Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bejgħ ta' assi tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21300 u jgħid kemm biegħ assi tiegħu l-Gvern mill-2003 sal-lum? Kemm kien il-valur?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpelllant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21300.

Fidi ta' ċens

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21301 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jara li l-każ dwar fidi ta' ċens, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li din il-persuna qed teħel spejjeż żejda?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi sabiex ikun jista’ jsir il-fidi taċ-ċens gravanti l-proprjeta’ tal-persuna li d-dettalji dwarha ingħataw separatament, huwa meħtieġ li jsiru korrezzjonijiet fil-pjanti tar-reġistrazzjoni ta’ numru ta’ plots li huma fil-viċinanzi, peress li irriżulta li r-reġistrazzjonijiet jirkbu fuq xulxin. Għalkemm it-tekniċi tad-Dipartiment qed jagħmlu ħilithom sabiex dawn ir-reġistrazzjonijiet jiġu rranġati kemm jista’ jkun malajr, iż-żmien meta kollox ikun lest biex jkun jista’ jsir il-kuntatt relattiv, jista’ jieħu aktar fit-tul milli wieħed jixtieq, peress li biex ikunu jistgħu isiru l-korrezzjonijiet meħtieġa minbarra x-xogħol min-naħa tad-Dipartiment tal-Proprjeta’ tal-Gvern, huwa meħtieġ ukoll il-kunsens tas-sidien tal-plots tal-viċinanzi.

Ġenerazzjoni tal-Enerġija

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21663, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diversi rapporti u stimi li għamel referenza għalihom fir-risposta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi billi l-istudji msemmijin huma parti minn proċess li għadu ma ġiex finalizzat mhux possibli li jigu ippublikati f’dan l-istadju.

Korporazzjoni Enemalta — dħul

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21632, 21270 u 21074 u jgħid x'kien id-dħul tal-Korporazzjoni Enemalta mill-elettriku (meter charge u konsum separatament) għas-sena 2009? X'inhu d-dħul proġettat għas-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Trasferiment ta' qbiela tar-raba' tal-gvern

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 20202 u 20409, jista' l-Ministru jgħid f'każ ta' qbiela ta' art proprjetà tal-gvern meta jmut id-detentur tal-qbiela x'jiġri: a) f'każ li jkun hemm legat lil xi ħadd imħolli; b) kif jiġi determinat min kien jgħix mal-mejjet fl-aħħar sitt xhur; ċ) min kien jaħdem ir-raba' flimkien mal-mejjet? F'każ li ma tkunx sodisfatta l-ebda waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet msemmija hawn fuq, il-qbiela tgħaddi fuq l-eredi l-oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara l-mewt tad-detentur tal-qbiela, f’każ ta’ legat, l-ewwel preferenza tmur għand il-legatarju li jikkwalifika taħt id-definizzjoni ta’ membru ta’ familja skont l-Artiklu 2 tal-Att dwar it-Tiġdid ta' Kiri ta' Raba’ Kap 199 tal-Liġijiet ta’ Malta. Sabiex jiġi determinat min kien jgħix mal-mejjet fl-aħħar sitt xhur, kif ukoll min kien jaħdem ir-raba’ flimkien mal-mejjet, dan isir permezz ta’ dikjarazzjoni ġuramentata. Dwar l-aħħar parti tad-domanda, f’każ li ma jkunux sodisfatt l-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija mill-Onorevoli Membru, u ma jkunx hemm l-ebda ordni ta’ preferenza, il-qbiela tgħaddi lill-eredi tal-mejjet “in solidium” bejniethom salv xi disposizzjonijiet testimentali tal-mejjet.

informazzjoni rigward il-Bord tal-Koperattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhux kostitwit il-Bord tal-Koperattivi, kemm ilu mhux kostitwit, u meta se jiġi kostitwit?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant, illi l-Board tal-Koperattivi reġa ġie kostitwit fil-15 ta’ Novembru, 2010. Il-Membri tal-Board huma kif ġej: Chairperson: Mr. John Camilleri M.H.R., (Rotterdam) Membri: Mr. Archibald Attard Ms. Anna Borg Dip.Soc.Stud., M.Sc Mr. Vincent Fabri Mr. Tony Muscat Dip.Pol. Ms. Carmen Delia B.A.(Hons.)Econ., M.A.(Soc.Stud.) Mr. Laurie Scicluna L.I.A.B Segretarju: Dr. Simon Galea Testaferrata LL.D.

