B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13062, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi offerti u min rebaħ dan it-tender għall-project management tal-proġett ta' Bieb il-Belt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għall-proġett ta' project management ta' Bieb il-Belt ġew sottomessi erba' offerti u rebaħ it-tender Bovis Lend Lease Int Ltd.
Proġett ta' Bieb il-Belt — tender għall-inġinerija
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13063, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi offerti u min rebaħ dan it-tender għas-servizzi ta' inġinerija għall-proġett ta' Bieb il-Belt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għas-servizzi ta' inġenerija għall-proġett ta' Bieb il-Belt ġew sottomessi ħames offerti u t-tender intrebaħ minn Ove Arup & Partners Ltd.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13066 u jgħid jekk sarux spezzjonijiet fuq il-bridge tal-Mistra biex jiġi aċċertat li hu strutturalment safe? Jekk fl-affermattiv, meta saru dawn l-ispezzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13148, 12911, 12760, 11713, 11070, 10329, 9683, 9491 u 9006 u jgħid fuq liema toroq ġodda fid-diversi bliet u rħula sar xogħol ta’ kisi ta’ tarmac fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena finanzjarja? F’liema lokalitajiet? Kemm swiet kull waħda? Xi programm hemm għall-kumplament ta’din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13147, 12912, 12759, 11498, 10607 u 11709 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8511, jista' l-Ministru jibbaża l-kalkolu mitlub dwar it-tneħħija tal-capping skont l-aħħar konsum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13146, 12913, 12757 u 11716 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11076, jgħid il-Ministru jgħid x'passi ħadet l-Awtorità dwar it-Trasport?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13170, 12937 u 12490 u jara li jitmexxa l-każ ta' reserved parking ta' persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13079 u 12869 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12646, jista' l-Ministru jivverifika l-każ tal-fosos f'Landrijiet, limiti tar-Rabat?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li skond id-direzzjoni mogħtija mill-WSC, il-fosos madwar Malta fil-fatt jitbattlu kompletament. Irreferejt il-każ li qed iqajjem l-Onor Interpellant sabiex il-KSI tinvestiga u jekk ssib xi nuqqas tieħu l-passi neċessarji skond il-każ.
Kappara — proġett ta' junction - fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13077 u ċioe: Issa li ġie deċiż li l-proġett tal-junction tal-Kappara jiġi sottomess għall-funding tal-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permess u l-pjanti approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità Marittima ta' Malta — ħaddiema sospiżi mix-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' ħaddiema tal-Awtorità Marittima ta' Malta li huma sospiżi mix-xogħol? Kemm ilhom sospiżi? X'inhi r-raġuni li għaliha ġew sospiżi mix-xogħol dawn il-ħaddiema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' liċenzji ta' operaturi tal-VRT stations li tneħħew matul l-2009? Kemm kien in-numru ta' stations li għalqu minn jeddhom matul l-istess perjodu? Kemm hu llum in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti biex jinfetħu VRT stations?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' karozzini liċenzjati f'Malta u f'Għawdex, rispettivament? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk bħalissa hemmx talbiet pendenti quddiem l-Awtorità dwar it-Trasport biex jingħataw liċenzji għall-karozzini? X'inhi l-policy tal-Awtorità dwar dawn il-liċenzji?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12871 u 12655 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12393, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qegħda tittieħed in kwantu l-ħafna vetturi li għandhom fanali jitfgħu dawl blu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk bediex isir l-istudju dwar l-impatt tat-traffiku għall-proġett ta' Bieb il-Belt? Jekk fl-affermattiv min huma l-konsulenti li ġew kummissjonati għal dan l-istudju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li listudju dwar l-impatt tat-traffiku għall-proġett ta' Bieb il-Belt għadu qiegħed jiġi finaliżżat. Dan ix-xogħol ġie kkumissjonat lill-ADI Associates Environmental Consultants.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12710 u 12885 u jgħid kemm kien in-numru ta' stabblimenti kummerċjali fejn l-Korporazzjoni Enemalta ssospendiet il-provista tad-dawl minħabba pendenzi fil-kontijiet minn Jannar sa Ottubru ta' din is-sena xahar b'xahar? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dak li hu l-households Maltin għall-istess perjodu? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena għar-rigward taż-żewġ kategoriji msemmija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità dwar it-Trasport, dipendenti fuq il-fondi li jista' jkollha, stabbilietx lista ta' prijorità ta' b'liema ordni għandhom jiġu mogħtija t-tarmac dawk it-toroq li sal-lum għandhom ma sarux? Jekk għandha, jista' jagħti d-dettalji relattivi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ħal Luqa — Triq ir-Rixtellu - sigurtà għat-tfal li jmorru l-mużew
Question
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex fi Triq ir-Rixtellu, Ħal Luqa, ħdejn il-Mużew, waqt il-ħinijiet tal-Mużew, it-triq tkun safe għat-tfal li jattendu, u dan peress li qed ikun hemm riskji żejda għas-saħħa u s-sigurtà tat-tfal, minħabba li t-triq tibqa' miftuħa għat-traffiku matul il-ħin li t-tfal ikunu deħlin u ħerġin mill-Mużew?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta — miżuri biex jitnaqqsu l-ineffiċjenzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid peress li ġie dikjarat anke fil-Media li kważi 40 % mill-ispiża totali tal-produzzjoni tad-dawl huwa non fuel cost, jista' l-Minsitru jgħid fiex jikkonsisti dan in-non fuel cost item b’item ? X'miżuri qed jittieħdu biex l-ineffiċjenzi li għandha l-Korporazzjoni Enemalta ma jgħaddux bħala piż fuq il-konsumatur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena minn mindu dħalna fl-Unjoni Ewropea, l-entitajiet li jaqgħu taħtu kemm ibbenefikaw minn fondi mill-istess Unjoni Ewropea u kif intnefqu? Jista' jgħid liema kienu l-proġetti wieħed wieħed, kemm ingħataw fondi u kemm ħareġ il-Gvern għal kull proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li Triq il-Wied ġo Ħal Qormi, magħrufa ukoll bħala l-Wied ta' Ħal Qormi, hija traffikuża ħafna u peress li fiż-żona jgħixu numru kbir ta' familji li jikkomprendu anzjani u anke tfal, jista' l-Ministru jordna li jiġu approvati u mqiegħda traffic lights f'postijiet strateġiċi biex jgħinu lir-residenti taż-żona tal-wied jaqsmu minn naħa għall-oħra mingħajr periklu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.