Legislature:
Category:
Reset
Active:

Baġit 2026 - Miżuri li għadhom ma ġewx implimentati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2166 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid liema miżuri mħabbra fil-Baġit 2026 għadhom ma ġewx implimentati u jipprovdi l-istadju ta’ implimentazzjoni ta’ kull waħda minnhom?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Każ ta’ individwu – Ħatriet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?

Response (FARRUGIA, OMAR)

L-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Impjegati – Persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità impjegati fid-dekasteru tiegħu?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 1043

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Awditur Ġenerali – Rakkomandazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rakkomandazzjonijiet mill-Awditur Ġenerali jew minn awtoritajiet regolatorji li ġew implimentati mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-aħħar ħames snin?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru W421

Aġenzija Żgħażagħ – Sponsorships – Sena 2026

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sponsorships ingħataw/ser jingħataw mill-Aġenzija Żgħażagħ matul l-2026? Jista’ jgħid ukoll lil liema organizzazzjonijiet tat/ser tagħti sponsorships din l-istess aġenzija u kemm hu l-valur f'kull każ? Jista’ jgħid ukoll kif tali organizzazzjonijiet jistgħu japplikaw għall-isponsorships, liema huma l-organizzazzjonijiet li fil-fatt gawdew/ser igawdu minn dawn l-isponsorships fil-perjodu ndikat, u kemm kienu l-fondi li ngħataw/ser jingħataw f'kull każ?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul din is-sena, inkluż sal-ġurnata li fiha qed tiġi imwieġba din id-domanda parlamentari, il-Ministeru għaż-Żgħażagħ, Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali  u Aġenzija Żgħażagħ ma taw l-ebda sponsorship lil organizzazzjonijiet.

Aġenzija Żgħażagħ – Sponsorships – Sena 2025

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sponsorships ingħataw mill-Aġenzija Żgħażagħ matul l-2025? Jista’ jgħid ukoll lil liema organizzazzjonijiet tat sponsorships din l-istess aġenzija u kemm hu l-valur f'kull każ? Jista’ jgħid ukoll kif tali organizzazzjonijiet jistgħu japplikaw għall-isponsorships, liema huma l-organizzazzjonijiet li fil-fatt gawdew minn dawn l-isponsorships fil-perjodu ndikat, u kemm kienu l-fondi li ngħataw f'kull każ?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena 2025, il-Ministeru għaż-Żgħażagħ, Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali  u Aġenzija Żgħażagħ ma taw l-ebda sponsorship lil organizzazzjonijiet.

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Lista ta’ konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-snin 2025 u 2026 il-Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali u l-entitajiet fi ħdanu ma kellux kuntratti ta’ konsulenzi relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet.

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2026?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2026?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2026?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Użu tal-Intelliġenza Artifiċjali – Linji gwida/politika adottata

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 726

Studenti u l-edukaturi - Miżuri għas-sħana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema miżuri qed jittieħdu biex jiġu mħarsa l-istudenti u l-edukaturi mill-effetti tas-sħana eċċessiva matul ix-xhur tas-sajf, b’mod partikolari fl-iskejjel li għad m’għandhomx sistemi ta’ arja kkundizzjonata?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Nitlob lil Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu, u jekk iva, jelenkahom u jindika kif qed jitkejlu?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 704

Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ – Reviżjoni

Question

B’referenza għad-dokument tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ, li ġie ppubblikat fl-2021, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan id-dokument li kellha ssir fl-2025/26, “biex tiżgura li tibqa’ rilevanti għall-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ”, għadhiex ippjanata li ssir u jekk iva, meta se tiġi ppubblikata?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lil Onor. Interpellanta li l-proċess tal-mid term review ser jitwettaq hekk kif mitlub mill-istess Politika Nazzjonali għaż-Żgħażagħ

Ħal Qormi – Triq il-Kbira – Akkwist tal-proprjetà u l-ġnien tat-Tabib Maempel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux lest jevalwa l-possibbiltà li jakkwista l-proprjetà storika magħrufa bħala tat-Tabib Maempel fi Triq il-Kbira, f'Ħal Qormi, inkluż il-ġnien storiku tagħha, sabiex din tiġi restawrata u mħarsa għall-ġid komuni?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Nitlob lil Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2026?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.

Assistenza fuq Servizzi Diġitali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mill-iskema tal-€500 għall-ġenituri ta’ studenti tal-Year 10 u l-Year 11 biex jintefqu fuq servizzi diġitali? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm minnhom li għamlu użu minn din l-iskema?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Health and Safety Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tiegħu u jekk le, għaliex?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi m’hemmx defibrillators fil-binjiet tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali