Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19660 u jgħid kemm se tassorbi nies il-kumpanija Arms Ltd mill-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tħaddem il-funzjonijiet li qabel kienu ta' dawn iż-żewġ korporazzjonijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19660.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux fi ħsieb il-Gvern jew jekk hux għaddejjin diskussjonijiet biex parti mill-proprjeta' tal-ex Marsa Shipbuilding tingħata lil kumpanija privata?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21201.
Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi tal-Arms Ltd? Jista' jgħid fuq liema kriterji kienu magħżula dawn id-diretturi u x'inhuma l-ħlasijiet u benefiċċji oħra li dawn qed jitħallsu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diretturi ta l-ARMS Ltd. huma:
Pierre Carabott, Marc Muscat – CEO, Korporazzjoni tas-Servizzi ta’ l-Ilma u Karl Camilleri – CEO, Enemalta. Iż-żewġ korporazzjonijiet hekk kif inhuma msemmija, għandhom 50%
shareholding
kull wieħed f’ARMS Ltd.
Pierre Carabott ma jirċievi l-ebda
honorarium
għall-kariga tiegħu bħala Chairman, filwaqt liż-żewġ diretturi l-oħra, Marc Muscat u Karl Camilleri, jirċievu
honorarium
ta’ €2,070 kull sena.
Jista' l-Ministru jara li b'mod partikolari għal dawk il-vjaġġi li jsiru bil-vapur Malita, f'dawk l-okkazzjonijiet meta tant ikun hemm vetturi li l-vapur jgħabbi ukoll fuq il-livell ta' fuq waqt il-vjaġġi bejn Malta u Għawdex u viċi-versa it-tgħabija tal-vetturi ma tibqax issir b'tali mod li min kien l-ewwel fil-kju jispiċċa biex joħroġ minn tal-aħħar minn fuq l-istess vapur?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21199.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 10
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20867 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 10 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 9
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20866 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 9 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 8
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20865 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 8 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 17
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20879 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 17 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 16
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20878 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 16 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 15
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20873 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 15 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21131, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-kapaċità individwali ta' kull waħda mill-10 pompi li hemm fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar? X'monitoring qed issir fuq il-kapaċità tal-pompi differenti biex ikun garantit li l-areali minnha jiġi drenaġġ għal kull pompa ma jaqbiżx l-ammont li tiflaħ l-pompa partikolari?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kapaċità individwali tal-għaxar pompi li l-korporazzjoni għandha f’San Pawl il-Baħar qed titpoġġa, fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21103 li oriġinajrament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-aqua kultura f'pajjiżna sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont stħarrig li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jniedi kull sena, il-produzzjoni tal-akwakultura f’dawn l-aħħar ħames snin kienet kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni relatata mas-sena 2009 għadha qed tinġabar. L-ammonti jirreferu għall-bejgħ ta' tonn, awrat u spnott.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21098 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ħalib frisk f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skont informazzjoni mgħoddijja lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika mill-Malta Dairy Products, il-produzzjoni tal-ħalib frisk f’Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin kienet kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21142 u 20540 u jgħid kemm-il numru ta' direct orders approva l-Ministeru tal-Finanzi, ministeru, ministeru matul l-ewwel disa' xhur tas-sena 2010? Kemm kien l-ammont tal-ogħla direct order approvata abbażi ta' ministeru? Kemm fl-istess perjodu ġew miċħuda u kemm għadhom taħt il-proċess tal-evalwazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Kuntratturi / Kumpaniji tal-kostruzzjoni — ċifra ta' flus globali
Question
Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21143 u 20550 u jgħid kemm huwa kalkulat lum f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji tal-kostruzzjoni/ tal-kostruzzjoni tat-toroq?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21144 u 20551 u jgħid kemm huwa kalkulat lum f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji farmaċewtiċi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien is-subvention tal-gvern lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma s-sena li għaddiet? Il-Korporazzjoni ħallset id-djun kollha tagħha fuq investiment speċjalment f'reverse osmosis membranes u energy recovery devices?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-projected total cost tas-sewage treatement plant ta' Tal-Barkat? Minn din is-somma, kemm se jiġu funded mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-kontribuzzjoni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma nnifisha? X'inhuma l-annual operation costs maħsuba għal dan l-impjant ġaladarba jibda jopera s-sena dieħla?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f’Ta’ Barkat se jiswa madwar 58 miljun Ewro (VAT eskluż).
48.1 Miljun Ewro minn din in-nefqa kapitali se jiġu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropeja.
Huwa stmat li l-ispiża annwali sabiex jopera l-impjant se tammonta għal madwar 5.6 miljun Ewro.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern dwar is-sewage tariff? Kemm kien l-ammont totali tat-tariffa s-sena li għaddiet? X'kienet is-subvention tal-gvern is-sena li għaddiet dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sewage costs?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mill-1 ta' Jannar tal-2010 it-tariffa tal-ilma bdiet tinqasam biex tirrifletti l-proporzjon għall-konsum tal-ilma u d-dranaġġ. Dan sar mingħajr ma kien hemm l-ebda żieda fit-tariffi għall-konsumatur.
Is-
subvention
tal-Gvern fl-2009 kienet kif jidher fit-tabella li qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.