Legislature:
Category:
Reset
Active:

Trade Malta – delegazzjonijiet kummerċjali — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’ħidma se ssir minn Trade Malta għas-sena li ġejja f’dak li jirrigwarda delegazzjonijiet kummerċjali?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li Trade Malta qed tħejji għal żjara fil-Ghana u l-Kosta tal-Avorju f’Marzu li ġej. L-Expression of Interest għal kumpaniji li jixtiequ juru l-interess li jieħdu sehem bħala parti mid-delegazzjoni f’din iż-żjara diġa ħarġet. Qed isiru wkoll tħejjijiet oħra għal delegazzjoni kummerċjali f’Kigali, l-Irwanda, waqt iċ-CHOGM f’Ġunju li ġej. Trade Malta qed tħejji wkoll numru ta’ żjarat kummerċjali oħra fl-Ilvant Nofsani għat-tieni nofs tas-sena 2020.

Trade Malta – servizzi lil kumpaniji u intrapriżi kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jindika lil kemm-il kumpanija u intrapriża kummerċjali Trade Malta tat servizz mill-bidu tas-sena sal-aħħar ta’ Ottubru 2019?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar sa Ottubru ta’ din is-sena, Trade Malta tat servizz lil aktar minn mitejn u ħamsin (250) kumpanija u intrapriża b’mod dirett f’dak li hu taħriġ, programmi ta’ esportazzjoni, żjarat kummerċjali u assistenza ta’ parteċipazzjoni għal fieri, fost oħrajn. Matul l-istess perjodu, tlett mija u tlieta u erbgħin (343) intrapriża rreġistraw fuq il-portal elettroniku ta’ Trade Malta sabiex jaċċessaw u jużaw is-servizzi tal-aġenzija saħansitra onlajn.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — nefqa fuq reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — credit cards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Ambaxxaturi ta’ pajjiżna — kredenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ambaxxaturi ta’ pajjiżna li kienu qed jistennew sabiex jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom sal-aħħar ta’ Ottubru 2019 u jista’ jindika liema huma?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Ottubru 2019 kien għad hemm erba (4) Ambaxxaturi jistennew sabiex jippreżentaw l-ittri tal-kredenzjali tagħhom. Dawn huma kif ġej: Ambaxxatur Frank Galea Argentina Ambaxxatur Frank Galea Ċili Ambaxxatriċi Mary Scicluna Maċedonja ta’ Fuq Ambaxxatur Paul Mifsud Oman Fil-każ tal-Ambaxxatur Paul Mifsud, dan diġà preżenta l-Copie d’Usage tiegħu lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Oman.