Selmun Palace Hotel — proċess tal-bejgħ - żamma ta' ħaddiema

Question

B’riferenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 21241, jista' l-Ministru jagħti assigurazzjoni li min se jixtri s-Selmun Palace Hotel se jkun marbut b’kundizzjoni li ma jkeċċi lill-ebda wieħed mill-ħaddiema li llum huma impjegati ma’ din il-lukanda ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xerrej irid jixtri l-kumpanija kollha li tinkludi wkoll l-impjegati.

proċess għall-għażla ta' senior draughtsmen,

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess għal senior draughtsmen, għad-drawing offices tal-Marsa Power Station, tad-Delimara Power Station u tal-Gozo Drawing Office? Meta huwa l-ħsieb li dan il-proċess jiġi fi tmiemu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-riżultati finali għas- Senior Draughtsmen għad- Drawing Offices tal-Marsa u Delimara Power stations waslu biex jiġu ppublikati. Rigward dawk ta’ Għawdex, hemm xi diffikultajiet tekniċi li għad iridu jiġu klarifikati.

Air Malta — spiża biex jinżammu ajruplani fl-Ingilterra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża biex l-Air Malta żżomm l-ajruplani RJs f’hangar fl-Ingilterra u meta waqfet tagħmel dan il-ħlas? Kemm kienet l-ispiża biex iżżomm inġinier mal-ajruplani għal matul dan iż-żmien kollu? Għaliex l-ajruplani ma kenux inġiebu Malta minflok inżammu l-Ingilterra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-infomazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Tigne Point u Manuel Island — reallocation u exportation

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont totali li l-gvern ħallas għar-reallocation u l-exportation biex Tigne Point u Manuel Island jingħataw b'vacant possession lill-MIDI Consortium?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20963.

Nies li mietu minħabba l-asbestos

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm huwa indikat li kien hemm persuni li tilfu ħajjithom bejn l-2000 u 2010 u li din il-mewt kienet ikkawżata minħabba li dawn il-persuni kienu esposti għall-asbestos? Jista' jgħid liema kien il-post oriġinarjament fejn dawn kienu esposti għall-asbestos? Fejn kienu jaħdmu tul ħajjithom kollha?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għalkemm l-NSO jippubblika statistika li kapaċi tkun relatata ma’ din il-kawża, m’għandux informazzjoni f’livell daqstant speċifiku.

Persuni li jaqbżu l-linja tal-faqar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18083 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hija ċ-ċifra tan-nies li jaqbżu l-linja tal-faqar b'€60, €100, €200, €300, €400 u €500 fis-sena? Allura kemm kien hemm nies li qabżu il-linja tal-faqar b'dan l-ammont fis-sena 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-Istħarriġ dwar id-Dħul Finanzjarju u l-Kundizzjonijiet tal-Għixien (Survey on Income and Living Conditions, SILC) il-parteċipanti huma mitluba, fost affarijiet oħra, li jwieġbu numru ta’ mistoqsijiet dwar id-dħul tagħhom. B’hekk għal kull familja magħżula f’dan l-istħarriġ jista’ jiġi kkalkulat d-dħul nett. Għal kull familja jrid jiġi kkalkulat ukoll id-daqs tagħha b’mod illi jirrefletti mhux biss in-numru ta’ persuni imma anke il-kompożizzjoni tal-familja. Għal dan il-għan jintuża l-“modified OECD” equivalence scale li jagħti: - weight ta’ 1.0 għall-ewwel persuna adulta fil-familja; - weight ta’ 0.5 għal kull persuna oħra fil-familja li għandha 14-il sena jew iktar; - weight ta’ 0.3 għal kull tifel jew tifla fil-familja. Meta jingħaddu flimkien dawn il- weights għal kull familja, ir-riżultat jissejjaħ l- equivalent household size . Per eżempju familja magħmula minn żewġ adulti u tifel ta’ 10 snin għandha equivalent household size ta’ 1 + 0.5 + 0.3 = 1.8. B’hekk jista’ jiġi kkalkulat l- equivalised disposable income billi wieħed jiddividi d-dħul nett tal-familja bl- equivalent household size ta’ l-istess familja. Dan l- equivalised disposable income huwa mehmuż ma’ kull individwu f’dik il-familja u jirrappreżenta d-dħul ta’ kull persuna. Il-livell li jiddetermina min hu f’riskju ta’ faqar huwa ekwivalenti għall-60 fil-mija tal- median national equivalised income tal-persuni kollha li jgħixu f’residenzi privati. Fl-istħarriġ tal-2009 dan il-livell, magħruf bħala at-risk-of-poverty threshold , kien ta’ €5,961 fis-sena. Kull persuna li għandha equivalised disposable income taħt dan il-livell titqies li qegħda f’riskju ta’ faqar. Il-figuri ppreżentati fit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ġew ikkalkulati permezz ta’ l-istħarriġ li sar matul is-sena 2009 fejn l-informazzjoni miġbura dwar id-dħul tirreferi għas-sena 2008.

