Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Luqa — toroq li għandhom bżonn it-tarmac

Question

Jista' l-Ministru jassigura li t-toroq segwenti ġo Ħal Luqa jingħataw it-tarmac jew jinbnew għall-ewwel darba ċioe: Triq Ir-Rixtellu (speċjalment il-parti t'isfel) Triq Anton Falzon, Triq Pietru Saliba u Triq Andrea Vassallo?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — power station ta' Delimara

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk iċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta huwiex business partner mal-persuna, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista' jikkonferma jekk Vassallo Builders Group, hijiex involuta fil-bini tal-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara? Jista' jikoknferma li ċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta għandux kunflitt ta’ interess meta l-estenzjoni tal-power station ta’ Delimara taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess u meta fl-istess ħin huwa business partner mal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ċ-Chairman tal-Enemalta m’huwiex business partner ma’ Zaren Vassallo. Ic-Chairman huwa azzjonista minoritarju fis-soċjeta’ Makeezi Limited li tispeċjaliżża fis-software, mentri Vassallo Builders Group huma l-azzjonisti maġġoritarji. Vassallo Builders Limited gew ingaġġjati bħala sub-contractors minn BWSC, responsabbli mis-civil works u skond dikjarazzjoni pubblika ta’ BWSC dan sar wara sejħa għal tenders minn fejn irriżulta li Vassallo Builders kien “kompetittiv ħafna” Iċ-Chairman tal-Enemalta ma għandu ebda konflitt ta’ interess, kemm għaliex ma ħax sehem f’ebda parti tal-proċess deċiżjonali tat-tender tal-power station wara li ddikjara kunflitt ta’ interess “potenzjali” meta sar jaf li Vassallo Builders kienu qed juru interess fis-civil works u anke għaliex ir-relazzjoni kontrattwali tal-Enemalta hija esklussivament ma’ BWSC.

Belt Valletta — Problemi għall-bejjiegħa tas-suq

Question

Peress li issa l-Pjazza ta' quddiem il-Palazz, ċioe Pjazza San Ġorġ, hija magħluqa u numru ta' bejjiegħa fis-suq tal-Belt qed ikollhom diffikultà biex jarmaw u jħottu l-merkanzija tagħhom, jista' l-Ministru flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta jara li jsiru arrangamenti biex ikunu jistgħu jarmaw u jħottu b'aktar faċilità u konvenjenza? Dan biex jgħin lilhom u lill-pubbliku in ġenerali.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

sistema ġdida tat-test tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar minn mindu nbidlet is-sistema l-ġdida tat-test prattiku tas-sewqan, kemm għaddew nies, kemm weħlu nies u x’ kategoriji ta' liċenzji kienu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba sa l-aħħar ta' Novembru 2009.

Kwestjoni dwar kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12851 u jinvestiga għaliex il-kont tad-dawl u l-ilma, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, intbagħat lis-sid tal-post in kwestjoni li kien qaleb il-meters fuq l-inkwilini, meta f'dan il-perjodu l-kont ma kienx fuq ismu? Ma jidhirlux il-Ministru li s-sid tal-post ma kellu x'jaqsam xejn ma' dawn il-kontijiet u mhux dovut li jħallashom għax ma kellux x'jaqsam magħhom? Jista' jgħid għaliex din il-persuna qed tkun imwissija mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li se taqta' s-servizz f'dan il-post?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaż-Żebbuġ — Triq Achille Ferris - tarmac

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Achille Ferris f’Ħaż-Żebbuġ Malta hijiex responsabbiltà tal-Gvern biex tingħata t-tarmac? Jekk iva, meta ser issir u jekk le min hu responsabbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ċirkewwa — parking bay għall-persuni b'diżabilità

Question

Peress li qed isiru ilmenti minn persuni b'diżabilità għaliex fiċ-Ċirkewwa hemm parking bay wieħed biss għall-persuni b'diżabilità li ovvjament mhuwiex biżżejjed, jista' l-Ministru jara li din il-problema tiġi indirizzata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Żejtun — inħawi Ta' Brunġiel u l-Minżel - żbroff tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12098 u jgħid meta se tiġi mibdula kanna tad-drenaġġ li konsegwenza t’hekk qed ikun hemm żbroff tad-drenaġġ fl-għelieqi fl-inħawi magħrufa bħala Ta’ Brunġiel u l-Minżel fiż-Żejtun, hekk kif is-sistema tad-drenaġġ li tieħu minn Ħajt il-Wied lejn il-mina ta’ San Klement ma tibdiex tlaħħaq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant ġie inkluż fil-programm tax-xogħol – Master Plan tal-Infrastruttura tad-drenaġġ għal Malta u Għawdex. Dan ix-xogħol mistenni jsir matul is-sena d-dieħla (2010).

