Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar — tenders għal toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar ħarġu t-tenders għalihom u għal liema toroq mistennija li joħorġu t-tenders matul l-ewwel tliet xhur tal-2010?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Feasibility study u Environment Impact Assessments

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12482 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-feasibility study u l-Environmental Impact Assessment li għamlet l-ECORYS BV dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr, Għawdex biex jintużaw bħala cruise berths? Jista’ jgħid jekk l-Environmental Impact Assessment tlestiex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Flus fuq ir-riforma tat-trasport pubbliku f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12598 u jgħid kemm intnefqu u tħallsu flus s’issa din is-sena għar-riforma tat-trasport pubbliku f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm flus maħsuba għall-istess riforma għall-2010? Taħt liema Item of Expenditure huma mdaħħla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12875, 12557, 12275, 11925 u 11461 u jgħid x'xogħol sar fl-aħħar 12-il xahar relatat ma' a) Triq Valletta fiż-Żurrieq? b) Triq il-Kunsill tal-Ewropa u Triq Garibaldi f'Ħal-Luqa? ċ) Parti sostanzjali minn Triq il-Kosta f'Baħar iċ-Ċagħaq? d) Underpass minn Triq Diċembru 13 sa ħdejn il-Waterfront tal-Belt? e) Triq mill-għolja tal-Għadira saċ-Ċirkewwa? f) It-tkomplija ta' Triq Mġarr minn ħdejn il-heliport sar-Rabat, f'Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qawra/Buġibba — bus terminus ġdid

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-applikazzjoni li saret referenza għaliha fir-risposti għal mistoqsijiet parlamentari preċedenti dwar it-terminus tal-Qawra/Buġibba, fil-fatt tikkonċernax it-terminus eżistenti jew is-sit fejn kien indikat li fih isir it-terminus?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-terminus eżistenti huwa l-istess terminus fejn ser isir l-upgrading tat-terminus.

Construction wastes

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 12677 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm qed jitħallas il-kuntrattur involut u min huwa? Kemm ġie dumped construction waste fil-baħar fl-istess perjodu? Jista' jikkonferma jekk fil-kaz tal-proġett ta’ Smart City dan il-construction waste qed jiġi dumped fl-offshore dumping zone?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-ewwel żewġ mistoqsijiet tiegħu lill-Ministru konċernat. Dwar l-aħħar mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett li qed jirreferi għalih huwa wiehed privat.

Luqa — Gate Street, Anton Falzon Street u Pietru Saliba Street - ilma fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jordna li jittieħdu l-passi neċessarji biex l-ilma li jgħaddi minn Gate Street Luqa, speċjalment minħabba li l-parti t'isfel tal-istess triq tisbokka f'Anton Falzon Street kif ukoll Pietru Saliba Street, jibqa' għaddej liberalment u ma jispiċċax fil-basement tar-residenti? Dan qed jiġri minħabba li x-xogħol infrastrutturali li kellu jsir għadu ma tlestiex. Ta' min jinnota li dawn it-toroq jilqgħu ilma minn toroq oħra li huma aktar 'il fuq minnhom u ghalhekk l-inkonvenjent huwa akbar.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — Chief Officers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12679 u 12266 u jgħid kemm huwa l-massimu li tista' titla' l-performance bonus taċ-Chief Officers kollha tal-Korporazzjoni Enemalta? Kif u minn min tiġi assessjata? X’inhuma l-pagi taċ-Chief Human Resources Officer u taċ-Chief Technical Officer? X’inhuma l-performance agreements u t-targets li dawn iċ-Chief Officers mistennija jilħqu? Xi kwalifiki għandhom il-persuni li kollha jokkupaw il-karigi ta’ Chief Officers? Kif intgħażlet il-Public Relations Officer il-ġdida tal-korporazzjoni? Inżammet il-prassi tal-imgħoddi li jkun hemm ukoll call for applications interna? Il-persuna magħżula għandha kwalifiki fil-marketing u jew communications kif kien mitlub fil-call for applications esterna? Jekk iva, x’inhuma? Xi rwol għandu fil-Ministeru tiegħu l-Policy Manager, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fir-rigward tal-operat dirett tal-Eenemalta? Kemm ikollu say fid-deċiżjonijiet amministrattivi li jittieħdu fil-korporazzjoni nnifisha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-performance bonus taċ-Chief Officers kollha tal-Korporazzjoni Enemalta jista' ilaħħaq sa massimu ta’ 15% tal-paga. L-Enemalta għandha Performance Management Review li permezz tagħha il-Korporazzjoni tagħmel evalwazzjoni oġġettiva fuq il-ħaddiema li għandhom performance bonus , fosthom iċ- Chief Officers . L-assessjar tal- performance management taċ- Chief Officers issir miċ- Chief Executive Officer u dik taċ- Chief Executive Officer issir miċ- Chairman . Il- Performance Management Review taħdem billi issir evalwazzjoni regolari matul is-sena fuq bażi ta’ one-to-one fuq objettivi li jiġu assenjati individwalment miċ- Chief Executive Officer fil-bidu tas-sena. Din l-evalwazzjoni tiġi konkluza fl-aħħar tas-sena. Il-paga taċ- Chief Human Resources Officer u taċ- Chief Technical Officer hija ta’ €41,930 fis-sena. Il- Marketing and Public Relations Officer il-ġdida tal-Korporazzjoni intgħażlet wara li saru numru ta’ interviews ma’ persuni li applikaw għal dan il-post, wara sejħa li saret u li kienet miftuħa għall-impjegati ta' l-Enemalta. Il- call for applications esterna kienet titlob li l-applikanti għandhom ikollhom degree fil-komunikazzjoni jew f’qasam relatat. Il-persuna li intagħżlet tikkwalifika għal dawn il-kriterji li ġew mitluba. Il- Policy Manager li qed jirreferi għalieħ l-Onor. Interpellant hu uffiċjal fil-Ministeru tiegħi, liema Ministeru huwa responsabbli mill-Korporazzjoni Enemalta u ma' għandu ebda rwol amministrattiv fil-Korporazzjoni.

