Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Contracts for Service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal Contracts for Service li kull entità fi ħdanu ħarġet kull sena, mill-2017 sal-lum? Jista’ jelenkahom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 23071, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fl-uffiċċju li jappoġġja l-ħidma tal-Gozo Regional Council, il-grad tagħhom u l-ħinijiet ta' ftuħ tal-istess uffiċċju?
Response (ABELA, CARMELO)
M’għandi xejn x’inżid mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 23071, ħlief li l-istaff tal-MCESD jagħti kull appoġġ meħtieġ.
MCESD – diskussjoni dwar il-Leġiżlazzjoni tal-Kannabis
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern iddiskutiex fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) il-leġislazzjoni l-ġdida dwar il-kannabis u jekk il-Gvern ippreżentax is-Socio Impact Assessment lill-imsieħba soċjali li kien intrabat li jwettaq?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat, li fuq talba ta’ xi sħab soċjali, ċ-Chairperson tal-MCESD tella dan is-suġġett għad-diskussjoni darbtejn. Infakkar li d-diskussjoni fuq din it-tema fuq livell nazzjonali tmexxiet minn Ministeru ieħor u allura mistoqsijiet ulterjuri għandhom jiġu riferuti lil dak il-Ministeru.
PBS – informazzjoni dwar individwi li jitressqu l-qorti
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Kamra tal-Aħbarijiet tal-PBS dwar jekk jissemmewx fl-aħbarijiet l-individwi li jitressqu l-qorti ? Jista' l-Ministru jispjega għala fl-aħbarijiet tat-22 ta' Novembru 2021, kien hemm fejn l-akkużat ġie msemmi u fejn ma ssemmiex, minkejja li ma kienx hemm divjett tal-pubblikazzjoni?
Response (ABELA, CARMELO)
Filwaqt li, bħal f’kull kamra tal-aħbarijiet oħra, l-editur huwa responsabbli għad-deċiżjonijiet dwar bulettin tal-aħbarijiet, jista’ l-Onorevoli interpellant jikkonferma jekk hux qed jirreferi għall-istess każ li meta rrapportat fuq mezzi ta’ Net News ma kienx hemm l-isem tal-persuna lanqas?
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Contracts of Service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanu ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16364, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta sat-30 ta’ Ottubru 2021 u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?
Response (ABELA, CARMELO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 16364.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20152, jista’ l-Ministru issa jgħid jekk Jobsplus għandhiex rapporti li food couriers barranin impjegati ma’ ditti imsemmija f’dik l-interpellanza jaħdmu medja ta’ 70 jew 80 siegħa kull ġimgħa, peress li fit-tweġiba tiegħu kien qalli li l-informazzjoni tingħata wara diskussjonijiet mal-operaturi kollha fis-settur?
Response (ABELA, CARMELO)
Kif suppost li jaf l-Onor. Interpellant, din il-materja hija responsabbiltá tad-DIER. Nirreferik ukoll għall-mistoqsija numru 23285.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20153, jista’ l-Ministru issa jgħid jekk Jobsplus għandhiex rapporti li food couriers barranin impjegati ma’ ditti imsemmija f’dik l-interpellanza ma jieħdux vacation u sick leave u bonus tal-Gvern minn min iħaddimhom, peress li fit-tweġiba tiegħu kien qalli li l-informazzjoni tingħata wara diskussjonijiet mal-operaturi kollha fis-settur?
Response (ABELA, CARMELO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija numru 23286.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20151, jista’ l-Ministru issa jgħid x’inhi l-paga medja ta’ impjegat ta’ food delivery platform li kien hemm imsemmi f’dik l-interpellanza, peress li fit-tweġiba tiegħu kien qalli li l-informazzjoni tingħata wara diskussjonijiet mal-operaturi kollha fis-settur?
Response (ABELA, CARMELO)
L-istħarriġ u l-ħidma mall-operaturi għadha għaddejja iżda d-Dipartiment mhux neċessarjament ħa jkollu l-informazzjoni dwar il-paga medja totali tal-ħaddiema kollha f’dan is-settur minħabba li hemm diversi kumpaniji li joffru dan is-servizz u diversi fatturi li jaffettwaw l-paga tal- Courier.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat f’din il-leġiżlatura għall-mistoqsija parlamentari 15874. Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni ulterjuri.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – Permanent Secretary – covering letter għal position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-covering letter maħruġa mill-Permanent Secretary għal kull position of trust fil-Ministeru tiegħu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tagħrif mitlub kif estratt mill-Manwal applikabbli, li diġà jinsab pubbliku.
