Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kont tad-dawl u l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament li tgħix id-dar u l-kont tad-dawl u l-ilma ġieha esaġerat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Kont tal-ilma

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20285, jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mill-ispezzjoni li għamlu l-ħaddiema lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jigħataw separatament għaliex minkejja li ġew jispezzjonaw, ma kellux ir-risposta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li saret spezzjoni fuq il-post tas-sid u rriżulta li l-leakage ta’ l-ilma li kien hemm, kien ġie rranġat mill-konsumatur. Il-każ tressaq quddiem il-bord għall-konsiderazzjoni tiegħu.

Reconstruction of part of Xlendi Road

Question

B’referenza għat-tweġiba li ta għall-mistoqsija parlamentari 20345 fejn qal li ma jistax ipoġġi kopja tal-kuntratt għall-bini ta’ parti mit-triq tax-Xlendi fuq il-Mejda tal-Kamra peress li hemm bżonn tal-awtorizzazzjoni tal-parti l-oħra firmatarja tal-kuntratt, jista’ l-Ministru jipprova jġib din l-awtorizzazzjoni meħtieġa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi in vista tat-talba tiegħu d-Dipartiment tal-Kuntratti se jitlob għall-kunsens tal-kuntrattur sabiex kopja tal-kuntratt titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — self u depożiti fil-banek

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u s-self mill-banek f’Għawdex fl-aħħar ta’ Marzu 2010, fl-aħħar ta’ Ġunju 2010 u fl-aħħar ta’ Settembru 2010? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożitu u ta’ self rispettivament fl-istess dati? Jista’ jagħti tagħrif dwar is-self maqsum f’home loans, overdrafts u self ieħor?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Intrapriżi f'Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm intrapriżi f’Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mis-sena 2000 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Settembru ta' din is-sena, li kienu jħaddmu minn 250 ħaddiem ‘il fuq?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

nefqa attwali kapitali f’Għawdex mill-Fond Konsolidat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19884 u 20553 u jgħid kemm kienet in-nefqa attwali kapitali f’Għawdex mill-Fond Konsolidat u jgħid ukoll din in-nefqa kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa kapitali kollha nazzjonali kull sena mill-istess Fond mill-2007 sal-2009 u din is-sena sa Ottubru? Jista' jagħti din l-informazzjoni skont il-programm baġitarju tal-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Talbiet għal devoluzzjoni ta' proprjetà li ġew rifjutati

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20024, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il talba saret minn kunsilli lokali għad-devoluzzjoni ta' proprjetà u din ġiet rifjutata matul l-aħħar sena sal-aħħar ta' Settembru 2010? Liema u fejn kienu dawn it-talbiet li ġew rifjutati? Kemm-il talba għad-devoluzzjoni ta' proprjetà minn kunsilli lokali għadha pendenti? Minn liema kunsilli saru dawn it-talbiet li għadhom pendenti, u meta saru t-talbiet?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21200.

Tigne Point u Manuel Island — reallocation u exportation

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20634, 20272 u 19618 u jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern ħallas għar-reallocation u l-exportation biex Tigne Point u Manuel Island jingħataw b'vacant possession lill-MIDI Consortium?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont totali li l-Gvern ħallas għar-reallocation biex Tigne Point u Manuel Island jingħataw b'vacant possession lill-MIDI Consortium kien ta €4,284,300. Ma tħallas ebda ammont għall-espropju peress li l-art kienet tal-gvern.

inħawi tal-gondolier Tarxien — riħa ta' gass

Question

Jista' l-Ministru jara minn fejn ġejja u jekk jistax isib rimedju għar-riħa kbira ta' gass li qed ikun hemm fl-inħawi tal-Gondolier, Tarxien?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21278.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 3

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20859 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 3 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 4

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20860 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 4 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 6

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20862 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 6 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 7

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20863 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 7 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Strateġija għall-industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 5

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20861 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 5 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 11

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20868 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 11 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