Ministri, Dinjitarji u Ambaxxaturi – viżti f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-Ministri, dinjitarji u ambaxxaturi varji li għamlu viżta f’pajjiżna tul din is-sena tal-aħħar ta’ Ottubru 2019?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li -Ministri, dinjitarji u ambaxxaturi varji li għamlu viżta f’pajjiżna tul din is-sena tal-aħħar ta’ Ottubru 2019 huma: Pajjiż Dinjitarju Data taż-żjara Libja L-E.T. Fayez al-Serraj, il-Prim Ministru tal-Libja 9 ta’ Jannar 2019 L-Olanda L-E.T. Stef Blok Ministru tal-Affarijiet Barranin ta’ l-Olanda 9-11 ta’ Jannar 2019 Iraq L-E.T. Ahmad Bamarni, Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Iraq akkreditat ghall-Malta 11 ta’ Jannar 2019 Alġerija L-E.T. Abdelkader Messahel, l-eks Ministru tal-Affarijijet Barranin tal-Alġerija 17 u 18 ta’ Jannar 2019 Unjoni għall-Mediterrean L-E.T. Nasser Kamel, Segretarju Ġenerali tal-Unjoni għall-Mediterrean 17 u 18 ta’ Jannar 2019 Franza L-E.T. Jean-Yves Le Drian, Ministru tal-Affarijijet Barranin ta’ Franza 17 u 18 ta’ Jannar 2019 Spanja L-E.T. Josep Borrell, Ministru tal-Affarijijet Barranin ta’ Spanja 17 u 18 ta’ Jannar 2019 Italia L-E.T. Enzo Moavero Milanesi, Ministru tal-Affarijijet Barranin tal-Italia 17 u 18 ta’ Jannar 2019 Portugal L-E.T. Augusto Santo Silva, Ministru tal-Affarijijet Barranin tal-Portugal 17 u 18 ta’ Jannar 2019 Tuneżija L-E.T. Beji Caid Essebi, l-eks President tat- Tuneżija 5 u 6 ta' Frar 2019 Germania Is-sinjura Sibylle Katharina Sorg (Assistent Diretur Generali u Representativ Speciali ghall- Relazzjonijiet mall-Membri tal-UE, Fruntieri u Koperazzjoni Regjonali) 19-20 ta’ Frar 2019 Slovakja Is-sinjura Lucia Marcišiaková (Assistent Kap ta’ Missjoni fl-Ambaxxata tas-Slovakja f’Ruma) 21-22 ta’ Frar 2019 Franza Is-sinjur Stéphane Lacroix, Assistent Professur tal-iskola tal-Affarijiet Internazjonali tax-Xjenza ta’ Parigi 22 ta’ Frar 2019 Każakistan L-E.T Sergey Nurtayev, Ambaxxatur tar- Repubblika tal-Każakistan akkreditat għall-Malta 28 ta’ Frar 2019 Iran L-E.T. Hamad Reza Bayat, Ambaxxatur tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran akkreditat ghall-Malta 28 ta’ Frar 2019 New Zealand L-E.T. Nigel Fyfe, Il-Kummissjarju Għoli ta’ New Zealand akkreditat ghall-Malta 28 ta’ Frar 2019 Germanja L-Honorevoli Christopher Ploss (Membru Parliamentari CDU) 6 ta’ Marzu 2019 Etjopja L-E.T. Zenebu Tadesse Woltesadik, Ambaxxatur tal-Etjopja akkreditata għall-Malta 8 ta’ Marzu 2019 Stati Uniti Ambaxxatur Philip T. Reeker, Assistent Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti għall-Ewropa u l-Ewrasja 11 ta’ Marzu 2019 Ġeorġja L-E.T. Konstantine Surguladze, Ambaxxatur tal- Ġeorġja akkreditat għall-Malta 14 ta’ Marzu 2019 Portugal L-E.T. Pedro Nuno De Abreu Emelo Bartolo, Ambaxxatur tal-Portugal akkreditat għall-Malta 14 ta’ Marzu 2019 Israel L-E.T. Eyal Sela, Ambaxxatur ta’ l-Israel akkreditat ghall-Malta 13 u 14 Marzu 2019 Ghana L-E.T. Nana Akufo-Addo, President tal-Ghana 25 u 26 ta’ Marzu 2018 Ażerbajġan L-E.T Mammad Ahmadzada, Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Ażerbajġan akkreditat għall-Malta 4 ta’ April 2019 OSCE Is-Sur Harlem Desir, Rappreżentant għal-Libertà tal-Midja tal-OSCE 15 ta’ Ottubru 2019 Organizzazzjoni internazzjonali għall-migrazzjoni Is-Sur Federico SODA, Kap tal-Missjoni, Ruma 17 ta’ April 2019 Kummissjoni Preparatorja għall-Organizzazzjoni Komprensiva tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni tat-Testijiet Nukleari (CTBTO) L-E.T. Dr Lassina Zerbo, Segretarju Eżekuttiv 8-10 ta’ Mejju 2019 Baħamas L-E.T. Ellison Edroy Greenslade, il-Kummissarju Għoli tal-Baħamas akkreditat ghall-Malta 9 ta’ Mejju 2019 Ir-Renju Unit Is-Sur Nick Bridge, Rappreżentant Speċjali għat-Tibdil fil-Klima 9 ta’ Mejju 2019 Commonwealth Secretariat Prof Prajapati Trivedi, Senior Director, 9 ta’ Mejju 2019 24 – 25 ta’ Ġunju 2019 Baħamas L-E.T. Ellison Edroy Greenslade, il-Kummissarju Għoli tal- Baħamas akkreditat ghall-Malta 22 ta’ Mejju 2019 Cijpru L-E.T. Minas A. Hadjimichael, Kummissarju Gholi ta’ Cijpru ghall-Malta 