjonijiet ta’ Talba għall-Awtorizzazzjoni għal Xogħol ta’ Minuri mad- Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti applikazzjonijiet ta’ Talba għall-Awtorizzazzjoni għal Xogħol ta’ Minuri mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg u kemm minn dawn ġew approvati sena b’sena mis-sena 2013 sas-sena 2019?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Tajjeb nirrimarka li l-akbar maġġoranża ta’ talbiet fuq is-suġġett konċernat ikunu għal dawn it-tip ta’ xogħlijiet :- atturi ġo produzzjonijiet tal-films, kaxxiera, segretarji, shop attendants u sales assistants.

Liċenzja għall-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Imjpjieg jew Negozju tal-Impjieg matul l-2009

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti Applikazzjoni għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg u kemm minnhom ġew approvati matul is-sena 2009?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2009 ġew riċevuti 9 Applikazzjonijiet għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg. Dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati kollha mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg.

Liċenzja għall-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Imjpjieg jew Negozju tal-Impjieg matul l-2010

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti Applikazzjoni għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg u kemm minnhom ġew approvati matul is-sena 2010?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2010 ġew riċevuti 10 Applikazzjonijiet għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg approva 9 minnhom.

Liċenzja għall-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Imjpjieg jew Negozju tal-Impjieg matul l-2011

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti Applikazzjoni għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg u kemm minnhom ġew approvati matul is-sena 2011?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2011 ġew riċevuti 6 Applikazzjonijiet għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg approvhom kollha.

Liċenzja għall-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Imjpjieg jew Negozju tal-Impjieg matul l-2012

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti Applikazzjoni għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg u kemm minnhom ġew approvati matul is-sena 2012?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2012 ġew riċevuti 5 Applikazzjonijiet għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg approvhom kollha.

Liċenzja għall-Amministrazzjoni tal-Aġenzija tal-Imjpjieg jew Negozju tal-Impjieg matul l-2013

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew riċevuti Applikazzjoni għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg u kemm minnhom ġew approvati matul is-sena 2013?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2013 ġew riċevuti 6 Applikazzjonijiet għal Liċenzja biex tiġi amministrata Aġenzija tal-Impjieg jew Negozju tal-Impjieg. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg approvhom kollha.

Taħriġ fil-Vjolenza Domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti l-proġett Full Cooperation – Zero Violence u x’taħriġ ingħata f’dak il-kors? Kemm kien hemm ġudikanti u pulizija li pparteċipaw f’dan it-taħriġ sabiex jgħinu lill-vittmi tal-vjolenza domestika?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-proġett Full Cooperation – Zero Violence kien jikkonsisti primarjament minn dawn l-inizjattivi:- · It-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn diversi aġenziji li huma involuti f’dan il-qasam; · Taħriġ għall-professjonisti li jaħdmu f’dan is-settur; · Holqien aktar ta’ kuxjenza dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika; · Studju mill-Università ta’ Malta ffukat fuq ostakoli li jaffaċjaw il-professjonisti meta jwasslu servizz lill-vittmi. Infurmat ukoll li l-proġett kien jikkonsisti fi 3 stadji ta’ taħriġ:- · L-ewwel stadju – Sar taħriġ dwar kif għandhom jiġu ddentifikati sinjali ta’ vjolenza kontra vittmi nisa u vjolenza abbażi tal-ġeneru. F’dan it-taħriġ ġiet enfasizzata l-importanza ta’ risk assessment u l-kooperazzjoni bejn diversi aġenziji sabiex jaħdmu flimkien sabiex jipproteġu lil vittmi. 33 ġudikant u 95 pulizija attendew għal dan it-taħriġ f’dan l-istadju; · It-tieni stadju – Sar taħriġ mill-Universita’ ta’ Malta dwar il-kumplessita ta’ kontroll u stalking . 28 ġudikant u 78 pulizija attendew għal dan it-taħriġ f’dan l-istadju; · It-tielet stadju – Saret ġurnata ta’ taħriġ għal min iħarreġ f’dan il-qasam. 19 -il pulizija attendew għal dan it-taħriġ f’dan l-istadju.