San Pawl il-Baħar — xogħlijiet fi Triq Jean de la Cassiere

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ix-xogħol li qed isir fi Triq Jean de la Cassiere f'San Pawl il-Baħar jitkompla, għaliex din tinsab fiċ-ċentru tar-raħal u qed joħloq diversi diffikultajiet differenti kemm lir-residenti kif ukoll lil persuni oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Luqa — Gate Street, Anton Falzon Street u Pietru Saliba Street - ilma fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12982 u jordna li jittieħdu l-passi neċessarji biex l-ilma li jgħaddi minn Gate Street Luqa, speċjalment minħabba li l-parti t'isfel tal-istess triq tisbokka f'Anton Falzon Street kif ukoll Pietru Saliba Street, jibqa' għaddej liberalment u ma jispiċċax fil-basement tar-residenti? Dan qed jiġri minħabba li x-xogħol infrastrutturali li kellu jsir għadu ma tlestiex. Ta' min jinnota li dawn it-toroq jilqgħu ilma minn toroq oħra li huma aktar 'il fuq minnhom u għalhekk l-inkonvenjent huwa akbar.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kappara — petition dwar kostruzzjoni ta' grade separated junction

Question

In vista tal-petition mir-residenti tal-Kappara dwar kostruzzjoni ta' grade separated junction, jista' l-Ministru jinforma lili u lir-residenti bil-pjanti ta' dan il-proġett, il-ħsieb li hemm warajh u jiltaqa' mar-residenti konċernati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mosta — Triq il-Kostituzzjoni - bus shelter

Question

Jista' l-Ministru jara li fi Triq il-Kostituzzjoni l-Mosta, quddiem supermarket kbir isir bus shelter minħabba l-fatt li dan it-terminus jintuża ħafna u l-passiġġieri qabel ma jitilgħu l-karozza tal-linja jkunu esposti għall-elementi tan-natura kollha?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

punti mid-diskors tal-budget

Question

B'referenza għad-diskors tal- budget paġna 44, jista' l-Ministru jikkonferma dak li qiegħed nifhem f'dan is-sens : a) se jiġu identifikati toroq li se jinbnew u jitmantnu, liema spiża huwa stmat li tilħaq ma' €8 miljun, b) li dawk il-kunsilli lokali li jiddeċiedu li jipparteċipaw fil- public private partnership hekk proposta, iridu joħorġu nofs l-ispiża għall-bini u manteniment ta' toroq ċ) li allura il-Gvern Ċentrali se jkun qiegħed jalloka s-somma ta' €1 miljun għad-dispożizjoni tal-kunsilli lokali biex jipparteċipaw f'din l-iskema.

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Spezzjonijiet fuq tankers

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spezzjonijiet saru, jekk saru, biex ikun assigurat li t-tankers li jsorġu ftit 'l barra minn Hurd's Bank ma jkunx fihom skart tossiku ġenerat mill-proċess magħruf bħala gasoline blending? Kemm saru spezzjonijiet fuq tankers minħabba suspett ta' traffikar ta' skart tossiku mill-2006 sal-lum? Kemm kien hemm każijiet fejn fil-fatt instab skart tossiku fuq it-tankers?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Wied il-Għajn — persentaġġ ta' xogħol fuq il-bypass

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' xogħol li tlesta sal-lum fuq il-bypass ta' Wied il-Għajn? Kemm tħallas il-kuntrattur s'issa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s'issa tlesta madwar 65% tax-xogħol li jrid isir fuq il-bypass ta' Wied il-Għajn u tħallset is-somma ta' €3,399,247. S'issa il-kuntrattur

Kappara — proġett ta' junction - fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Issa li ġie deċiż li l-proġett tal-junction tal-Kappara jiġi sottomess għall-funding tal-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-permess u l-pjanti approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Boiler Wharf — irmiġġi tal-cruiseliners

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn meta beda jopera l-Boiler Wharf għall-irmiġġi tal-cruiseliners, kemm-il vapur uża dan il-moll sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Boiler Wharf kien inawgurat f'Awissu li għadda u li sa' issa għamlu użu minnu tlett cruise liners u 32 vapur ieħor.

Rabat — tbattil ta' fosos tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12869 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12646, jista' l-Ministru jivverifika fil-każ tal-fosos f'Landrijiet, limiti tar-Rabat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.