22 ta’ Mejju 2019 Slovakia L-Honerevoli Jan Richter, Ministru ta’ Xoghol 23 ta' Mejju 2019 Vietnam L-E.T. Nguyen Thu Bich, Ambaxxatur tal-Vietnam akkreditat ghall-Malta 23 ta' Mejju 2019 Libja L-E.T. Fayez al-Serraj, il-Prim Ministru tal-Libja 27 ta’ Mejju 2019 Ġappun L-E.T. Keiichi Katakami, Ambaxxatur tal-Ġappun akkreditat ghall-Malta 30 u 31 ta' Mejju 2019 Ċina Delegazzjoni Ċiniża mil-Konferenza Konsultattiva u Politika tal-Poplu Ċiniż (CPPCC) u delegazzjoni milll-Kumitat Ċentrali tal-Assoċjazzjoni Ċiniża għall-Promozzjoni tad-Demokrazija 2-5 ta' Ġunju 2019 Kroatzja L-E.T. Marija Pejèinoviæ Buriæ, anzjan Deputat Prim Ministru u Ministru Ta’ L-Affarijiet Barranin u taL-Ewropa 12 ta’ Ġunju 2019 Ċilì L-E.T. Sergio Romero, l-Ambaxxatur taċ-Ċilì akkreditat għall- Malta 19 ta’ Ġunju 2019 Tuvalu Hon. Enele Sosene Soopaga, Prim Ministru 24-27 ta’ Ġunju 2019 Ir-Repubblika Kooperattiva tal-Guyana Hon. Winston de Costa Jordan, Ministru ta’ Finanzi, 24-27 ta’ Ġunju 2019 Dominica L-E.T. Janet Charles, Aġent Kummissarju Għoli 24-27 ta’ Ġunju 2019 Grenada L-E.T. Lakisha Abba Grant, Kummissarju Għoli 24-27 ta’ Ġunju 2019 Tuvalu L-E.T.Aunese Makoi Simati, Kummissarju Għoli 24-27 ta’ Ġunju 2019 Botswana L-E.T. John Ndebele G. Seakgosing, Kummissarju Għoli 24-27 ta’ Ġunju 2019 Solomon Islands L-E.T. Eliam Tangirongo, Kummissarju Għoli 24-27 ta’ Ġunju 2019 Bangladesh Is-Sur Mohammad Shafiul Allam, Segretarju tal-Kabinett 24-27 ta’ Ġunju 2019 Tonga Is-Sur Etika Koka, Segretarju tal-Kabinett 24-27 ta’ Ġunju 2019 Kummissjoni Ewropea Is-Sur Gaspar Frontini, Direttur Ġenerali Koperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp 26 ta’ Ġunju 2019 Brażil L-E.T. Antonio de Aguiar, l-Ambaxxatur tal-Brażil akkreditat għall-Malta 12 ta’ Lulju 2019 Venezwela Is-Sinjur Felipe Z. Carles, Rappreżentant Speċjali ta’ l-E.T Juan Guaido, il-President tal-Assemblea Nazzjonali tal-Venezwela 15 ta’ Lulju 2019 Etjopja L-E.T. Zenebu Tadesse Woltesadik, Ambaxxatur tal-Etjopja akkreditata għall-Malta 23 ta’ Lulju 2019 Stati Uniti Marshall Billingslea, l-Assistent Segretarju għall-Finanzjament tat-Terroriżmu fid-Dipartiment tat-Teżor Amerikan, 30 ta’ Lulju 2019 Angola L-E.T. Florencio de Almeida, Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Angola akkreditat ghall-Malta 31 ta’ Lulju 2019 Ġnus Magħquda L-E.T. Peter Thomson, Mibgħut Speċjali tas- Segretarju Ġenerali għall-Oċean 2 ta’ Awwissu 2019 Commonwealth The Rt. Hon. Patricia Scotland, Segretarju Ġenerali 2 ta’ Awwissu 2019 Kummissjoni Ewropea L-E.T. Karmenu Vella, Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, Affarijiet Marittimi u Sajd 2 ta’ Awwissu 2019 BBNJ, Konferenza Intergovernattiva L-E.T. Rene Lee, President 2 ta’ Awwissu 2019 Norveġja L-E.T. Vidal Helgesen, Mibgħut Speċjali għall-Oċean 2 ta’ Awwissu 2019 Iżvezja L-E.T. Helen Agren, Ambaxxatur għall-Oċean 2 ta’ Awwissu 2019 Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) Assistent Direttur Ġenerali, Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura, 2 ta’ Awwissu 2019 Maritius L-E.T Jagdish D. Koonjul, Ambaxxatur u Rappreżentant Permanenti għall- Ġnus Magħquda 2 ta’ Awwissu 2019 Ġnus Magħquda L-E.T. Ghassan Salamé, Rappreżentant Speċjali tal-Ġnus Magħquda għal-Libja 21 ta’ Awwissu 2019 Fondazzjoni EU-LAC Paola Amadei, Direttur Eżekkutiv tal-Fondazzjoni EU-LAC 18 ta’ Settembru 2019 Etjopja L-E.T. Zenebu Tadesse Woltesadik, Ambaxxatur tal-Etjopja akkreditata ghall-Malta 30 ta’ Settembru 2019 Svizzera L-E.T. Rita Adam, Ambaxxatur ta’ l-Isvizzera akkreditata ghall-Malta 16 ta’ Ottobru’ 2019 Kanada Is-Sinjur Anna Kapellas, Kap tas-sezzjoni Affairijiet Politici u Ekonomici, Ms Cristina Faessler fil-Kummissjoni Għolja Kanadiża akkreditata ghall-Malta f’Ruma 16 ta’ Ottobru’ 2019 Awstrija L-E.T. Heinz Fisher (President Emeritus) 24 ta’ Ottubru 2019 Kolombja L-E.T. Gloria Isabel Ramirez Rios L-Ambaxxatriċi tal-Kolombja akkreditata ghall-Malta 30 ta’ Ottobru 2019 Malasja L-E.T. Westmoreland Edward Palon, l-Ambaxxatur tal-Malasja akkreditat ghall-Malta 31 ta' Ottubru 2019