informazzjoni dwar żweġijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar fl-aħħar sentejn kemm ġew ċelebrati żweġijiet reliġjużi klassifikati skont ir-riti reliġjużi differenti (nisrani, hindu, musulman eċċ.)? Fl-istess perjodu kemm kien hemm mixed marriages, jiġifieri fejn parti jkollha twemmin partikolari u parti oħra jkollha twemmin differenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pompi tal-Fuel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12806 u jgħid kemm huwa n-numru ta' pompi tal-fuel reġistrati f'Malta u f'Għawdex separatament fil-mument? Kemm minn dawn huma konformi mar-regoli/direttivi abbażi ta' dan il-ġeneru tal-Unjoni Ewropea?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Smart meters

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12780 u jgħid kemm ġew stallati smart meters s'issa? X’inhu t-timeframe biex jiġu stallati ma' Malta kollha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s’issa ġew istallati madwar 6000 SMART meters (5858) u huwa ppjanat li jiġu stallati 240,000 meters sal-aħħar tal-2012.

Grand Harbour Regeneration Corporation — rwol tal-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-Grand Harbour Regeneration Corporation? Jista' jgħid x'inhu r-rwol ta' kull impjegat u kemm hu s-salarju tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hemm ħames (5) impjegati fil-GHRC. Ir-rwol u s-salarju tagħhom hu hekk: 1. 1 CEO - €60,000 2. 1 CFO - €60,000 3. 2 Project Leaders - €22,500 4. 1 Clerk - €10,500

Grand Harbour Regeneration Corporation — dokument tat-twaqqif

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument tat-twaqqif tal-Grand Harbour Regeneration Corporation?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Grand Harbour Regeneration Corporation hija kumpanija reġistrata taħt il-Companies Act 1995.

Awtorità dwar it-Trasport — emissjonijet u dħaħen

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12845 u 12340 u jgħid kemm tneħħew vetturi mit-triq wara li ġew rapportati minħabba l-emissjonijiet/dħaħen mhux permessibbli taħt l-iskema ta' l-emissions alert ta' l-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-liġi ma tagħtix il-poter lill-Awtorità tat-Trasport li tneħħi minn fuq it-triq vetturi minħabba l-kontravenzjoni li qed jirreferi għalieh l-Onor. Interpellant. Il-liġi dwar l-emmissjonijiet hi infurzata b'konformità mal-provediment rilevanti tal-liġi.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — kanen mitluqin barra fuq bankina fi Triq il-Ferrovija Qadima - Birkirkara

Question

Jista’ l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12464 u jgħid għaliex madwar tmienja jew disa' kanen kbar tal-ilma, preżumibbilment tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ilhom mitluqa barra mill-bidu tar-rebbiegħa ta’ din is-sena, fuq il-bankina kantuniera ta’ Triq il-Ferrovija l-Qadima ma’ Triq Vittorio Cassar Birkirkara? Jista' jgħid kemm tiswa kull kanna tat-tip imħollija fejn qed jintqal?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proġett in kwistjoni mhux tal-WSC u għalhekk l-Onor. Interpellant huwa mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.