Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ d-Deputat Prim-Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2024?
Ambaxxaturi Residenti u mhux resident — Okkażżjoni tas-60 sena anniversarju tal-Indipendenza - Nefqa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21543, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jagħti rendikont dwar kemm ħareġ flus il-Ministeru għal kull attività organizzata fid-diversi Ambaxxati fl-Okkażjoni tas-60 sena anniversarju tal-Indipendenza, kemm inġabru fi sponsors għal kull waħda minn dawn l-attivitajiet, min kienu l-isponsors u kemm ħallas kull sponsor?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dwar kemm ħareġ flus il-Ministeru għal kull attività organizzata fid-diversi Ambaxxati fl-Okkażjoni tas-60 sena anniversarju tal-Indipendenza, kemm inġabru fi sponsors għal kull waħda minn dawn l-attivitajiet, min kienu l-isponsors u kemm ħallas kull sponsor. Kull missjoni tassumi responsabbiltà sħiħa mill-Kap tal-istess missjoni dwar l-isponsors miksuba.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid x’inhuma l-linji gwida li għandhom l-Ambaxxaturi Maltin sabiex jaċċettaw sponsors għal xi attività jew okkażjoni organizzata mill-Ambaxxata?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull Ambaxxata tiġi mitluba tibgħat programm tal-attivitajiet kollha li se tkun qed torganizza, li jinkludi rendikont tal-ispejjez involuti għal kull attivita’ u kif dawn se jiġu ffinanzjati. F’kaz li dawn l-attivitajiet se jiġu ffinanzjati kollha minn fondi pubbliċi, l-Ambaxxati jridu jikkonfermaw li għandhom fondi allokati bizzejjed. F’kaz li l-attivitajiet se jiġu ffinanzjati permezz ta’sponsors, l-Ambaxxati jridu jissottomettu rendikont tal-ispejjez u kif dawn se jiġu ffinanzjati minn sponsors u min huma dawn l-isponsors, għall-approvazzjoni tal-Ministeru. Kull missjoni tassumi responsabbilta' sħiħa mill-Kap tal-istess missjoni dwar l-isponsors miksuba.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding (MOU) iffirmat mal-Montenegro dwar Training Diplomatiku?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil l-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding (MOU) iffirmat mal-Montenegro dwar Training Diplomatiku.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Rapporti ta’ fastidju sesswali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan il-Ministeru u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-bidu ta’ din il-leġislatura sal-ġurnata tal-lum, kien hemm każ wieħed relatat. Il-Ministeru kien appunta Bord ta’ Investigazzjoni biex jinvestiga tali rapport. Wara li saru l-investigazzjonijiet meħtieġa, il-Bord ma’ sabx provi li setgħu jikkonfermaw dan.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Gifts reġister
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jwieġeb il-mistoqsija paramentari 21439 u jgħid jekk fil-Ministeru tiegħu jinżammx ‘gifts register’ li fih jinżamm rendikont ta’ rigali li jingħata l-Ministru u/jew uffiċjali fil-Ministeru tiegħu fi żjarat u laqgħat li jkollu l-Ministru u/jew uffiċjali tal-Ministeru ma’ terzi, kemm fil-pajjiż kif ukoll barra l-pajjiż? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm items imniżżla f’dan il-gift register sal-lum?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru jinżamm ‘gifts register’ li fih jinżamm rendikont tar-rigali li ningħata jien u /jew l-uffiċjali tal-Ministeru fi żjarat u laqgħat ma’ terzi kemm fil-pajjiż kif ukoll barra l-pajjiż. Dan il-‘gifts register’ fih 57 item sal-ġurnata tal-lum.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Konsulenti/Persons of trust
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux konsulenti jew persons of trust li jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? Jekk hemm, jista’ jgħid kemm huma mill-Unjoni Ewropea u kemm huma Third Country Nationals?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti / persons of trust jiġu impjegati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid kemm-il student ta’ ċittadinanza barranija nħarġitlu Visa biex jistudja f’istituzzjoni edukattiva f’Malta fl-aħħar għaxar snin? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiż ġew dawn l-istudenti u għal liema EQF Level ġew jistudjaw Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sat-30 ta’ Lulju 2024, fl-aħħar għaxar snin inħarġu 29,565 C Visas għall-istudenti li tippermetti l-benefiċjarju jidħol u jibqa’ Malta sa massimu ta’ 90 ġurnata minn 180 ġurnata; kif ukoll 34,006 D Visas għall-istudenti li tippermetti l-benefiċjarju jidħol u jibqa’ Malta għall-iktar minn 90 ġurnata.
Visas ħarġu lil studenti ta’ diversi nazzjonalitajiet hekk kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-istudenti konċernati ġew jistudjaw Malta għal diversi livelli tal-EQF; iżda l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ ma’ jżommx statistika relatata mal-livelli tal-EQF.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ d-Deputat Prim-Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2024?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Public Service Expo 2024 - Stands
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-istand tal-Ministeru tiegħu fil-Public Service Expo 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk minbarra l-istand tal-Ministeru tiegħu kienx hemm stands ta’ entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istand tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ fl-Expo 2024 ġiet tiswa €45,000.
