Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bord tal-Kera – kawżi pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-Bord tal-Kera, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex u kemm ilhom pendenti sena b'sena

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li hemm 715-il kawża pendenti quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera f’Malta, Dawn ilhom pendenti kif huwa indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Filwaqt li fil-Qorti ta’ Għawdex hemm 24 kawża pendenti quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera. Dawn ilhom pendenti kif huwa indikat fit-tabella.

Aġenzija għas-Servizz tal-Qorti – impjegati għall-imħallfin u maġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti sabiex ikun hemm biżżejjed impjegati għall-imħallfin u l-maġistrati li ġew appuntati reċentement? Kemm żdiedu l-impjegati tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti fl-2021?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati qed tieħu il-passi neċessarji kollha sabiex l-Imħallfin u l-Maġistrati li ġew appuntati reċentament ikollhom ir-riżorsi umani neċessarji sabiex dawn jaqdu dmirijithom bl-aħjar mod possibli. Bħalissa għaddej il-proċess tal-ingaġġ sabiex dawn il-ġudikanti l-ġodda ikollhom l-impjegati li għandhom bżonn. Fl-istess ħin ninforma lill Onor. Interpellant li rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, fl-2021 l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati ingaġġat tletin (30) impjegat.

Aġenzija tal-Għajnuna Legali – lista ta’ ħlasijiet

Question

B'referenza għar-risposta li l-Ministru ta għall-mistoqsija parlamentari 18003 fis-seduta tad-19 ta' Jannar 2021, jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-ħlasijiet kollha illi wettqet l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali matul l-2020 u mhux biss il-ħlasijiet li saru lill-avukati? Jista' jagħti l-istess lista għall-ħlasijiet li saru s'issa matul din is-sena?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara għal liema tip ta’ ħlasijiet qed jirreferi. L-Onor. Interpellant jifhem li din it-tip ta’ informazzjoni tirrikjedi ħafna ħin u ri¿orsi sabiex tinġabar, għaldaqstant ir-riżorsi umani limitati li għandna jistgħu jintużaw aħjar.

Aġenzija għall-Għajnuna Legali – Avukat Kap u CEO

Question

B'referenza għar-risposta li l-Ministru ta għall-mistoqsija parlamentari 18002 fis-seduta tad-19 ta' Jannar 2021, jista' l-Ministru jgħid kif intgħażel l-avukat li qed jagħmel il-ġurijiet u ż-żewġ avukati tal-għajnuna legali li qed jagħmlu l-appelli? Jista' jindika jekk dawn l-avukati humiex qed jaqdu dmirijiet oħra fi ħdan l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali barra dawk indikati fir-risposta msemmija u jekk ir-rimunerazzjoni ndikata fl-istess mistoqsija hijiex addizzjonali għal dik normalment dovuta lilhom bħala avukati tal-għajnuna legali? Jista' jindika għala nħasset il-ħtieġa illi jinħatru żewġ avukati tal-għajnuna legali speċifikament għall-appelli meta sa ftit ilu r-rikors tal-appell kien dejjem ir-responsabilità tal-avukat tal-għajnuna legali li jkun assista lill-akkużat fil-prima istanza?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 18002, li l-avukati li temporanjament qed jagħmlu l-ġurijiet u l-appelli kriminali ntagħżlu minn fost l-avukati tal-għajnuna legali li huma fuq il-lista uffiċjali. Dawn it-tliet avukati għandhom kuntratti speċifiċi sabiex jagħmlu dan ix-xogħol addizzjonali hekk kif ddetaljat fit-tabella t'hawn taħt. Peress li l-avukati tal-għajnuna legali huma kollha b’kuntratt għas-servizz legali u jitħallsu remunerazzjoni għad-doveri tagħhom, inħasset il-ħtieġa li sabiex ix-xogħol isir aktar b’mod għaqli u professjonali, jinħatru żewġ avukati sabiex ilaħqu mad-domanda ta’ klijenti li jirreferu sabiex jappellaw mis-sentenzi tal-prima istanza. Minn April 2020 ġew assenjati madwar 94 appell kriminali bejnithom. Il-prassi minn dejjem kienet li l-appelli kriminali isiru mill-Avukat Kap u preżentament qed jagħmluhom dawn iż-żewġ avukati maħtura għal dan il-għan. Xogħol prinċipali tal-għajnuna legali Xogħol Addizzjonali Ħlas għax-xogħol addizzjonali fix-xahar Avukat fuq ir-roster tal-Qorti tal-Maġistrati u jiġi assenjat ukoll kawżi ċivili skont it-turn tar-Reġistratur tal-Qorti Ċivili. Ġurijiet, patteġjamenti, laqgħat mal-klijenti, kull kitba ta’ atti legali, rappreżentanza u sottomissijiet orali fil-Qorti. €1,000 Avukat fuq ir-roster tal-Qorti tal-Maġistrati u tiġi assenjata ukoll kawżi ċivili skont it-turn tar-Reġistratur tal-Qorti Ċivli. Appelli kriminali: laqgħat mal-klijenti, kitba tal-appelli u kitba t’atti legali kollha u rappreżentanza fil-Qorti w assistenza lill-avukat tal-għajnuna legali li jirrapreżenta klijenti fil-ġurijiet. €800 Avukat addett mal-Aġenzija tal-għajnuna legali li tara klijenti eleġibbli għas-servizz dwar it-test tal-meritu kemm f’kawżi ċivili w anke dawk kriminali; tagħmel riċerka dwar il-każijiet tal-klijenti skont il-ħtieġa u tippreżenta atti meħtieġa f’isem l-Aġenzija. Appelli kriminali: laqgħat mal-klijenti, kitba tal-appelli u kitba t’atti legali kollha u rappreżentanza fil-Qorti w assistenza lill-avukat tal-għajnuna legali li jirrapreżenta klijenti fil-ġurijiet. €800