Konsultazzjoni pubblika li l-aktar li ġabret opinjonijiet dwarha fis-snin bejn l-2013 u l-2019

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienet il-konsultazzjoni pubblika li l-aktar li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha bejn is-snin 2013 u 2019?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aktar Konsultazzjoni Pubblika li ġew riċevuti opinjonijiet dwarha bejn is-snin 2013 u 2019 fuq il-portal www.konsultazzjoni.gov.mt kienet il-konsultazzjoni relatata mal-Arranġamenti tal-Ħin tas-Sajf.

‘Breaking the Cycle of Violence’ – għan ta’ programm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-għan tal-programm ‘Breaking the Cycle of Violence’?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Il-proġett Breaking the Cycle of Violence huwa proġett kofinanzjat mill-programm ta’ fondi tad-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza (REC) tal-Unjoni Ewropea u jibni fuq il-proġett Full Cooperation: Zero Violence, bil-għan li jikkumplimenta l-pjan ta’ Malta sabiex tiġi implimentata l-Konvenzjoni ta’ Istanbul. L-objettiv tal-proġett hu li tingħata l-għajnuna meħtieġa lil nisa vulnerabbli jew li huma aktar f’riskju li jsofru vjolenza ta’ kull forma – kemm dik psikoloġika, ekonomika, sesswali jew fiżika. Il-proġett għalhekk jinkorpora fih kampanja ta’ sensibilizzazzjoni u għarfien għal pubbliku ġenerali, programm edukattiv għat-tfal u żgħażagħ, żvilupp ta’ programm ta’ mentoring għal nisa vittmi, kif ukoll riċerka li kapaċi titfa’ dawl dwar tendenzi li joħorġu minn każijiet ta’ vjolenza domestika. Dan il-proġett għandu wkoll element ta’ sostenibbiltà u kapaċi jservi bħala bażi ta’ proġetti u miżuri oħrajn.

‘Breaking the Cycle of Violence’ – partners tal-programm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-partners tal-programm ‘Breaking the Cycle of Violence’?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li il-partners ta’ dan il-programm huma dawn li ġejjin :- - L-Assoċjazzjoni tal-Girl Guides f’Malta - L-Universita’ ta’ Malta - Il-Kummisjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità - Is-Servizz tal-Ġiżwiti mar-Refuġjati - Malta LGBTIQ Rights Movement - L-Aġenzija Appoġġ – Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali - L-Assoċjazzjoni tal-iScouts f’Malta - Il-Programm Sebħ – Dar Qalb ta’ Ġesù - Il-Kamra tal-Avukati - Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ

‘Breaking the Cycle of Violence’ — programm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu fir-rigward tal-programm ‘Breaking the Cycle of Violence’?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li ttieħdu dawn l-inizjattivi fir-rigward tal-programm konċernat :- · Organizzar ta’ sessjonijiet informattivi ma’ gruppi ta’ nisa li huma meqjusa bħala aktar suxxetibli għal vjolenza domestika · Organizzar ta’ sessjonijiet ta’ mentoring ma’ vittmi ta’ vjolenza domestika · Saru sessjonijiet informattivi ma’ ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti tar-riżorsi umani tal-Gvern sabiex tinħolog aktar kuxjenza dwar is-suġġett · Saret kampanja mmirata għall-pubbliku inġenerali fuq is-suġġett konċernat · Sar taħriġ speċifiku mmirat għall-mexxeja tal- Malta Girl Guides u l-Assoċjazjoni ta’ l- Iscouts.

Trade Unions reġistrati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jagħti elenku ta’ trade unions reġistrati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Employers’ Associations reġistrati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jagħti elenku ta’ Employers’ Associations reġistrati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.