Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar – ħlas lil Infrastructure Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għaddha lil Infrastructure Malta bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u t-30 ta’ Mejju 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar – ħlas lill-Foundation for Tourism Zones Development

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għaddha lill-FTZD (Foundation for Tourism Zones Development) bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-30 ta’ Mejju 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar – ħlas lill-Cleaning and Maintenance Division

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għadda lill-Cleaning and Maintenance Division bejn l-1 ta’ Jannar 2018 u t-30 ta’ Mejju 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

PBS – bullettini tal-aħbarijiet tat-8:00pm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kienu intervistati fil-bullettini tal-Aħbarijiet tat-8.00 p.m. tal-Public Broadcasting Services mill-1 ta' Ottubru 2019 sas-Sibt 2 ta’ Novembru 2019: a. il-Prim Ministru, kull ministru u kull membru tal-Grupp Parlamentari Laburista; u b. il-Kap tal-Oppożizzjoni u kull membru tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet Parlamentari bin-numri 11871 u 11872.

PBS – programmi politiċi mxandra

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-programmi politiċi kollha li jixxandru mill-Public Broadcasting Services u jgħid min kien mistieden għal kull programm waqt ix-xahar ta’ Ottubru 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninfurma lill-Onor. Membru li l-programmi li spiss ikollhom kontenut politiċi huma Dissett, Xtra, Realtà u Xarabank u programm speċjali wara l-budget. Programm wara l-budget kienu mistiedna: Il-Ministru Edward Scicluna u Dr Mario Demarco F’Dissett il-politiċi mistiedna f’Ottubru kienu Julia Farrugia Portelli f’parti mill-programm fuq it-traffikar uman u l-prostituzzjoni Dr Adrian Delia programm sħiħ Dr Stefan Zrinzo Azzopardi u Onor Robert Cutajar Onor Clyde Puli u l-Ministru Evarist Bartolo F’Realta’ l-politiċi mistiedna kienu: Il-viċi Kap PN David Aguis u Seg. Parlamentari Aaron Farrugia Ministru Michael Farrugia – Deputat Ivan Bartolo F’XTra l-politiċi mistiedna kienu: Il-Ministru Edward Scicluna Seg. Parl. Anthony Agius Decelis – Onor Stephen Spiteri Onor Mario De Marco – Seg. Parl Silvio Schembri Onor Byron Camilleri - Onor Kristy Debono Ministru Jose Herrera – Onor Jason Azzopardi Ministru Michael Farrugia – Onor Beppe Fenech Adami F’Xarabank il-politiċi mistiedna kienu: Ministru Ian Borg Deputat Prim Ministru Chris Fearne u Viċi Kap PN David Agius

Sindki ta’ Kunsilli Lokali — intervisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm–il darba kien hemm intervisti ma’ sindki ta’ kunsilli lokali fl-aħbarijiet tal-Public Broadcasting Services f’Ottubru 2019? Jista' jgħid min kienu s-sindki li ġew intervistati f’kull okkażjoni? Jista' jgħid x’kienet it-tema ta’ kull intervista?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-prassi tal-istazzjon hija li l-intervisti jsiru skont il-valur tal-aħbarijiet kif kien fl-aħħar każ meta ġie intervistat is-sindku tal-Isla minħabba l-kontroversja li kienet għaddejja fil-lokalità tiegħu. L-istazzjon pubbliku ma jagħmilx distinzjoni bejn sindku u ieħor u fuq medda ta’ aktar minn xahar ser issib sindki Laburisti u Nazzjonalisti li ġew intervistati fuq proġetti fil-lokalitajiet tagħhom jew kwistjonijiet li jqumu minn żmien għal żmien.