F'din l-istand kien hemm diversi attivitajiet illi taw l-opportunità lill-poplu Malti u Għawdxi jifhem aktar il-ħidma tal-uffiċjali pubbliċi, fosthom: Esperjenza virtwali tas-swali tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Maqgħuda, kif ukoll tal-Parlament Ewropew; ingħataw diversi pariri għal vjaġġar sigur; vertical screens b’tagħrif dwar l-UNSC, l-OSCE, u l-20 sena ta' Malta fl-Unjoni Ewropea; videos mimlija informazzjoni utli; logħba diġitali għall-istudenti tas-Sekondarja b’mistoqsijiet misluta minn tagħrif ġenerali u l-ħajja diplomatika; informazzjoni sabiex wieħed ikun jista’ japplika għal diversi pożizzjonijiet mal-Ministeru; kif ukoll, kien hemm kuljum, esperti minn oqsma differenti fosthom anke l-entità Trade Malta, li tkellmu mal-pubbliku u wieġbu l-mistoqsijiet fuq temi topiċi u kurrenti fost oħrajn is-servizzi ta' TradeMalta u l-ħidma tal-Unit iddedikat għad-Diplomazija Kummerċjali, il-Klima, in-Newtralità, u aktar.
L-Expo tas-Servizz Pubbliku żaruha 55,000 persuna u kella t-tema "Ħiliet". L-istess attività serviet ta' tieqa għall-avvanzi li saru fl-amministrazzjoni pubblika f'dawn l-aħħar snin b'aċċenn fuq ir-riżorsi umani, it-teknoloġija u l-kwalità.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hu s-salarju tal-Ambaxxatur ta' Malta għall-International Maritime Organization (IMO)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-International Maritime Organization (IMO) qiegħed jirċievi onorarja annwali ta’ €5,000 billi hu Ambaxxatur mhux Residenti.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm jirċievi allowances u perkaċċi oħra l-Ambaxxatur ta' Malta għall-International Maritime Organization (IMO)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-International Maritime Organization (IMO) mhu qiegħed jirċievi l-ebda allowances u perkaċċi oħra.
Ambaxxaturi Residenti u mhux residenti — attivitajiet fl-okkazzjoni tas-60 sena Anniversarju mill-Indipendenza
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ jgħid liema kienu dawk l-Ambaxxaturi Residenti u mhux residenti li organizzaw xi attività fl-okkazzjoni tas-60 sena Anniversarju mill-Indipendenza? Jista' jgħid ukoll kif dawn l-attivitajiet ġew finanzjati, u kemm swiet kull waħda minn dawn l-attivitajiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ Ambaxxati li organizzaw attività fl-okkazzjoni tas-60 sena Anniversarju mill-Indipendenza, u li turi n-nefqa ta’ kull Ambaxxata. Dawn l-attivitajiet kienu ffinanzjati minn ammont ta’ flus li għaddilhom dan il-Ministeru, kif ukoll minn sponsorships li rċeviet kull Ambaxxata.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ - Impjegati u/jew konsulenti li huma f’Kunsill lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-impjegati u/jew konsulenti fis-Segretarjat Ministerjali tiegħu jew ta' kwalunkwe Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu, li huma Kunsilliera Lokali, Viċi Sindki jew Sindki? Jista' f'kull każ jgħid x'inhu l-impjieg u r-rwol tagħhom, x'kuntratt għandhom, u x'inhu s-salarju u l-perkaċċi marbutin miegħu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-Segretarjat (MFET) għandna persuna waħda li hija kunsilliera. Il-kuntratt tagħha huwa skont il-Manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fil-każ tal-konsulenti, m’hemm ħadd li huwa/hija f'xi Kunsill Lokali.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid liema huma l-binjiet barra minn Malta li jservu bħala ambaxxata ta’ Malta u huma proprjetà tal-Istat Malti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-binjiet imsemmija iservu bħala missjoni ta’ Malta barra l-pajjiż u huma proprjetà tal-Istat Malti:
Pajjiż
Meta nxtrat il-binja
Alġerija (Alġiers)
2015
Ġermanja (Berlin)
2000
Belġju (Brussel)
2004
Awstralja (Canberra) *
2000
Libja (Misurata) *
2014
Libja (Tripli) *
1969
Libja (Tripli)
2004
Ċina (Shanghai)
2015
Stati Uniti (Washington)
1967
Nazzjonijiet Uniti (New York) *
1971
Nazzjonijiet Uniti (New York)
2021
* Dawn il-binjiet bħalissa m'humiex qed jservu bħala missjoni attiva ta’ Malta, peress li jew jeħtieġu rinnovar, inkella hemm ħtieġa li jinsab użu ġdid għalihom.
Ambaxxati – Bini li mhux proprjetà ta’ Malta — Kera
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid liema huma l-binjiet barra minn Malta li jservu bħala ambaxxata ta’ Malta u li mhumiex proprjetà tal-Istat Malti? Jista’ jgħid ukoll kemm hija l-kera jew xi ħlas ieħor li jitħallas għal kull waħda minn dawn l-ambaxxati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba dwar il-missjonijiet ta’ Malta barra l-pajjiż, tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – persons of trust
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hemm persons of trust ingaġġati mal-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-inkarigu, is-salarju, il-perkaċċi u l-allowances ta' kull wieħed u waħda minn dawn il-persons of trust?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persons of trust jiġu impjegati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid preżentement kemm hemm ambaxxaturi tematiċi (Thematic Ambassadors) appuntati mill-Istat Malti? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport tal-ħidma li saret minn kull wieħed minn dawn l-ambaxxaturi tematiċi fis-snin 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm għaxar Ambaxxaturi Tematiċi kif ukoll żewġ Mibgħuta Specjali li huma uffiċċjali għolja li jaħdmu wkoll fuq kwistjonijiet tematiċi b’referenza għat-tema speċifika li jkopru. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport tal-ħidma li saret minn kull wieħed/waħda minnhom matul l-2023 u l-2024.