Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — kumpanija ta' avukati - konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema avukati u/jew kumpaniji ta' avukati taw konsulenza lill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi matul is-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 (kull sena separatament)?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Dwal blu minflok abjad fil-fanali tal-vetturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13080, 12871 u 12655 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12393, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qegħda tittieħed in kwantu l-ħafna vetturi li għandhom fanali jitfgħu dawl blu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pont Manwel Dimech — project implementation report

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13324 u 13061 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-project implementation report għall-proġett tal-Pont Manwel Dimech?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — miżuri biex jitnaqqsu l-ineffiċjenzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13278 u jgħid peress li ġie dikjarat anke fil-Media li kważi 40 % mill-ispiża totali tal-produzzjoni tad-dawl huwa non fuel cost, jista' l-Minsitru jgħid fiex jikkonsisti dan in-non fuel cost item b’item ? X'miżuri qed jittieħdu biex l-ineffiċjenzi li għandha l-Korporazzjoni Enemalta ma jgħaddux bħala piż fuq il-konsumatur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Belt Valletta — Problemi għall-bejjiegħa tas-suq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13288 u ċioe: Peress li issa l-Pjazza ta' quddiem il-Palazz, ċioe Pjazza San Ġorġ, hija magħluqa u numru ta' bejjiegħa fis-suq tal-Belt qed ikollhom diffikultà biex jarmaw u jħottu l-merkanzija tagħhom, jista' l-Ministru flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta jara li jsiru arrangamenti biex ikunu jistgħu jarmaw u jħottu b'aktar faċilità u konvenjenza? Dan biex jgħin lilhom u lill-pubbliku in ġenerali.

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ħal Luqa — toroq li għandhom bżonn it-tarmac

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13286 u jassigura li t-toroq segwenti ġo Ħal Luqa jingħataw it-tarmac jew jinbnew għall-ewwel darba ċioe: Triq Ir-Rixtellu (speċjalment il-parti t'isfel) Triq Anton Falzon, Triq Pietru Saliba u Triq Andrea Vassallo?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Qormi — traffic lights fil-wied

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13285 u ċioe: Peress li Triq il-Wied ġo Ħal Qormi, magħrufa ukoll bħala l-Wied ta' Ħal Qormi, hija traffikuża ħafna u peress li fiż-żona jgħixu numru kbir ta' familji li jikkomprendu anzjani u anke tfal, jista' l-Ministru jordna li jiġu approvati u mqiegħda traffic lights f'postijiet strateġiċi biex jgħinu lir-residenti taż-żona tal-wied jaqsmu minn naħa għall-oħra mingħajr periklu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Makkinarju tal-Power Station il-ġdida ta' Delimara

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li l-public hearing dwar il-makkinarju tal-power station il-ġdida f’Delimara sar wara l-għażla tal-makkinarju u l-għoti tal-kuntratt u mhux qabel ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — kiri ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema hija l-proprjetà mikrija mingħand il-Gvern u mingħand il-privat mill-Korporazzjoni Enemalta? Kemm hija r-rata ta' kirja (kera fis-sena) għal kull proprjetà llum? Kemm tħallset kera mill-Korporazzjoni Enemalta fis-snin 2006, 2007, 2008 u 2009 għal kull proprjetà?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

muturi żgħar armati fuq roti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżultalux li fit-toroq qed ikun hawn għadd ta' roti (bicycles) li fuqhom qed jintramaw muturi żgħar, imma li jtellgħu speed qawwi? Jirriżulta li dawn huma b’xi mod regolati jew le?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kappara — proġett ta' junction - fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13481 u 13077 u ċioe: Issa li ġie deċiż li l-proġett tal-junction tal-Kappara jiġi sottomess għall-funding tal-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permess u l-pjanti approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni rispettiva għadha qed tiġi kkunsidrata mill-MEPA.