MCCAA – Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) – klawsoli meqjusa inġusti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il każ u f’liema setturi ħa passi d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur) fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) biex jitwarrbu jew jinbidlu klawsoli meqjusa inġusti (unfair contract terms) fir-rigward tal-konsumatur skont il-Kap. 378 mill-2015 sal-lum sena b’sena? F’kull każ, fiex kienu jikkonsistu l-miżuri meħuda u x’kien l-eżitu?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn l-informazzjoni mitluba. - Żewġ interventi fl-2015, rispettivament fil-kamp tas-servizzi finanzjarji (bankarju) u tat-telekomunikazzjonijiet, li ġew risolti permezz ta’ konformità volontarja mad-dispożizzjonijiet legali relevanti mill-operaturi kkonċernati; - Żewġ interventi fl-2018, wieħed fil-kamp tat-telekomunikazzjonijiet, li ġie risolt ukolll permezz ta’ konformità volontarja da parti tal-operatur konċernat; filwaqt li l-każ l-ieħor għadu mhux magħluq; - Intervent fl-2019 fil-kamp tat-telekomunikazzjonijiet, risolt permezz ta’ konformità volontarja min-naha tal-operatur ikkonċernat.

MCCAA — Memorandum of Understanding

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11537, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet kemm lokali kif ukoll barranin, jekk hemm, li magħhom l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) tramite diversi Direttorati Ġenerali tagħha, għandha Memorandum of Understanding?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-MCCAA għandha Memomarandum of Understanding ma’ dawn l-entitajiet li ġejjin: National Accreditation Board ARPA (Agriculture and Rural Payments Agency) Department of Agriculture of Malta Water Services Corporation The Competition Authority of the Republic of Albania Building Regulation Office Cyprus Organization for Standardisation Malta Laboratories Network

Xagħra Għawdex – Triq tal-Masri — culvert

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9302 li ngħatat fit-28 ta’ Frar 2019, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex isiru culverts li jilqgħu l-ilma tax-xita fi Triq tal-Masri fix-Xagħra Għawdex? Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għadu ma nbedix ix-xogħol ta' culverts li jilqgħu l-ilma tax-xita u x-xogħol ta' asfaltar (resurfacing) fl-imsemmija triq?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra li x-xogħol ta' asfaltar ta' Triq Masri fix-Xagħra Għawdex, ser jibda wara li jintemm ix-xogħol ta' asfaltar fi Triq Gajdoru, liema xogħlijiet qed isiru mill-istess kuntrattur li rebaħ l-offerta pubblika u qed jiġu iffinanzjati mill-Ministeru għal Għawdex. Ninsab infurmat wkoll li x-xogħol kollu qed isir skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Perit kif approvati fil-laqgha tal-Kunsill Lokali.

Sit taċ-Ċirku tax-Xagħra — skavi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11620, jista' l-Ministru jgħid sadanittant x'miżuri qed jittieħdu biex is-sit magħruf bħala ċ-Ċirku tax-Xagħra jiġi mħares mis-serq, vandaliżmu u mit-telqa li jinsab fiha? u

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-sit huwa mdawwar b’reċint tal-ħadid u l-ambjent tiegħu hu mmoniterjat. Barra minn hekk, il-veġetazzjoni tiġi kkontrollata regolarment u ġie installat scaffolding sabiex jevita ħsarat f’każ ta’ xi ċaqlieq fil-blat.

LESA — audited accounts

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10696, 10802, 11786 u 11965 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tal-LESA għas-snin 2016, 2017 u 2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-audited accounts tal-LESA għas-snin msemmija għadhom qegħdin jiġu kkumpilati minn kumpanija ta’ awdituri privata u għandhom jiġu ffinalizzati fil-ġimgħat li ġejjin.

