Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi d-differenza bejn kontijiet tal-Arms Ltd li fuq il-konsum ikollhom miktub l-ittra E għal Estimate u l-ittra N għal Not Read? Dawk li jħallsu kont bl-ittra N u wara jirriżulta li jkunu ħallsu aktar milli dovut, se jkunu eligibbli li jieħdu 6% fuq l-ammont żejjed li jkunu ħallsu, kif se jibda jsir skont kif tħabbar, ma’ dawk li jħallsu ż-żejjed fuq kontijiet estimate?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-differenza bejn kontijiet li fuq il-konsum jkollom miktub ‘E’ għall-estimate u l-ittra ‘N’ għall -Not Read huwa li:
1. l-‘E’ jfisser kont
provisional
li jekk dan ma jitħallasx, l-konsumatur ma jeħilx interessi, filwaqt li;
2. l-‘N’ jfisser kont ta’ sitt xhur, fuq stima, għax il-qari ma jkunx ittieħed mill-
meter reader,
minħabba li ma jkollux aċċess għal-post u
l-konsumatur ma jkunx tana l-qari. Fuq dan il-kont, il-konsumatur jeħel interessi jekk ma jħallasx fiż-żmien stipulat.
B’referenza għat-tieni parti tal-mistoqsija, ma jkunx hemm differenza bejn l-istima ‘E’ (
provisional bill
) u l-kont ‘N’ ta’ sitt xhur u għaldaqstant l-konsumatur ma jkunx għamel ebda ħlas żejjed. Biex konsumatur jkun eliġibli li jieħu 6% fuq l-ammont ta’ stima żejjed li jkun ħallas; il-kont
scheduled
jrid ikun ibbażat fuq qari meħud mill-
meter reader
jew mgħoti mill-konsumatur.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-art tal-Qawra għadha tifforma parti mill-proprjetà immobbli tal-kumpanija GO, jew għaddiet lura għand il-gvern? Jekk din l-art għadha tidher fuq il-kotba tal-GO, jista’ jgħid jekk il-gvern kompliex jinnegozja biex din l-art tingħatalu lura? Jekk it-taħdidiet saru, tista’ tgħid x’kienet il-konklużjoni tagħhom? Jekk le, tista’ tgħid għalfejn dan ma seħħx u meta l-gvern se jibda tali taħdidiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-proprjetà tal-Qawra għadha fuq il-kotba tal-kumpanija GO.
In-negozjati nbdew u mistennija jintemmu dalwaqt. S’issa, għad m’hemm ebda konklużjoni formali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija DB Design Consultants għamlitx xi xogħol għall-Korporazzjoni Enemalta? Jekk iva, jista’ jgħid x’kien dan ix-xogħol u kemm tħallas ammont għal dan ix-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kumpanija DB Design ġiet imqabbda xogħol ta’ interior design mill-Korporazzjoni Enemalta relatat mat-tisbih fl-uffiċini amministrattivi tal-Marsa. Dan ix-xogħol jinkludi l-iddisinjar tal-uffiċini, l-ispazji miftuħa (Open plan), s-sistema tad-dwal, faċilitajiet sanitarji u l-għamara. Ix-xogħolijiet saru fit-tielet u fir-raba’ sular u fil-canteen.
L-ammont imħallas lil din il-kumpanija mill-1 ta’ Jannar 2009 jammonta għal €32,851.20.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20223 fejn il-Ministru qal li fost dawk li mhumiex eleġibbli għall-allowance tal-enerġija hemm “Dawk li diġà’ qed jirċievu xi forma ta’ għajnuna mis-servizzi soċjali”, jista’ l-Ministru jelenka l-lista ta’ għajnuniet li jwasslu biex persuna tiġi eskluża?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hemm madwar 28,000 familja li diġà jirċievu għajnuna min-naħa tal-Gvern f’benefiċċju ta’ l-enerġija. Dawn il-familji jirċievu:
· Għajnuna soċjali, benefiċċju għal persuni
single unmarried
, u
unemployment benefit
;
·
Special unemployment benefit
;
· Pensjoni ta’ l-età;
·
Carer’s pension
.
Barra minnhekk, hemm numru ta’ familji li, permezz ta’
means testing
, jirċievu ċ-
children’s allowance
, għajnuna supplimentari, jew
allowance
għal diżabilità, u li jikkwalifikaw għall-benefiċċju ta’ l-enerġija.
Jista' l-Ministu jintervjeni sabiex ma jibqax jiżbroffa d-drenaġġ minn triq principali li tagħti mill-Mosta għal Birkirkara iktar qrib Ħal Balzan u liema drenaġġ jispiċċa mat-toroq kollha ta' Ħal Balzan kull darba li tagħmel ix-xita, liema drenaġġ iħalli rwejjaħ insapportabbli u skumdità kbira għar-residenti tal-inħawi? Jista' janalizza x'passi kienu ttieħdu wara li l-istess problema jien kont diġà ġibtha għall-attenzjoni tiegħu xhur ilu u hu kien qalli li se jgħaddi l-ilment lid-dipartiment konċernat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol biex tissolva din il-problema jinsab fil-listi ta’ prijoritajiet fil-Master Plan tad-drenaġġ għal dawn l-inħawi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies li ttieħdu passi kontra tagħhom minn Jannar sa Ottubru 2010 minħabba li ma kinux regolarizzati mad-dipartiment tal-VAT għas-snin ta qabel 2008 u 2009 u għal din is-sena 2010? Jista' jgħid kemm kien hemm minn dawn in-nies li ngħataw l-opportunità li jirregolarizzaw ruħhom qabel ma ngħataw u kellhom jħallsu il-multa? Kemm kien hemm persuni li minn Jannar 2010 sa Ottubru 2010 kellhom atwalment jħallsu il-multa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bejn Jannar u Ottubru 2010 id-Dipartiment tal-VAT kellu 1770 każ ġdid fil-Qorti u 1613 il-każ miġjub mis-snin ta’ qabel kontra persuni li ma kinux bgħatu d-denunzja tal-VAT għas-snin preċedenti.