Qorti tal-Maġistrati – ħlas lill-esperti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu l-esperti mqabbdin mill-Qorti tal-Maġistrati bħala qorti inkwirenti, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, sena b'sena, mill-2013 'l hawn?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

L-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-25 ta’ Mejju 2021 tinsab fit-tabella t'hawn taħt. Sena Esperti Lokali (€) Esperti Barranin (€) Total (€) 2013 1,377,949.00 47,498.00 1,425,447.00 2014 1,174,277.00 21,874.00 1,196,151.00 2015 1,282,404.00 37,895.00 1,320,299.00 2016 1,256,719.00 47,172.00 1,303,891.00 2017 1,672,450.00 780,310.00 2,452,760.00 2018 1,998,641.00 1,486,755.00 3,485,396.00 2019 2,064,171.00 5,773,025.00 7,837,196.00 2020 3,133,440.00 6,566,013.00 9,699,453.00 Sal-25 ta’Mejju 2021 1,588,586.00 1,829,882.00 3,418,468.00

Kap tal-Aġenzija tal-Għajnuna Legali

Question

Jista' l-Ministru jispjega għala għad m'hemmx Kap tal-Aġenzija tal-Għajnuna Legali, x'passi ttieħdu sabiex jilħaq kap f'din l-Aġenzija u meta ser issir din il-ħatra?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali ħarġet sejħa għal po¿izzjoni tal-Kap tal-Aġenzija, fejn ġie maħtur Bord tal-għażla u sar l-proċess tal-għażla. Madanakollu mill-applikanti li kien hemm ma kien hemm ħadd idoneu għal din il-pożizzjoni. Sadanittant iż-żewġ aspetti tal-Aġenzija baqaw jitmexxew. L-aspett legali jitmexxa mill-avukati tal-għajnuna legali fuq il-lista uffiċjali sabiex jagħmlu xogħol fuq it-turn tal-ġurnata fil-Qorti tal-Maġistrati u jiġu assenjati kawżi ċivili skont it-turn mir-Reġistratur skont il-liġi. Minn April 2020 ix-xogħol legali li qabel kien jiddireġih l-Avukat Kap ġie mqassam bejn tliet avukati tal-għajnuna legali fuq il-lista uffiċjali: avukat sabiex jagħmel il-ġurijiet u żewġ avukati sabiex jagħmlu l-appelli kriminali. Għal dan ix-xogħol jitħallsu rimunerazzjoni addizzjonali b’kuntratt speċifiku għal dan il-għan. L-aspett operattiv tal-Aġenzija kompla jiġi amministrat mill-persunal addett mal-Aġenzija u minn Lulju 2020 sar it-trasferiment tal-uffiċini b’binja aktar addattata. Apparti dan, il-persunal tal-Aġenzija kompla jagħti l-informazzjoni lil kull min jitlob l-assistenza, jagħmlu t-test tal-mezzi sabiex jiġi stabbilit minn huwa elliġibbli u xogħol amministrattiv ieħor minn jum għall-ieħor. Is-sena li għaddiet, matul l-eqqel żmien tal-pandemija l-Aġenzija xorta kompliet tagħti s-servizzi tagħha anke bir-restrizzjonijiet tas-saħħa pubblika. I¿jed minn hekk, sabiex is-servizz legali tal-Aġenzija jkompli jitjieb, matul l-aħħar sena saru diversi Memoranda of Understanding. L-ewwel MoU sar bejn l-FSWS, il-korp tal-Pulizija u l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali dwar il-koperazzjoni reċiproki sabiex jiġu assistiti vittmi ta’ vjolenza domestika. It-tieni MoU sar bejn l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali u l-Korp tal-Pulizija li bih sar ftehim dwar termini u kundizzjonijiet ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet dwar meta persuna tiġi akkużata u mressqa ‘l Qorti sabiex tkun assistita b’mod dinjituż u professjonali w jiġu salvagwardati d-drittijiet tagħhom.

Il-Qorti tal-Maġistrati – kumpliazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpilazzjonijiet pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bħala qorti istruttorja kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li quddiem il-Qorti tal-Maġistrati ta’ Malta, bħala Qorti Istruttorja hemm pendenti disa’ mija u sittax-il (916) kumpilazzjoni normali u mija u għaxra (110) kumpilazzjoni tad-droga. Filwaqt li quddiem il-Qorti tal-Magistrati ta’ Għawdex, bħala Qorti Istruttorja hemm disgħa u għoxrin (29) kumpilazzjoni pendenti.

Aġenzija tal-Għajnuna Legali — ħaddiema

Question

B'referenza għar-risposta li l-Ministru ta għall-mistoqsija parlamentari 18007 fis-seduta tal-20 ta' Jannar 2021, jista' l-Ministru jgħid xi grad għandhom l-erba' full-timers li hemm fl-Aġenzija tal-Għajnuna Legali, x'paga jgawdu u kif daħlu fis-Servizz Pubbliku?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-25 ta’ Mejju 2021. Ta min jinnota li minn meta ingħatat it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18007, l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali impjegat uffiċjal ieħor fil-pożizzjoni ta Manager (Legal Procurator) u għalhekk in-numru total ta’full timers tela’ għal ħamsa.

Avukati tal-Għajnuna Legali – għażla tat-tliet avukati

Question

B'referenza għar-risposta li l-Ministru ta għall-mistoqsija parlamentari 18003 fis-seduta tad-19 ta' Jannar 2021, jista' l-Ministru jgħid kif intgħażlu t-tliet avukati tal-għajnuna legali biex jassistu vittmi ta' vjolenza domestika? Jista' jgħid kif vittmi ta' vjolenza domestika residenti f'Għawdex, qed jiġu assistiti?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interrpellant li b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18003, it-tliet avukati tal-għajnuna legali sabiex jassistu lill-vittmi ta' vjolenza domestika ġew magħżula wara li nħarġet sejħa pubblika fl-aħħar t'Ottubru 2020 tramite il-Kamra tal-Avukati u fuq il-mezzi soċjali. Il-proċess sabiex jiġu assistiti vittmi tal-vjolenza domestika f'Għawdex huwa l-istess bħal dak li jingħata f'Malta fejn il-vittma tirreferi fl-għassa tal-pulizija jew iċċempel in-numru 179 u dawn jirreferuhom lill-Aġenzija tal-Għajnuna Legali sabiex jiġi assenjat avukat tal-għajnuna legali li jagħtihom il-pariri w jiddireġihom skont kif meħtieġa.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — persons of trust u positions of trust

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 20998.

