Legislature:
Category:
Reset
Active:

Akkużi kriminali – Żgħażagħ bejn l-14 u t-18-il sena – Lokalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema lokalità huma ż-żgħażagħ ta’ bejn l-14 u t-18-il sena li ngħataw iktar minn sentenza waħda fuq akkużi kriminali matul il-perjodu ta’ bejn is-sena 2023 u s-sena 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Akkużi kriminali – Żgħażagħ bejn l-14 u t-18-il sena – Piena karċerarja, ordni ta’ probation u sentenza sospiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm miż-żgħażagħ ta’ bejn l-14 u t-18-il sena li ngħataw iktar minn sentenza waħda fuq akkużi kriminali matul il-perjodu ta’ bejn is-sena 2023 u s-sena 2025, ingħataw piena karċerarja, ordni ta’ probation u sentenza sospiża?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Akkużi kriminali – Żgħażagħ bejn l-14 u t-18-il sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iktar akkużi li nstabu ħatja fuqhom iż-żgħażagħ ta’ bejn l-14 u t-18-il sena u li ngħataw iktar minn sentenza waħda fuq akkużi kriminali matul il-perjodu ta’ bejn is-sena 2023 u s-sena 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Akkużi kriminali – Żgħażagħ bejn l-14 u t-18-il sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm miż-żgħażagħ ta’ bejn l-14 u t-18-il sena li ngħataw iktar minn sentenza waħda fuq akkużi kriminali matul il-perjodu ta’ bejn is-sena 2023 u s-sena 2025, kienu subien u kemm kienu bniet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Akkużi kriminali – Żgħażagħ bejn l-14 u t-18-il sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ bejn l-14 u t-18-il sena li ngħataw iktar minn sentenza waħda fuq akkużi kriminali matul il-perjodu ta’ bejn is-sena 2023 u s-sena 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Għawdex – Binja ġdida tal-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-binja l-ġdida tal-Qorti f’Għawdex hijiex se tinkludi parkeġġ apposta għall-ġudikatura, l-avukati, il-ħaddiema u l-pubbliku, u kemm se jkun hemm spazji għal dan il-għan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-binja l-ġdida tal-Qorti f’Għawdex hija ppjanata li tinkludi faċilitajiet ta’ parkeġġ. Madankollu, f’dan l-istadju tal-proġett, għadu prematur li tingħata informazzjoni aktar dettaljata dwar it-tqassim tal-ispazji ta’ parkeġġ u l-allokazzjoni tagħhom. Aktar dettalji dwar dan l-aspett ikunu jistgħu jingħataw iktar il-quddiem fl-implementazzjoni tal-proġett.

Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Każ ta’ individwu – Ħatriet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li sad-9 t'Ottubru 2026 l-individwu li ddettalji tiegħu inagħtaw separament ma kienx appuntat fuq kumitati jew bordijiet li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħi.

Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 2372.

Panic alarms attivati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ġie attivat panic alarm minn meta ġie introdott sal-aktar data riċenti u kemm minn dawn l-attivazzjonijiet wasslu għal intervent tal-Pulizija jew għal arrest?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ksur ta’ Protection Orders/Temporary Protection Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew akkużati u kemm ġew ikkundannati persuni fuq ksur ta’ Protection Order jew Temporary Protection Order mill-2015 sal-aktar data riċenti, maqsuma sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi lill-Ministru kkonċernat l-ewwel parti tal-mistoqsija, filwaqt li ninforma lill-Onor Interpellant li l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżomx statistika dwar it-tieni parti tal-mistoqsija.

Protection Orders u Temporary Protection Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu Protection Orders u Temporary Protection Orders separatament mill-2015 sal-aktar data riċenti, maqsuma sena b’sena, u jgħid x’inhi d-distinzjoni bejniethom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mis-sena 2015 ma tistax issir stante li l-istatistika bdiet tinżamm mis-sena 2020, għalhekk qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-2020 s’Awwissu 2026.

Qorti tal-Familja - Każi ta’ medjazzjoni magħluqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ medjazzjoni ngħalaq fil-Qorti tal-Familja mill-2015 sal-aktar data riċenti, maqsuma sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni miġbura sat-13 t’Ottubru 2026.

Qorti tal-Familja - Ftuħ ta’ każi ta’ medjazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm infetħu każi ta’ medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja mill-2015 sal-aktar data riċenti, maqsuma sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba sat-13 t’ Ottubru 2026.

Qorti tal-Familja - Kawżi relatati ma’ kustodja, aċċess u manteniment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati kawżi relatati ma’ kustodja, aċċess u manteniment fil-Qorti tal-Familja mill-2015 sal-aktar data riċenti, maqsuma sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba sat-13 t’Ottubru 2026.

Direttiva tal-UE 2023/1544 – Miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu s’issa biex tiġi implimentata d-Direttiva tal-UE 2023/1544 li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar id-deżinjazzjoni ta' stabbilimenti deżinjati u l-ħatra ta' rappreżentanti legali għall-fini ta' ġbir ta' evidenza elettronika fi proċedimenti kriminali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fir-rigward tad-Direttiva (UE) 2023/1544, li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar id-deżinjazzjoni ta' stabbilimenti deżinjati u l-ħatra ta' rappreżentanti legali għall-fini ta' ġbir ta' evidenza elettronika fi proċedimenti kriminali, sar ix-xogħol meħtieġ sabiex id-dispożizzjonijiet tagħha jiġu trasposti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. F’dan ir-rigward, ġie iffinalizzat l-abbozz tal-leġiżlazzjoni ta’ traspożizzjoni fuq livell tekniku. Bħalissa għaddejjin l-aħħar diskussjonijiet qabel ma tali leġiżlazzjoni tgħaddi għall-fażijiet li jmiss.