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għala ngħalaq l-uffiċju u tneħħew l-uffiċjali li kienu qed jgħinu l-Gozo Regional Committee fil-ħidma tiegħu? Jistax il-Ministru jikkunsidra li jerġa’ jinfetaħ dan l-uffiċċju sabiex il-proċess ta' djalogu soċjali f'Għawdex jissaħħaħ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. interpellant li minn Jannar 2020 ‘l hawn ma ngħalaq l-ebda uffiċċju li qed jagħmel referenza għalih.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa rikorrenti vvutati għal pagi ta' persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fl-Aġenzija Servizzi Ewropej f'Malta u x'inhu l-grad tagħhom? Kien hemm xi żieda fin-numru tal-impjegati minn mindu twaqfet din l-Aġenzija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Ottubru 2021, l-Aġenzija timpjega 15-il ħaddiem. L-Aġenzija għandha l-istruttura tagħha bba¿ata fuq Gradi, minn Grad 1 sa Grad 9. F’Marzu 2021, meta l-MEUSAC saret SEM, il-ħaddiema kollha li kienu impjegati fis-snin ta’ qabel ġew awtomatikament ħaddiema ta’ SEM. Mit-twaqqif tal-Aġenzija SEM (Marzu 2021), kien hemm ¿ieda ta’ persuna waħda fi grad 9 fil-po¿izzjoni ta’ messaġġier/xufier/receptionist.
Aġenziji Servizzi Ewropej — ħtiġijiet u għaqdiet Għawdxin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif l-Aġenzija Servizzi Ewropej f'Malta tindirizza l-ħtiġijiet tal-Għawdxin u għaqdiet Għawdxin, għandhiex uffiċju f'Għawdex, jekk fl-affermattiv, kemm hemm impjegati f'dan l-uffiċju u jekk fin-negattiv, hemmx pjanijiet li jinfetaħ uffiċju ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-Aġenzija tagħti informazzjoni liċ-ċittadini kemm Maltin kif ukoll Għawdxin dwar l-Unjoni Ewropea. Tagħti l-assistenza neċessarja wkoll lill-kunsilli lokali u organizzazzjonijiet mhux governattivi fit-tfassil ta’ proġetti għall-fondi Ewropej u issa qed tagħti wkoll assistenza lill-istess organizzazzjonijiet biex jimplimentaw proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea. Dan is-servizz jingħata mingħajr ħlas. L-Aġenzija tagħti din l-assistenza lil kull min jitlobha, ħafna drabi b’mod virtwali, għall-konvenjenza ta’ dawk li jeħtiġuha, kemm Maltin u kemm Għawdxin.
Barra minn hekk, bħala parti mill-ħidma tal-Aġenzija, isiru bosta laqgħat individwali ma’ individwi jew organizzazzjonijiet Għawdxin dwar dak kollu li għandu x’jaqsam mal-Unjoni Ewropea. Isiru wkoll attivitajiet biex titwassal iktar informazzjoni dwar proposti ta’ leġiżlazzjoni jew programmi ta’ fondi Ewropej.
SEM għandha uffiċċju f’Għawdex li jinsab fl-NGO Centre, ix-Xewkija. Kulħadd jista’ jżur dan l-uffiċċju li huwa miftuħ kuljum mit-07:45 sas-14:15. Bħalissa hemm impjegata waħda f’dan l-uffiċċju.
Jista' l-Ministru jelenka l-attivitajiet li ġew organizzati mis-Servizzi Ewropej f'Malta in preparazzjoni għat-tieni laqgħa plenarja tal-Konferenza fuq il-Futur tal-Ewropa li saret fi Strasbourg fit-23 ta' Ottubru 2020, kif ġew ippubbliċizzati dawn l-attivitajiet u xi pjanijiet hemm għall-aktar parteċipazzjoni pubblika in konnessjoni mal-istess konferenza fix-xhur li ġejjin?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’rabta mal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, l-Aġenzija SEM organizzat diversi attivitajiet u laqgħat biex tixpruna d-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa, tiġbor ideat minnhom skont is-suġġett inkwistjoni u ttellagħhom f’rapporti fuq il-pjattaforma diġitali multilingwi tal-Konferenza. Barra minn hekk, sa minn Mejju li għadda, SEM ippromwoviet il-pjattaforma b’diversi mezzi tal-komunikazzjoni, inkluż dawk stampati, mezzi tax-xandir u l-midja soċjali.