Bormla — proġett tar-restaw tas-swar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-swar li jdawru l-Belt ta' Bormla hux se jkunu inklużi fil-proġett tar-restawr tas-swar li suppost se jinbeda dalwaqt? Jekk dawn is-swar se jitħallew barra, x'kienet ir-raġuni għal dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Surge ta' Vultaġġ qawwi — ħsarat fid-djar

Question

Fis-6 ta' Ottubru 2009 fi Triq il-Miżura, l-Ibraġġ, ġara inċident fejn xi djar ġratilhom ħsara kbira kkawżata minn surge ta' vultaġġ qawwi, li ħaraq bosta affarjiet f'dawn l-istess djar? Fl-istess ġurnata kien hemm krejn qed jaħdem hemmhekk. Jista' l-Ministru jinfurmani kif se jibqgħu dawn il-familji li ġarrbu din il-ħsara?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kappara — Riforma f'Regional Road

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12779 u 12339 u ċioe: B’referenza għar-rapporti li dehru fil-media lokali li l-Awtorità dwar it-Trasport qiegħda tikkonsidra serjament li twessa’ Triq Mikiel Anton Vassalli fil-Kappara, jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment ta’ għadd ta’ residenti fl-inħawi u ċittadini oħrajn dwar il-fatt li ż-żona madwar ir-roundabout tal-gass fi Triq Mikiel Anton Vassalli u Sliema Road, fil-Kappara huma postijiet fejn l-inċidenti tat-traffiku ma jonqsux? Fl-imgħoddi kien hemm saħansitra każijiet fejn vetturi skidjaw u telgħu l-bankina u anki faqgħu ċ-ċint tal-Korporazzjoni Enemalta, fost partijiet oħrajn. Sa ftit jiem ilu biss kellna mill-ġdid każ gravi fejn vettura telgħet il-bankina u nqalbet. Fiċ-ċirkostanzi, apparti mill-pjanijiet li għandu l-Gvern dwar il-Kappara Junction, tista' l-Awtorità dwar it-Trasport flimkien mal-kunsill lokali konċernat jaraw li jitqiegħdu crash barriers fuq iż-żewġ naħat ta’ Regional Road u Sliema Road u fuq is- central strips tal-istess toroq? Tista' tiġi introdotta sistema ta’ pelican lights biex in-nies ikunu jistgħu jaqsmu bla periklu? Jistgħu jittieħdu passi effettivi biex jiġi mrażżan sewqan eċċessiv f’dawn l-inħawi, kif ukoll li jiġu introdotti speed cameras bejn Kappara Service Station u r- roundabout tal-gass? Jirriżultali li dan l-ilment ilu jitressaq lill-awtoritajiet għal aktar minn ħames snin, iżda ninsab infurmat li minkejja dan kollu l-Awtorità dwar it-Trasport lanqas bagħtet acknowledgements lill-persuni li ressqu dawn l-ilmenti matul is-snin. Għal soluzzjoni ħolistika nemmen li l-Awtorità għandha tikkonsidra serjament li tfassal pjan flimkien mal-kunsill lokali konċernat u l-Kummissarju tal-Pulizija.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.

Korporazzjoni Enemalta — sabutaġġ mill-ħaddiema

Question

Jaqbel il-Ministru mal-fatt li qabel ma bdew l-investigazzjonijiet taċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta u l-business partner li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tefa' dubju fuq il-ħaddiema meta allega li ma jeskludix sabutaġġ mill-ħaddiema? Huwa etiku dak li għamel iċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta u li tiegħu il-Ministru hu responabbli? Jaqbel il-Ministru mat-talba tiegħi f’dan il-Parlament sabiex iċ-chairman jirriżenja mill-kariga tiegħu minħabba l-mod arroganti u mhux professjonali kif tefa' dubji fuq il-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — pagi u salarji - informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-pagi/salarji inkluż allowances tal-Management, Chairman u Chief Executive Officer tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — benefiċċji u allowances ta' assistant managers 'il fuq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fl-awtoritajiet u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu u għandhom grad ta' assistant manager 'il fuq? Jista' jgħid dawn in-nies x’benefiċċji u allowances għandhom kull wieħed, kif ukoll x’pagi għandhom individwalment?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MITA — pagi u salarji - informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-pagi/salarji inkluż allowances tal-Management, Chairman u Chief Executive Officer tal-Malta Information Technology Agency?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.