Kunsilli Lokali — allokazzjoni diretta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11805 u 11967 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allokazzjoni diretta li kull Gvern Lokali (Kunsill Lokali b'mod individwali) ħa bejn l-2014 u l-2019 u kemm fil-fatt se jkunu qed jieħdu matul is-sena 2020?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba għas-snin bejn l-2014 u l-2019 li tfisser #ieda ta' iktar minn tmien miljun Ewro. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allokazzjoni diretta għas-sena 2020 għadha qiegħda tinħadem. 201420152016201720182019 NoName of Council31m €32m €32.945m €35.5m €37m € 39m € 1Il-Belt Valletta 677,496700,223721,379822,931852,613892,189 2L- Imdina 181,861188,652194,404230,489238,338248,802 3Il- Birgu258,635267,532275,751319,457331,648347,902 4L-Isla 260,443269,296277,348288,300299,855315,263 5Bormla 415,016429,028442,400462,562481,957507,818 6Ħal-Qormi 1,000,7271,033,6511,065,4531,094,7151,141,2031,203,187 7Ħaż-Żebbuġ 717,717741,581764,722803,288837,286882,617 8Ħaż-Żabbar 770,890796,199820,532899,961938,102988,957 9Is-Siġġiewi 702,246725,932748,376759,219790,994833,361 10Iż-Żejtun740,247764,797788,283819,002853,674899,903 11Ir-Rabat (GĦ)486,710503,128518,614536,666559,237589,332 12Ħ’Attard575,640594,869613,108672,935701,775740,229 13Ħal-Balzan249,137257,557265,469277,092288,968304,802 14Birkirkara1,114,8221,150,6871,185,1511,283,0561,338,0441,411,361 15Birżebbuġa629,515650,387668,968708,091738,009777,900 16Ħad-Dingli299,309309,638319,507335,755350,144369,330 17Il-Fgura513,318530,109546,177594,484619,962653,932 18Il-Furjana322,418333,669344,018354,902369,683389,392 19Fontana130,561135,434139,896144,326150,511158,759 20Il-Gudja251,713260,460268,723275,270287,067302,797 21Gżira473,500489,157504,173530,376553,106583,414 22Għajnsielem296,567306,826316,156332,971347,241366,268 23L-Għarb204,454211,802218,594235,104245,180258,615 24Ħal-Għargħur216,129223,685230,830250,102260,821275,113 25L-Għasri157,805163,698169,181170,477177,784187,525 26Ħal-Għaxaq300,968311,170320,962339,867354,433373,854 27Il-Ħamrun582,912601,858619,897654,487682,107718,935 28L-Iklin219,720227,377234,704251,928262,725277,121 29Il-Kalkara232,371240,465247,680258,829269,494283,712 30Ta’ Kerċem236,901245,347253,463254,710265,626280,181 31Ħal-Kirkop184,098190,638196,848207,631216,530228,394 32Ħal-Lija230,936238,939246,507267,802278,851293,582 33Ħal-Luqa356,196368,386379,936409,699427,258450,669 34Il-Marsa471,379462,822468,637482,734502,995530,008 35Marsaskala692,059714,961734,325859,668896,511945,635 36Marsaxlokk325,488336,697345,314356,942370,883389,470 37Il-Mellieħa1,009,9871,044,2871,068,8411,084,6381,129,8031,190,024 38L-Mġarr391,753405,307417,142426,845445,138469,529 39Il-Mosta 1,001,0671,058,2341,099,3171,185,5241,236,3321,304,076 40L-Imqabba241,636249,990257,836270,039281,612297,043 41L-Imsida480,443496,540511,963569,269593,666626,196 42Il-Munxar209,292216,826223,061242,861253,270267,147 43In-Nadur407,041420,845433,812452,946471,929497,241 44In-Naxxar825,418852,796876,740958,003999,0611,053,804 45Paola622,656643,202663,012673,575701,636739,051 46Pembroke354,084366,390378,075415,842433,663457,426 47Pietà269,429278,534287,059289,655302,068318,620 48Il-Qala252,333261,211268,953298,557311,352328,412 49Il-Qrendi313,923324,887334,644355,823370,643390,405 50Ir-Rabat 959,183991,2661,022,4811,051,4731,096,1071,155,620 51Ħal-Safi 219,058226,814234,159245,461255,981270,007 52San Ġiljan616,364636,947655,101767,739800,642844,512 53San Ġwann658,107679,643700,287770,809803,844847,890 54San Lawrenz142,867148,218152,451162,967169,336177,829 55San Pawl il-Baħar1,233,8731,274,7381,311,1421,684,9061,757,1161,853,396 56Ta’ Sannat203,690210,933217,510223,442233,018245,786 57Santa Luċija295,939306,131315,815321,038334,797353,142 58Santa Venera372,256384,804396,761447,323466,494492,055 59Tas-Sliema952,386983,3171,011,3691,110,5931,158,1901,221,652 60Is-Swieqi533,909555,620573,028655,932684,043721,525 61Ta’ Xbiex194,700201,628208,135220,852229,889241,938 62Ħal-Tarxien447,619462,498476,762516,246538,370567,870 63Ix-Xagħra (G)484,476476,661481,394496,434517,710546,077 64Ix-Xewkija313,645324,412334,501341,731356,377375,904 65Ix-Xgħajra163,713169,663174,826203,675212,404224,043 66Iż-Żebbuġ (G)405,346419,382430,884498,755520,130548,630 67Iż-Żurrieq709,770709,245722,924761,927794,581838,120 68L-Imtarfa234,132242,374250,109254,075264,963279,482 Total31,000,00032,000,00032,945,58035,504,78337,004,78039,004,781