F’Settembru u Ottubru, SEM organizzat tliet laqgħat pubbliċi onlajn bit-tema, ‘L-Ewropa li nixtieq’. F’dawn il-laqgħat ġew diskussi temi li se jikkontribwixxu għat-tfassil tal-futur tal-Unjoni Ewropea fis-snin li ġejjin fosthom is-saħħa, il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri Ewropej u, il-futur tax-xogħol u l-ġustizzja soċjali.
Dawn il-laqgħat kienu intiżi biex ċittadini minn kull qasam tal-ħajja jagħtu l-opinjoni, jaqsmu l-ħsibijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom dwar kif jixtiequ li jkun il-futur tal-Unjoni Eworopea f’dawn l-oqsma. Il-laqgħat saru b’mod ibridu u kienu jikkonsistu f’panels imdaqqsa ta’ diskussjoni minn ġewwa ċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, Esplora, kif ukoll saret waħda f’Għawdex. Kienet imħeġġa wkoll il-parteċipazzjoni wiesgħa tal-pubbliku kemm permezz ta’ inviti li ntbagħtu lil firxa wiesgħa ta’ nies u emm b’reklamar fuq il-midja soċjali. Il-laqgħat setgħu jkunu segwiti wkoll live fuq il-paġni tal-midja soċjali tal-Aġenzija. Aktar dettalji dwar il-konklużjonijiet u l-punti li tqajmu waqt id-diskussjonijiet li saru, jinsabu fil-website sem.gov.mt fis-sezzjoni events, jew inkella fuq il-pjattaforma diġitali tal-Konferenza. SEM qed ittella’ rapporti dwar dak li jkun ħareġ mid-diskussjonijiet fuq il-pjattaforma tal-Konferenza sabiex ikun hemm iktar informazzjoni dwar l-attivitajiet li saru.
Apparti dawn il-laqgħat, sar ukoll eżerċizzju interessanti mill-uffiċjali ta’ SEM matul Skolasajf fejn ħadu r-reazzjonijiet tat-tfal li ħadu sehem f’26 sessjoni għal madwar 260 tifel u tifla f’Malta u Għawdex. It-tfal urew li huma jridu jgħixu f’soċjetà li tirrispetta lil kulħadd, inkluż l-ambjent. Saru wkoll attivitajiet ma’ studenti, inkluż dawk universitarji.
Fuq it-tema tal-edukazzjoni, saru ħames laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ diversi stakeholders sabiex ikun hemm diskussjoni dwar il-futur tal-edukazzjoni fl-Unjoni Ewropea.
SEM użat il-media soċjali, is-sit elettroniku tagħha, kif ukoll il-mezzi tax-xandir fosthom permezz ta’ riklami qosra fuq l-istazzjonijiet tar-radju l-aktar segwiti, sabiex ikun hemm iktar għarfien dwar il-Konferenza u biex iħeġġu aktar nies jagħtu l-ideat tagħhom fil-pjattaforma diġitali.
Fil-ġimgħat li ġejjin, SEM se tkompli tippromwovi l-Konferenza permezz ta’ aktar laqgħat mal-pubbliku, biex tilħaq nies li mhux soltu jitkellmu u jsemmgħu leħinhom dwar l-Ewropa.
Aġenzija Servizzi Ewropej — użu ta' lingwa Maltija
Question
Jista' l-Ministru jara li s-sit tal-aġenzija Servizzi Ewropej f'Malta jkollu aktar kontenut bil-lingwa Maltija għax fil-preżent hu kważi għal kollox bl-Ingliż?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li SEM se tkompli tiżgura li tipprovdi informazzjoni b’mod kostanti fejn tidħol informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea kif ukoll opportunitajiet ta’ fondi Ewropej. Wieħed irid jifhem li ħafna minn din l-informazzjoni tkun bl-Ingliż. Madankollu, il-website ta’ SEM tinkludi artikli li jkunu ġew pubblikati bil-Malti u diversi rapporti ta’ attivitajiet li jkunu saru bil-lingwa Maltija. SEM tipprovdi ħafna informazzjoni oħra bil-Malti, inkluż laqgħat ta’ informazzjoni u materji oħra fosthom pubblikazzjonijiet għat-tfal bil-Malti. L-Aġenzija se tkompli taħdem biex twassal informazzjoni fattwali u fil-ħin dwar l-Unjoni Ewropea, inkluż bil-Malti.