Qorti Kriminali — patteġjamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' patteġjamenti approvati mill-Qorti Kriminali, sena b'sena mill-2015 sal-lum?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta ma tinżammx statistika dwar patteġjamenti approvati mill-Qorti Kriminali.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — Position of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jokkupaw Position of trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu? X’inhu l-valur annwali tal-kuntratt ta’ kull individwu? Meta bdew il-kuntratti tagħhom u meta jiskadu dawn il-kuntratti b’mod individwali?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Nies li ġew interdettjati minħabba mard

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20828 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġew interdettjati persuni f’dawn l-aħħar 10 snin minħabba mard?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar ir-raġuni għaliex ingħatat l-interdizzjoni mill-Qorti Ċivili (Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja) Malta u Għawdex, u mill-Qrati ta’ Gurisdizzjoni Kriminali, u lanqas dwar jekk tkunx inabilitazzjoni jew interdizzjoni. Għalhekk il-figuri li qed jingħataw fit-tabelli juru n-numru ta’ persuni kollha li ġew interdetti jew inabilitati mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-14 ta’ Mejju 2021 f’Malta. Qorti Ċivili Malta– Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja Qrati ta’ Ġurisdizzjoni Kriminali - Malta Qorti tal-Magistrati Għawdex – Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja Sena Persuni Interdetti/Inabilitati Persuni Interdetti Persuni Interdetti/Inabilitati 2011 46 26 5 2012 54 23 3 2013 53 7 5 2014 35 10 3 2015 54 11 7 2016 67 14 3 2017 72 4 5 2018 86 10 10 2019 95 9 5 2020 50 9 8 2021 sal-14 ta' Mejju 25 9 5

Qorti tal-Maġistrati – kumpilazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpilazzjonijiet pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bħala qorti istruttorja kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex li fihom għadu ma nħariġx l-att tal-akkuża u kemm ilhom pendenti, sena b'sena?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mhux kull kumpilazzjoni pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bħala qorti istruttorja twassal għall-ħrug ta’ Att tal-Akkuża peress li f’dawk il-ka¿ijiet fejn ir-reat iġorr piena ta’ anqas minn tnax-il sena jinħargu l-artikoli u mhux Att tal-Akkuża. L-Att tal-Akkuża jinħareg meta l-provi kollha jkunu inġabru mill-Qorti Istruttorja. Għal din ir-raġuni ma tin¿ammx statistika mill-Qorti tal-kumpilazzjonijiet pendenti li qed jistennew li jinħareg l-Att tal-Akkuża. Madanakollu l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali iżomm informazzjoni dwar kemm jinħargu Atti ta’ Akkuża, fejn mill-1 ta’ Jannar sat-12 ta’ Mejju 2021 inħarġu disa’ Atti ta’ Akkuża.

Faċilità ta’ Rkupru u Resiljenza – Pjan NextGenerationEU – użu mill-Fondi Ewropej

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Ministeru sabiex jagħmel użu mill-Fondi Ewropej tal-Faċilità ta' Rkupru u Resiljenza tal-pjan tan-NextGenerationEU?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-entitajiet fi ħdanu, u meta, li talbu l-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra xi trade union wara l-2017?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità fi ħdan il-Ministeru tiegħi ma talbet l-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra xi trade union wara l-2017.

Qrati – kawżi pendenti dwar allegat ksur tal-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kawżi pendenti quddiem il-qrati fir-rigward ta’ allegat ksur tal-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni? Jekk hemm, jista’ jipprovdi lista ta’ dawn il-kawżi?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li ma tinżammx informazzjoni dwar liema artikoli tal-Kostituzzjoni allegament ġew miksura.

Kawżi dwar allegat ksur tal-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni — deċiżjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-2017 s’issa jekk ġewx deċiżi xi kawżi dwar l-allegat ksur tal-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni? Jekk ġew deċiżi, jista’ jforni lista’ ta’ dawn il-kawżi u jgħid f’kull każ meta ġew deċiżi ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninsab infurmat li ma tinżammx informazzjoni dwar liema artikoli tal-Kostituzzjoni allegament ġew miksura.

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — impjieg, tender jew direct order lill-persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx xi impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 s’issa? Jekk iva, x’inhu l-irwol tagħha u kemm tħallset għal dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 sal-aħħar t’April 2021, l-ebda entita’ jew dipartiment li jagħmel parti mid-dekasteru tiegħi ma ta impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha ingħataw separatament.