Kunsilli Lokali — Skemi ta' Fondi Speċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11806 u 11968 u jindika liema kienu l-Iskemi ta' Fondi Speċjali għall-kunsilli lokali li ġew imnedija fis-snin 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019? Kemm kien l-ammont fi flus ta' kull skema f'kull sena indikata u kemm mill-iskemi indikati tħallsu lill-kunsilli lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Inizjattiva Internazzjonali — conventant of mayors - għajnuna tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11808 u 11969 u jgħid kemm u fiex kienet tikkonsisti l-għajnuna tal-Gvern bejn l-2014 u l-2019 lil kull Gvern Lokali (kunsill lokali) firmatarju fl-inizjattiva Internazzjonali msejħa Covenant of Mayors?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull Kunsill Lokali firmatarju tal-inizjattiva Covenant of Mayors intrabat li l-istess kunsill b’mod volontarju jieħu inizjattivi biex iżid l-effiċjenza fl-użu tar-riżorżi kif wkoll jadotta miżuri favur sorsi ta’ enerġija rinovabbli. Il-Kunsilli Lokali firmatarji setgħu jagħmlu użu minn diversi sorsi ta’ finanzjament għal dan il-għan, fosthom mill-iskemi ta’ finanzjament maħruġa mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali. Ta’ min isemmi li għas-sena 2020 fost it-temi li se jkunu qed jixprunaw skemi ġodda hemm dik dwar il-Protezzjoni u l-Konservazzjoni tal-Ambjent.

Qorti tal-Maġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: a. Kemm hu n-numru ta’ maġistrati maħtura fil-Qorti tal-Maġistrati?; b. Kemm huma l-maġistrati assenjati biex jisimgħu kawżi kriminali u kemm huma assenjati beix jisimgħu kawżi ċivili?; c. Hemm maġistrati li jisimgħu kawżi kriminali u kawżi ċivili?; d. Kemm infetħu inkjesti maġisterjali mis-sena 2010 sa din is-sena, kemm ġew magħluqa u kemm hemm pendenti skont is-sena li nfetħu?; e. Kemm ġew ippreżentati kawżi tad-distretti tal-pulizija skont is-seduti tad-distretti li jinstemgħu mill-Qorti tal-Maġistrati?; f. Kemm infetħu kawżi ċivili fil-kompetenza tal-Qorti tal-Maġistrati mis-sena 2010 sa din is-sena?; g. Kemm ġew deċiżi minn dawn il-kawżi?; h. Kemm hemm sentenzi li tlesta s-smigħ tagħhom u huma differiti għas-sentenza u kemm ilhom differeti għas-sentenza?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — credit cards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom credit card jew simili, maħruġa lilhom mill-Gvern ta’ Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont minfuq fuq kull credit card fl-2018 u fl-2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li fid-dekasteru tiegħi m’hemm l-ebda uffiċċjal li għandu credit card maħruġa lilu mill-Gvern ta’ Malta.

