Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21104 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-qabda globali tal-ħut mis-sajjieda Maltin u Għawdxin matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skont informazzjoni mgħoddijja lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, il-qabda tal-ħut f’dawn l-aħħar ħames snin kienet kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kumpanija abbażi ta' teknoloġija u appart teknoloġiku — ċifra ta' flus
Question
Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21145 u 20552 u jgħid kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji abbażi ta' teknoloġija u apparat teknoloġiku?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21146 u 20562 u jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ li jaqgħu taħthom? Jista' jagħti dan il-breakdown ukoll abbażi ta' ministeru, ministeru rispettivament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol marbut mal-iżvilupp ta' impjanti żgħar għat-tifsija tad-drenaġġ li kien tħabbar li qed jiġi żviluppat u li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kellha tuża biex tieħu ħsieb it-tifsija tad-drenaġġ f'inħawi bħalma huma l-Baħrija, il-Bidnija u l-Wardija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-iżvilupp ta’ l-impjanti żgħar għat-tisfija tad-drenaġġ għadu għaddej. Il-prototype qiegħed jiġi ittestjat ħdejn l-impjant ta’ San Antnin bħala parti mir-research and development tal-Korporazzjoni. La darba dan il-proċess ikun konkluż, jibda l-proċess ta’ implimentazzjoni wara li jiġu identifikati l-lokalitajiet fejn sistemi bħal dawn jiġu nstallati.
Tigne Point u Manuel Island — reallocation u exportation
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21189, 20963, 20634, 20272 u 19618 u jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern ħallas għar-reallocation u l-exportation biex Tigne Point u Manuel Island jingħataw b'vacant possession lill-MIDI Consortium?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 20963.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-fees u charges li jżomm l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika lir-riċerkaturi kull meta jitolbu xi statistika għall-finijiet ta' riċerka?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għandu dokument jismu ‘Policy on Pricing for the Provision of Information’. Dan id-dokument jaġixxi ta’ gwida, kemm għall-istaff tal-Uffiċċju kif ukoll għall-persuni u l-entitajiet li jagħmlu użu mill-istatistika, rigward xi cost-recovery charges li jista’ jżomm l-Uffiċċju għal xi talbiet għall-informazzjoni. Għaldaqstant, huwa dokument pubbliku u wieħed jista’ jkollu aċċess għalih mill-website tal-NSO:
http://www.nso.gov.mt/docs/Pricing_for_the_Provision_of_Information.pdf
Il-kunċett ewlieni li hija msejsa fuqu din il-politika huwa bilanċ bejn il-
public good obligations
u l-
user pays principle
. L-informazzjoni kollha li jippubblika l-NSO titqies bħala
public good
; għalhekk, hija aċċessibbli għal kulħadd mingħajr ħlas. Każi fejn isiru talbiet għal informazzjoni addizzjonali, jew aktar fid-dettall, huma suġġetti għal
cost-recovery charge
skont ir-rati mniżżla fid-dokument imsemmi. Ta’ min jagħmel aċċenn li l-intenzjoni mhux li jsir xi qligħ, imma li jkunu koperti s-sigħat meħtieġa biex tkun maħduma u pproċessata l-informazzjoni mitluba.
Għawdex — Għarb - Wied il-Mielaħ - Sewage pumping station
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li kellu jsir taħt it-tender għall-bini ta’ Sewage Pumping Station f’Wied il-Mielaħ, l-Għarb, Għawdex tlestiex? Jekk fl-affermattiv, meta tlesta? Jekk fin-negattiv, x’jonqos isir u meta mistenni li jitlesta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol taħt it-tender għall-bini ta’ Sewage Pumping Station f’Wied il-Mielaħ, l-Għarb Għawdex mistenni jkun lest sa l-aħħar tas-sena. Għad baqa’ jsir xi xogħol fuq il-control panels tal-elettriku, xogħol fuq is-substation tal-Enemalta u finishing u landscaping ta’ barra.
Jista' l-Ministru jara jekk il-ħaddiema tal-Arms Ltd jistgħux jaraw il-każ ta' familja li rċevew kont ta' €l,141.55, li din kienet ilha ma tirċeivi l-kont sena sħiħa u issa rċeviet tliet kontijiet f'daqqa li wieħed minnhom ta' 15-il ġurnata tela' għal €800?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kontijiet ġew irreveduti u żewġ kontijiet ġodda ġew maħruġa għall-perijodu tal-23 ta’ Frar 2010 sal-27 ta’ Settembru 2010, fejn wieħed mill-kontijiet huwa attwali u l-ieħor stima, b’bilanċ dovut ta’ €647.84
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21428 li oriġinajrament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huma s-salarji ta’ dawn il-karigi fil-Malta Air Traffic Services Limited:
a) Chief Operations Officer
b) Chief Technical Officer
ċ) Chief Financial Officer
d) Senior Head of ATC Operations
e) Senior Head of ATM Planning
f) Senior Head AIM & Training
g) Senior Head Safety, Quality & Security
ġ) Senior Head of Technical Services
h) Head of Technical Support
ħ) Head of Aerodrome Operations
għ) Assistant to Senior Head AIM & Training
i) Assistant to Chief Technical Officer
j) Assistant to Chief Operations Officer
k) Assistant to Chief Financial Officer u
l) Operational Health & Services Officer?
Jista' l-Ministru jgħid min minn dawn il-karigi jagħmel użu minn
mobile telephone
tal-kumpanija? Jista' jgħid min jagħmel użu minn karozza tal-kumpanija? Jista' jgħid min għandu l-
internet
imħallas mill-kumpanija? Jista' jgħid kemm hi t-
travel allowance
għal kull waħda minn dawn il-karigi għal kull ġurnata meta dawn ikunu msiefra fuq xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21370 u 21104 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-qabda globali tal-ħut mis-sajjieda Maltin u Għawdxin matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21350 u 21093 li oriġinarjament saret lill-Minsteru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-majjal frisk f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21351 u 21097 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ġbejniet friski f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21351.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma impjegat numru ta' ħaddiema permezz ta' kuntrattur u li dawn il-ħaddiema klerikali, il-biċċa kbira tagħhom, jekk mhux kollha, qegħdin jassistu fix-xogħol tal-ħruġ tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Arms Ltd — tender gġall-provvizzjoni u stallazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija Arms Ltd twaqqfitx fil-mod kif kien maħsub meta oriġinarjament ħarġet it-tender għall-provvizjoni u stallazzjoni tal-smart meters?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-deċiżjoni biex titwaqqaf l-ARMS Ltd ittieħdet wara li l-possibiltà ta’ outsourcing meħtieġa fit-tender ġiet meqjusa bħala mhux ekonomikament vijabbli.
Ix-xiri u l-installazjoni ta’ l-ismart meters huwa biss parti mill-iskop tal-proġett kollu.
Nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 20167 li tispjega l-għanijiet li għalihom twaqqfet il-Kumpanija Arms.
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sarux studji u estimi sabiex ikun investigat x'infrastruttura hi meħtieġa sabiex il-pajjiż ikun jista' jkollu sistema ta' ġenerazzjoni ta' enerġija li taħdem bil-gass? Jista' jgħid jekk tqabbdux konsulenti għal dan l-iskop u jekk tqabdu, jista' jgħid min kienu l-konsulenti? Huwa possibli li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport jew stimi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab informat illi sar studju dwar il-feasibility ta’ pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija fl-2003. Dan l-istudju, li sar mill-ENI, jindika investiment kapitali kbir.
Sussegwentement, inħarġet
request for proposals
u l-
bidders
interessati ssottomettew studji ulterjuri fuq il-possibiltà ta’ importazzjoni tal-gass permezz ta’
tankers
, b’mod partikolari
liquefied natural gas
u
compressed natural gas
. Dawn l-opzjonijiet kienu komparati ma’ dik għal investiment f’
pipeline
, li min-naħa tagħha kienet aġġornata wkoll.
Il-proċess li jwassal għal deċiżjoni dwar l-użu tal-gass għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku għadu mhux eżawrit, u l-Gvern għad irid jieħu d-deċiżjonijiet neċessarji biex, wara li jingħalaq l-impjant tal-Marsa, isir l-investiment neċessarju għal dan. L-impjant eżistenti, u l-estensjoni li qed tinbena bħalissa, jistgħu jiġu konvertiti biex jużaw il-gass.
Mill-istudji li saru s’issa, joħroġ biċ-ċar li hemm numru ta’ limitazzjonijiet li ma jistgħux ma jittieħdux in konsiderazzjoni. Fost dawn insibu n-neċessità għal spazju sostanzjali għall-ħażna tal-gass, u l-bżonn ta’ konsenji frekwenti bil-baħar, bil-konsegwenza li dawn jistgħu jittardjaw f’każ ta’ maltemp. Dan minbarra kuntratt għal provvista ta’ gass fit-tul, bi prezzijiet marbuta mal-prezzijiet taż-żejt u kundizzjonijiet
take or pay
, fejn f’eventwalità li l-ammont kuntrattat ta’ konsum ma jintlaħaqx, dan xorta jwassal għall-obbligazzjoni tal-pagamenti kuntrattwali.
Ħal Kirkop — Triq San Benedittu - akkwist ta' art mill-gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern se jakkwista l-art f'Ħal Kirkop li ngħatat għal bini mill-gvern fl-1989 f'area ta' Triq San Benedittu? Liema art ġiet imwegħda li tiġi trasferita mill-gvern permezz ta' konvenju biss.
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Peress il-Gvern ħass il-ħtieġa li jqassam energy voucher ta' €30 u magħha jiżdiedu €25 għal kull persuna li hemm fid-dar, lil kull familja li l-aktar għandhom bżonn biex ikollhom tnaqqis mill-kont tagħhom u peress illi din l-għotja hija minflok is-sussidju li kien jingħata bħala tnaqqis fil-kont tal-ilma u d-dawl, jista' l-Ministru jikkonferma illi l-ammont mogħti mhux taxxabli għal fini ta' Taxxa dwar id-Dħul?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-benefiċċju ngħata lill-familji sabiex jikkumpara għaż-żieda fil-prezz internazzjonali taż-żejt, għaldaqstant, peress li mhijiex fin-natura ta’ income din mhix taxxabbli.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18401 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk l-art li hemm inti u dieħel lejn il-Mosta, kif taqbeż il-Knisja ta' San Silvestru fuq in-naħa tax-xellug, li kienet qisha tagħmel parti mill-housing estate tal-Blata l-Għolja imma hija parti maqtugħa minnu u ma ġietx mibnija, hijiex proprjetà privata jew tal-gvern? Jekk din l-informazzjoni ma tistax tingħata, minn fejn tista' tiġi miksuba?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-art li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant tifforma parti minn art akbar li kienet ġiet dikjarat meħtieġa għal skop pubbliku permezz tad-Dikjarazzjoni tal-President nru. 754 tal-25 ta’ Ottubru 1991. Parti minn din l-istess art ġiet rilaxxati lura lis-sidien permezz ta’ Dikjarazzjoni oħra Nru 380 datata 28/4/2006. Madanakollu, d-dipartiment huwa nfurmat li l-art li ġiet rilaxxata għadha tidher reġistrata f’isem il-gvern u għaldaqstant qed jittieħdu l-passi neċessarji sabiex din ir-reġistrazzjoni tiġi koreġuta.