Jista' l-Ministru jgħid kemm tiġi tiswa lill-poplu kull bozza li tagħti id-dawl fit-triq? Min jiddeċiedi kemm-il bozza għandu jkun hemm f'kull triq u x'proċedura trid tgħaddi biex titwaħħal bozza ġdida?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hija r-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali li jistalla dawl ġdid fit-toroq u għalhekk huma il-kunsilli li jistgħu jipprovdu informazzjoni ta’ kemm qiegħda tiġi tiswa bozza ġdida. Il-konsum jammonta għal madwar 31.89euro fis-sena għal kull bozza ta 70W li huma l-aktar komuni. Il–proċedura biex titwaħħal bozza tibda billi l-kunsill jibgħat proposta lill Enemalta biex tiġi vvetjata skond il-gwida li tinsab fil-ktieb tal-street lighting tal-Enemalta. Enemalta tibgħat lura l-proposta amendata jekk tinħass il-ħtieġa. Wara l-kunsill iqabbad il-kuntrattur biex jagħmel ix-xogħol. Meta x-xogħol jitlesta ssir applikazzjoni biex il-bozza titqabbad mas-sistema tal-elettriku
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma globali dedikata għad-dawl tat-toroq matul is-sena 2009? Din is-somma kienet biżżejjed ? Kemm huwa proġettat li din għandha titla' matul is-sena 2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tintuża sistema solari biex jibdew jiddawlu t-toroq tagħna? Kemm huwa stmat li tiswa sistema solari jekk irridu nbiddlu għal waħda bħal din? Qatt sar xi studju dwar jekk jaqbilx jew le li ssir din il-bidla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda pjanijiet biex jiġu stallati sistemi solari fit-toroq. Biex jiġi stallat din is-sistema tas-street lighting solari fit-toroq kollha tiġi tiswa madwar €80 miljun. Din is-sistema tiġi l-aħjar istallata f’postijiet fejn għad m’hemmx elettriku fit-toroq.
Xatt tas-Sliema, Rue d’Argens Gzira u Ta’ Xbiex — bus shelters
Question
Jista’ l-Ministru jara li t-tliet bus shelters li hemm fix-Xatt tas-Sliema, f'Rue d’Argens Gzira u dik ta' Ta’ Xbiex li huma fi stat tal-biki, speċjalment dawk li huma ġodda, isiru suret in-nies?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadu l-awtoritajiet konċernati vis-a-vis l-interess tar-residenti u ta' dawk li jaħdmu fil-qrib wara l-iżbroff tad-drenaġġ qrib il-biċċerija? X'komunikazzjoni saret bejn dawn l-awtoritajiet u l-Kunsill Lokali tal-Marsa? Liema huma dawn l-awtoritajiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-iżbroff li kien hemm minħabba tfiegħ illegali fis-sistema tad-drenaġġ li qed iwassal għall-iżbroff li kien hemm u għad ikun hemm mill-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ taċ-Ċumnija fil-Mellieħa:
a) Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawn l-irżieżet tal-majjali u jekk hux se jittieħdu passi kontra min qiegħed iwettaq dan l-imsemmi abbuż?
b) Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li la darba l-problema ġiet identifikata, ma tteħditx azzjoni mill-ewwel kontra dan l-abbuż?
ċ) Jista' jgħid xi kwantità ta' ilma/likwidi jiflaħ dan l-impjant qabel ma jibda jitfa' fil-baħar drenaġġ mhux trattat? X'azzjoni qed tieħu l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tikkontrolla din il-problema?
d) Jista' jgħid x'analiżi saret tal-ħsara marittima li diġà seħħet fl-inħawi tal-Impjant?