TVM – aħbarijiet tat-8:00pm – minuti dedikati lill-Gvern u lill-Oppożizzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il minuta ġiet iddedikata għall-servizzi tal-Gvern u tal-Partit Laburista waqt l-aħbarijiet tat-8.00pm fuq TVM matul ix-xahar ta’ Ottubru 2019? Jista’ jgħid kemm-il-minuta ġiet iddedikata għall-servizzi tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista waqt l-aħbarijiet tat-8.00pm fuq TVM matul ix-xahar ta’ Ottubru 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-istatistika li talab ma tinżammx. Il-bulletin tal-aħbarijiet ma jkollhomx biss kontenut governattiv jew mill-partiti politiċi. Madankollu l-kriterju ewlieni ma jitkejjilx bil-minuti imma bil-valur tal-aħbar skont il-fehma tal-Editur. Infurmat ukoll li ċ-Ċentru tal-Aħbarijiet wieġeb għal kull sejħa għall-attivitajiet tal-PN u jagħti ukoll ħin indaqs ta’ madwar żewġ minuti fir-rappurtaġġ tal-attivitajiet politiċi li jsiru s-Sibt u l-Ħadd mill-Kap tal-Oppożizzjoni u mill-Prim Ministru rispettivament.

Sound on tapes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-SOT (voice clip – Sound on Tape) ta’ Ministri, Segretarji Parlamentari, Deputati Laburisti u Chairman ta’ entitajiet u awtoritajiet tal-Gvern kien hemm matul l-aħbarijiet tat-8.00pm matul ix-xahar ta’ Ottubru 2019? Jista’ jgħid kemm-il SOT (voice clip – Sound on tape) ta’ Deputati Nazzjonalisti kien hemm matul l-aħbarijiet tat-8.00pm matul ix-xahar ta’ Ottubru 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-istatistika li talab ma tinżammx. Madankollu l-istazzjon pubbliku jara li iwettaq l-obbligu tiegħu b’imparzjalita u bilanċ dovut waqt li jibqa gwidat mill-prinċipju tal-valur tal-aħbar. Eżempju ta’ dan ninfurmak li f’Ottubru, fl-aħbarijiet tat-8pm ixxandret konferenza tal-aħbarijiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni wara diskors tal-budget b’durata ta’ 25 minuti skorruti. Fost oħrajn kien hemm ukoll erba’ SOTS tal-Kap tal-Oppozizzjoni wara li ha sehem waħdu fil-programm Dissett ta’ kważi siegħa. Fl-aħbarijiet ittieħdu ukoll SOTS tas-Sur Clyde Puli mill-programm Dissett.

Atti tal-Parlament – emendi ta’ liġi

Question

Ladarba Att tal-Parlament jiġi approvat u daħal fis-seħħ fejn l-imsemmi att ikun qed jemenda liġi viġenti, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu ż-żmien prefiss biex l-emendi kif approvati fl-att, jiġu riflessi fil-verżjoni konsolidata tal-liġi inkwistjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Membru li ż-żmien li jittieħed biex isir l-aġġornament tas-sit elettroniku tal-Liġijiet ta’ Malta wara li emenda tidħol fis-seħħ m’ huwiex wieħed prefiss u jvarja xi ftit skont il-kwantità ta’ emendi li jkunu jridu jiddaħħlu. Iż-żmien jiddependi mill-ammont ta’ xogħol involut biex jigi aġġornat is-sit li jvarja ħafna bejn liġi u oħra. Ġieli tkun emenda semplici u ġieli tkun liġi li tinvolvi kwantita’ kbira (anke mijiet) ta’ emendi lil ħafna liġijiet liema emendi jkunu jridu jmorru online f’ daqqa. Fl -1 ta’ Novembru 2019 is-sit elettroniku huwa aġġjornat sal-15 ta’ Ottubru 2019.