Malta Enterprise — applikazzjonijet għal ftuħ ta' fabbriki ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti quddiem il-Malta Enterprise għal ftuħ ta’ fabbriki ġodda? Meta hu maħsub li dawn jinfetħu, f’liema oqsma huma u kemm hu maħsub li se jimpjegaw ħaddiema?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm 14-il kumpanija li diġaà għandhom fabbrika ‘earmarked’ iżda għad iridu isiru xi xogħlijiet fihom sabiex il-kumpaniji jkunu jistgħu jibdew joperaw. Hu maħsub li l-maġġoranza tagħhom jinfetħu sa sitt xhur oħra. Hemm ukoll tliet kumpaniji oħra li għad trid tinstabilhom fabbrika minn fejn joperaw. Bejniethom dawn il-kumpaniji ser jimpjegaw 344 persuna fi żmien 3 snin. Il-Malta Enterprise għandha ukoll quddiema 20 proġett li għadhom qed jiġu evalwati, u għalhekk għad iridu jagħddu minn proċess ta' approvazzjoni u allokazzjoni ta' fabbrika u għalhekk ma jistax jiġi stmat meta ħa jibdew joperaw. Bejniethom dawn il-kumpaniji jistgħu jimpjegaw 137 persuna.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 22

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20884 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 22 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 23

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20885 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 23 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 29

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20891 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 29 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 28

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20890 u jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 28 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Pill boxes u beach posts

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Lands Department għandux lista ta' dawk li kienu fil-pill boxes jew beach posts mibnija fiż-żmien kolonjali li għandna f'Malta? Jekk għandu din l-informazzjoni, jista' jagħti tagħrif dwar fejn jinsabu dawn il-binjiet? Liema minn dawn il-binjiet ingħataw b'kirja/ċens lill-privat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern m’għandux lista komprensiva tal-pill boxes jew beach posts mibnija fiż-żmien kolonjali. Madanakollu nġabret informazzjoni dwar pill boxes jew beach posts li skont it-tagħrif li għandu d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern huma mikrija jew li xi darba kienu mikrija. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi din l-informazzjoni kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant. L-allokazzjoni ta’ dawn il-pill boxes jew beach posts saret b’titolu ta’ kirja u mhux b’ċens.

Pre Budget Consultation Document — dedicated budget

Question

Billi fil-Pre Budget Consultation Document issemmiet il-proposta li jkun hemm a dedicated budget għall-ħolqien tal-green jobs, jista' l-Ministru jgħid x'sar minn din il-proposta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-issue ta’ green jobs qiegħda tiġi diskussa fil-Green Economy Steering Group. L-għan tal-ħolqien tal-green jobs mhux wieħed li joħloq biss green jobs ta’ livell għoli però l-għan huwa li jinħolqu green jobs fi kwalunkwe settur fis-soċjetà. Dan il-grupp se jkun anke qiegħed janalizza opportunitajiet ta’ kif xogħlijiet ordinarji li ma jaqgħux taħt il-kappa ta’ green jobs jistgħu jiġu alternati f’ dawn ta’ l-aħħar.

qabda globali tal-ħut

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21370 u 21104 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-qabda globali tal-ħut mis-sajjieda Maltin u Għawdxin matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21370.