Il-Ġappun — ambaxxata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se tiġi tiswa l-ambaxxata ta’ pajjiżna fil-Ġappun u kemm se jkun hemm persuni hemm impjegati?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li team tekniku għandu jitla l-Ġappun din il-ġimgħa biex jevalwa numru ta’ proprjetajiet li ġew identifikati mill-Ambaxxatur f’Tokjo. Huwa maħsub li l-bini tal-Ambaxxata tinkera, bil-kera tal-propretajiet identifikati tvarja bejn €4,000 u €6,400 fix-xahar. In-numru preċiż ta’ ħaddiema għandu jiġi stabbilit skont l-andament tax-xogħol.

Awstralja u Kanada – inizjattivi fuq ftehim dwar is-saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx meħudin xi passi jew inizjattivi sabiex il-ftehim li pajjiżna għandu mal-Awstralja dwar s-saħħa, jiġi wkoll reġistrat mal-Kanada?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninsab infurmat li fil-preżent m’hemmx diskussjonijiet mall-awtoritajiet Kanadiżi.

Lingwa Maltija – fondi għal pjattaforma diġitali għat-tagħlim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu u kemm ġew allokati fondi marbuta mal-hekk imsejjħa pjattaforma diġitali għat-tagħlim tal-lingwa Maltija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lil Ministeru kkonċernat.

Ambaxxaturi ta’ pajjiżna — agreement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lill-Kamra kemm kien hemm ambaxxaturi ta’ pajjiżna li kienu qed jistennew ’l hekk imsejħa agreement sal-aħħar ta’ Ottubru 2019 u jista jindika liema huma?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess sabiex jinħareġ l-agrément għal nomina ta’ Ambaxxatur ivarja min pajjiż għal ieħor. Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Ottubru 2019 il-Ministeru kien għadu jistenna l-agrément għal żewġ Ambaxxaturi. Mhux prudenti li jissemmew l-ismijiet tal-pajjiżi.

Reġistru ta’ Persuni Prominenti Maltin li jgħixu barra – persuni reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ġew reġistrati fir-Reġistru ta’ Persuni Prominenti Maltin li jgħixu barra minn Malta magħrufa taħt il-Formola P sena b’sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Formola ‘P’ daħlet fis-seħħ is-sena l-oħra wara li ġiet approvata mill-membri tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta fl-2017.Minn Novembru 2018 sal-lum, il-Ministeru rreġistra sitt (6) applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ persuni prominenti Maltin li jgħixu barra minn Malta.

