Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Defibrillators
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja tal-ministeru tiegħu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li fil-Ministeru hemm installat 22 defibrillator, 18 qegħdin ġo entitajiet, tlieta qegħdin ġo dipartimenti differenti u wieħed fil-Ministeru hekk kif mniżżel fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2025?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fil-Ministeru tiegħi, inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet, li fis-sena 2024 ġie rrapurtat każ wieħed biss ta’ fastidju sesswali, waqt li fl-2025 ma kienx hemm rapporti ta’ dan it-tip.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi rreġistrati mal-ministeru tiegħu u kemm hi l-ispiża annwali biex jinżammu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor interpellanta li n-numru ta' karozzi rreġistrati mal-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni huwa ta’ disgħa (9), li jinkludu l-vetturi tas-servizz pubbliku.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 6908.
Jista’ l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tal-persuni kollha li ngħataw warrant sabiex jipprattikaw bħala avukat f’Malta u f’Għawdex, matul is-sena 2025?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 35526.
Jista’ l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tal-persuni kollha li ngħataw warrant sabiex jipprattikaw bħala avukat f’Malta u f’Għawdex, matul is-sena 2024?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 35526.
Jista’ l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tal-persuni kollha li ngħataw warrant sabiex jipprattikaw bħala avukat f’Malta u f’Għawdex, matul is-sena 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 35526.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34188 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ ġudikanti li bħalissa qegħdin jinqdew bis-servizzi ta’ Court Attorney u kemm huwa n-numru ta’ ġudikanti li fil-preżent m’għandhomx Court Attorney assenjat magħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34189 u jagħti lista ta’ dawk il-persuni li bħalissa qegħdin jaqdu dmirijiethom fil-kariga ta’ Court Attorney fejn jindika wkoll ma’ liema ġudikanti jinsabu assenjati dawn il-Court Attorneys?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34190 u jgħid x’inhuma l-kriterji li fuqhom jintgħażlu, jinħatru, jiġu assenjati u jitneħħew mill-kariga l-Court Attorneys? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ impjieg ta’ Court Attorney?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-valur totali tal-assi jew fondi li kienu suġġetti għal konfiska jew freezing orders taħt dawn il-proċeduri ta’ ħasil ta’ flus?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta’ ħasil ta’ flus li ġew konklużi rriżultaw f’kundanna, kemm f’assoluzzjoni, u kemm f’sentenzi alternattivi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Money Laundering – Medja ta’ żmien biex proċedura tiġi konkluża
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-medja ta’ żmien biex proċedura kriminali ta’ ħasil ta’ flus tasal għal konklużjoni tagħha?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi it-tabella ta’ hawn taħt turi kemm hi l-medja ta’ żmien biex proċeduri kriminali ta’ ħasil ta’ flus tasal għal konklużjoni tagħha.
Sena
Medja ta’snin biex jiġi konkluż każ
2022
3
2023
4
2024
4
2025
3