e) Il-Ministeru informa lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika b'dan l-iżbroff tad-drenaġġ fil-baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11705 u 11431 u ċioe: fid-dawl ta' rapporti li skond l-Unjoni Ewropea pajjiżna waqa' lura f'dak li għandu x'jaqsam ma' online security u anti spam measures, jista' l-Ministru jgħid x'passi effettivi mistennija jittieħdu fil-ġejjieni qarib? Hemm xi ħsieb li wara discussion paper dwar l-ispam li kienet tqassmet fin-NISCO ferm qabel l-aħħar Elezzjoni Ġenerali, titressaq leġislazzjoni komprensiva li tinkludi provedimenti għall-prosekuzzjoni għal min jagħmel kontravenzjonijiet ta' spam, spyware u malware?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — materjal stampat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11146 u jgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tiegħu ġod-djar tan-nies? Jista' jgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — talbiet għal sponsorships
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu kemm kien hemm talbiet għal sponsorships f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minn dawn ġew aċċettati jew rifjutati? Jista' jgħid x’courses kienu dawn u x’persentaġġi ta' fondi ingħataw? Jista' jgħid ukoll fuq liema bażi n-nies jiġu aċċettati jew rifjutati? Jista' l-Ministru jgħid meta dawn ġew aċċettati jew rifjutati persuna b’persuna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
ħaddiema mal-Awtorità dwar it-Trasport ingaġġati mas-Secreterial Services
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Awtorità dwar it-Trasport li huma ngaġġati mas-Secreterial Services, kemm qed jitħallsu kull xahar u kemm qed titħallas din l-istess kumpanija? Jista' jgħid ukoll s'issa kemm ingħatat flus din il-kumpanija u x’inhi l-funzjoni preċiża tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili — informazzjoni fuq ajruplani
Question
B'riferenza għall-mistosija parlamentari 12076 u it-tweġibiet mogħtija mill-Ministru jista' l-Ministru jelenka x'kienu preċiż il-problemi hekk imsejħin ta' natura "teknika u ammistrattiva"? Min kien responsabbli minnhom dawn il-problemi u jipprezenta kopja ta' kwalsijasi dokument maħruġ mid-dipartiment lill-propjetarju ta' ajruplan 9H-UMW fejn fiha dan ta' l-aħħar ġie infurmat b'dawn il-problemi? Jista' jinforma b'liema obligazzjoni legali, direttiva jew ordinanza d-Direttur ta' l-Avjazzjoni Ċivili ta' Malta uża li tobbliga lill-propjetarju ta' l-imsemmi ajruplan li biex jinħariġlu permit to fly permanenti irid bilfors jibbaża l-ajruplan tiegħu f'Malta? Peress li jirrizultali li fil-23 t'Ottubru 2009 id-Direttur Generali informa permezz ta' telefonata lis-Segretarju ta' l-Aero Club Malta li l-ispezzjoni ta' l-ajruplan 9H-UMW kellha issir mill-Airworthiness Manager nhar it-Tnejn 26 t'Ottubru 2009 fid-9.00am; u peress li meta il-propjetarju u rapprezentant ta' l-Aero Club Malta marru jiltaqgħu mal-Airworthiness Manager dan irrifjuta mingħajr raġuni li jispezzjona l-ajruplan kif kien ordna id-Direttur Generali, jista' jgħid jekk ittieħdux jew hux se jittieħdu passi għal dan l-aġir ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Feasibility study u Environment Impact Assessments
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13226 u 12482 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-feasibility study u l-Environmental Impact Assessment li għamlet l-ECORYS BV dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr, Għawdex biex jintużaw bħala cruise berths? Jista’ jgħid jekk l-Environmental Impact Assessment tlestiex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex il-filters tal-Power Station tal-Marsa ma kenux jaħdmu għal numru ta' xhur din is-sena kif rappurtat f'xi sezzjonijiet tal-Istampa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet fi Triq Dun Giacano Tortella fl-Imqabba, peress illi l-istat tat-triq imsemmija huwa wieħed ħażin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Triq Dun Giacano Tortella, Mqabba hi waħda mit-toroq li hija inkluża fil-lista ta' toroq li jridu jinbnew mill-Gvern Ċentrali. Ix-xogħlijiet f'din it-triq ikunu jistgħu jinbdew skond il-fondi li jkun hemm u l-prijoritajiet li jirriżultaw.
Korporazzjoni Enemalta — kumpanija ta' avukati - konsulenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema avukati u/jew kumpaniji ta' avukati taw konsulenza lill-Korporazzjoni Enemalta matul is-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 (kull sena separatament)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — kumpanija ta' avukati - konsulenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema avukati u/jew kumpaniji ta' avukati taw konsulenza lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul is-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 (kull sena separatament)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.