Reġistru tal-Organizzazzjonijiet ta’ Maltin li jgħixu barra – organizzazzjonijiet reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm organizzazzjonijiet li ġew reġistrati fir-Reġistru tal-Organizzazzjonijiet ta’ Maltin li jgħixu barra minn Malta, magħrufa taħt il-Formola O sena b’sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Formola ‘O’ daħlet fis-seħħ is-sena l-oħra wara li ġiet approvata mill-membri tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra fl-2017.Minn Novembru 2018 sal-lum il-Ministeru rreġistra ħames (5) -il applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ Organizzazzjonijiet ta’ Maltin li Jgħixu Barra.

Containers bil-flus

Question

Peress li reċentement dehru żewġ containers allegatament mimlija b’flus indirizzati lejn il-Libja jista’ l-Ministru jgħid jekk dan huwiex minnu? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont hemm kontenut u jekk il-valuta kinitx valida? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx inkjesta maġisterjali maħtura? Jista’ jgħid jekk kienx hemm każijiet oħra f’dawn l-aħħar sentejn?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investigazzjonijiet fuq dan il-kaz għadhom għaddejjin u ghalhekk ma nħossx li jkun prudenti u fl-interess nazzjonali li jiena niżvela dettalji klassifikati u sensittivi. Madanakollu, m’għandi l-ebda oġġezzjoni li b’mod privat u kunfidenżjali, ninforma lill-Onor Interpellant dwar l-informazzjoni li jien konxju taghha u x-xogħol li qed isir fuq dan il-każ.

Inkjesta dwar id-diżinformazzjoni u fake news – korrispondenza

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha li ntbagħtet f'isem il-Gvern Malti mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament lid-Digital, Culture, Media and Sport Committee tal-House of Commons b'rabta mal-inkjesta dwar d-diżinformazzjoni u l-fake news?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali korrispondenza hi parti minn tweġiba inizjali li saret lill-House of Commons f’każ ta’ allegazzjonijiet kompletament infondati.It-tweġiba fl-intier tagħha saret mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin,mingħajr il-bżonn ta’ intervent minn terżi, u għaddiet skont il-mezzi normali tal-ħidma diplomatika.

Inkjesta mill-House of Commons dwar id-diżinformazzjoni u fake news

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza kollha li ntbagħtet mill-Kummissarju Għoli ta' Malta fir-Renju Unit lid-Digital, Culture, Media and Sport Committee tal-House of Commons b'rabta mal-inkjesta dwar id-diżinformazzjoni u l-fake news?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Delegazzjoni Maltija fi New York għas-Summit ta’ Azzjoni dwar il-Klima

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-kontribuzzjoni tad-delegazzjoni Maltija fi New York nhar it-23 ta’ Settembru fil-Ġnus Magħquda fis-Summit ta’ Azzjoni dwar il-Klima? Jista’ jgħid x’inhi r-raġuni li Malta ma tissemmiex fil-lista ta’ dawk il-64 pajjiż li ħadu sehem (kif jidher hawnhekk: https://www.un.org/en/climatechange/assets/pdf/CAS_Agenda.pdf )?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninformalill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall mistoqsija Parlamentari numru 11635.

Media Freedom Coalition — iffirmar ta' Global Pledge

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta f'isem il-Gvern Malti ser jiffirma l-Global pledge on media freedom li diġà ġiet iffirmata minn aktar minn 32 pajjiż li jiffurmaw parti mill-Media Freedom Coalition?

Response (ABELA, CARMELO)

L-iffirmar tal-Global Pledge on Media Freedom qiegħed jiġi kkunsidrat b’mod pożittiv.

Għajnuna mill-Gvern tal-Amerika f’investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fid-dawl tal-istqarrija maħruġa mill-Ambaxxata tal-Istati Uniti tal-Amerika f’Malta nhar l-Erbgħa 16 ta’ Ottubru 2019 u li kopja tagħha qiegħda tingħata separatament, il-Gvern Malti talabx jew hux beħsiebu jitlob l-għajnuna tal-Istati Uniti tal-Amerika fl-investigazzjoni dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia? Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti għamilx kuntatt mal-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u/jew mal-Ambaxxata tal-Istati Uniti tal-Amerika f’Malta wara l-imsemmija stqarrija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11562.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — servizz ta' kumpanija għal microtargeting

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu użatx is-servizzi tad-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal microtargeting mill-2013 sal-lum? Jekk iva, meta u għalxiex?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 s’issa il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ ma użax is-servizzi tal-kumpanija li qed jirreferi għaliha fil-mistoqsija parlamentari.