WSC — San Pawl il-Baħar - Triq it-Tamar u Triq Port Ruman - servizzi

Question

Jista' l-Ministru, permess tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, jieħu l-passi neċessarji biex dawk il-partijiet ta' Triq il-Tamar u Triq Port Ruman, San Pawl il-Baħar, li għad m'għandhomx servizzi permanenti, dawn l-istess servizzi jiġu mqegħda kemm jista' jkun malajr? Skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni, liema huma t-toroq (jew partijiet minnhom) f'San Pawl il-Baħar li għad m'għandhomx servizzi permanenti tal-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqija Parlamentari 21224. Rigward it-tieni parti, ftit għad baqa’ mains tal-ilma temporanji f’San Pawl il-Baħar. Ma tagħmel l-ebda differenza għall-provista tal-ilma għall-konsumatur jekk dawn il- mains ikunux temporanji jew permanenti. Dawn il- mains temporanji jinbidlu f’ mains permanenti meta jew ikun se jsir il-wiċċ tat-triq ( reinstatement ), jew jibdew jikkawżaw xi problemi fil-provista. Bħalissa f’San Pawl il-Baħar għad hemm biss żewġ konsumaturi li għad m’għandhomx provista tal-ilma minħabba li m’hemmx main tal-ilma. Wieħed jinsab proprju ġo Triq Port Ruman u l-ieħor fi Triq it-Tamar.

San Pawl il-Baħar — kantuniera ta' Triq ix-Xitwa - ilma ħiereġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'seta' wassal biex fil-kantuniera ta' Triq ix-Xitwa ma' Islet Promenade San Pawl il-Baħar għal numru ta' jiem kien hemm l-ilma ħiereġ u li l-ħsara li kien hemm donnu li ma segħtetx tissewwa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-fatt irriżultaw żewġ ħsarat fi żmien ftit ġranet fl-istess lokalita’, iżda f’żewġ postijiet differenti. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rċeviet l-ewwel rapport dwar l-ewwel ħsara nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru u din issewwiet dakinhar stess (service connection). Wara dan l-inċident, inqalgħet ħsara oħra (service connection ta’ bini ieħor) il-Ħadd 7 ta’ Novembru li l-korporazzjoni ħadet ħsieb ukoll li twaqqaf l-ilma ħiereġ dakinhar stess.

Enemalta — Xogħlijiet fejn l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex kemm jista' jkun malajr il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tagħti l-clearance tagħha biex ix-xogħol li hemm imfassal bejn l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu u l-Kunsilli Lokali ta' San Pawl il-Baħar bejn l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar u l-Menqa jkun jista' jinbena kemm jista' jkun malajr biex imbagħad ikun tlesta qabel l-istaġun tas-sajf 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma tat l-clearance tagħha fil-11 ta’ Novembru, 2010.

Naxxar – Sgħajtar – Konvenji tal-Plots

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21053 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20214, jaf il-Ministru li hemm każijiet fejn il-proprjetarji għandhom bżonn ibiegħu l-proprjetà tagħhom (u fil-fatt sabu xerrej) u minħabba din is-sitwazzjoni ma jistgħux ibiegħu, liema sitwazzjoni qed toħolqilhom problemi kbar? Jista' jsib soluzzjoni, fis-sens li l-gvern, f’każijiet bħal dawn, jidħol garanti fil-kuntratt, favur ix-xerrej, biex almenu dawn l-individwi ikunu jistgħu ibiegħu l-proprjetà tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Kummissjoni Ewropea — EU economic governance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20768 u jgħid x’inhi r-reazzjoni preliminari tal-Gvern Malti dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għall-EU economic governance?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi b’mod ġenerali u mingħajr preġudizzju, il-Gvern Malti jaqbel mal-għan prinċipali tal-proposta tal-Kummissjoni b'rabta mat-tisħiħ tal-immaniġġjar ekonomiku. Iżda, l-pożizzjoni speċifika u dettaljata tal-gvern dwar il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea f’dan il-qasam għandha tingħadda fil-ħin u fil-laqgħat adatti għal dan il-għan wara li issir l-analiżi meħtieġa.