Fil-każijiet kollha l-persuni kellhom kull opportunità li jirregolarizzaw ruħhom qabel jibdew il-proċeduri fil-Qorti. Fil-fatt 1536 każ ġew irtirati għax il-persuna ikkonformat ruħha mal-liġi u 266 każ li ġew immultati. Il-kumplament tal-każi għadhom pendenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar flus mill-multi li ta lin nies għaliex ma kinux regolarizzati mad-Dipartiment tal-VAT bejn Jannar 2010 u Ottubru 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-dwana żżommx informazzjoni dwar prodotti agrikoli, inkluż laħam li jiddaħħal fis-suq lokali? Jekk iva, kemm jirriżulta li ġie dikjarat laħam tal-majjal/tiġieġ fis-suq lokali, matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x'użu qed isir minn dak li kien il-bini tas-Sea Malta fl-inħawi tal-Port il-Kbir, wara li dan l-uffiċju m'għadux jintuża għall-iskop oriġinali tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejjin taħditiet bejn l-Enemalta u l-Ministeru sabiex dan il-bini jerġa’ jibda jiġi wżat.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni 14
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20872 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 14 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni 13
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20871 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 13 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 12
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20870 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 12 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid vot numru 7004 construction works and equipment kif huwa maħsub li se jintnefaq għas-sena 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Membru Parlamentari li huwa maħsub li Vot Numru 7004 se jintuża fuq xogħol li baqa’ jsir fil-Ministeru kif ukoll l-uffiċini tad-dawra sabiex intejbu l-operat tal-Ministeru kif ukoll il-kundizzjonijiet fejn jaħdmu l-ħaddiema tagħna.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kuntratti lill-kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21025 u jagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena, lill-kumpaniji Where's Everybody?, WE Events u WE Marketing & PR Services? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kuntratti li ingħataw wara sejħiet għal offerti ippubblikati mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Jista l-Ministru jgħid kemm kienu jfissru f'termini finanzjarji l-iżbalji li ħadet l-Arms Ltd meta kif stqarr il-Ministru tiegħu fi stqarrija pubblika s-Sibt 6 ta' Novembru, fil-ġimgħat li għaddew bagħtet numru ta' kontijiet b'meters charges ħżiena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi għall-kuntrarju ta’ l-allegazzjonijiet li għamel il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, ARMS Limited identifikat dawn il-każijiet u qed tagħmel l-aġġustamenti neċessarji biex tindirizza l-varjazzjonijiet fil-meter charges ta’ dawn il-kontijiet.
Matul ix-xahar li gћadda, ARMS Limited kompliet bit-transizzjoni lejn sistema tal-informatika ġdida bit-trasferiment ta’
accounts
residenzali u kummerċjali.
Wara li l-kumpanija ġiet infurmata dwar każ partikolari minn klijent, ġew identifikati 2,119
account
li kellhom din l-inkorrettezza, u li 1,225 minnhom kienu nħarġulhom kontijiet. Minn dawn, 1,185 kienu
domestic
jew
residential
u 40
non-residential
. Kuntrarjament għal kif ġara fil-każ ta’ l-
accounts
domestic
jew
residential
, l-40
non-residential
account
kellhom
rental charge
domestiku minflok kummerċjali kif suppost. Bejniethom dawn il-1,185
domestic
jew
residential
account
li ġew identifikati nħarġulhom 1,891 kont.
Il-kuntrattur tas-sistema ġie nnotifikat, u din il-problema ġiet irranġata.
Il-kumpanija ARMS qed tagħmel l-aġġustamenti neċessarji biex dawk il-klijenti li setgħu ħallsu l-kontijiet li kienu rċevew, jingħataw il-flus lura.
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din mhijiex kwistjoni ta’ żbalji f’termini finanzjarji peress li l-ammonti riferuti qed jiġu rranġati biex jirriflettu l-varjazzjoni li ħarġet f’dawn il-kontijiet.
Marsa — Power station - ħaddiema fil-Generation Maintenance Operations
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fl-impjanti tal-power station tal-Marsa (Generation Maintenance and Operations)? X'se jsir minn dawn il-ħaddiema meta l-power station tal-Marsa tieqaf topera?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Generation Maintenance ġewwa Power Station tal-Marsa hemm jaħdmu 178 impjegat u fl-Operations hemm 183 impjegat.
L-Enemalta qed tipprepara pjan strateġiku, dwar l-għeluq tal-Marsa Power Station fl-2012, li se tinkludi wkoll il-mobilizzazzjoni ta’ dawn il-ħaddiema.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi forma ta' Reorganizational Plan b'rabta mal-għeluq tal-power station tal-Marsa? Jekk iva, jista' jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid jekk il-unions li jirrapreżentaw lill-ħaddiema tal-power station tal-Marsa ġewx informati b'dan ir-Reorganizational Plan?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21093 li oriġinarjament saret lill-Minsteru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-majjal frisk f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont informazzjoni mgħoddijja kull xahar lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika mill-Biċċerijja, il-produzzjoni tal-laħam tal-majjal f’dawn l-aħħar ħames snin kienet kif qed tidher fl-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21097 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ġbejniet friski f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma jiġborx statistika uffiċċjali dwar il-produzzjoni tal-ġbejniet.