Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kappara — kostruzzjoni tal-junction

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12004 u jgħid f'liema sena se jibda x-xogħol tal-kostruzzjoni tal-junction tal-Kappara?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din id-data tiddependi fuq fatturi relatati mall-ħruġ tal-permess tal-MEPA u fatturi oħra relatati għall-offerta tal-istess xogħol.

Awtorità dwar it-Trasport — reserved parking

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11999 jgħid kemm ħarġu permessi l-Awtorità dwar it-Trasport għal reserved parking? Għal liema kategorija u f'liema lokalità?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bl-informazzjoni mitluba.

Informazzjoni dwar qtugħ fil-provista tad-dawl

Question

Issa li għadda ftit taż-żmien mindu kien hemm il-qtugħ ta’ dawl estensiv tat-18 ta' Novembru, 2009 jista' l-Ministru formalment iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra : a) il- findings preliminary tal-investigazzjonijiet interni li saru flimkien mad-dettalji ta’ min għamilhom b) ir-raġunijiet tekniċi li wasslu għal dan il-każ ċ) stqarrija ċara u kategorika min-naħa tal-Korporazzjoni Enemalta dwar jekk abbażi tal-investigazzjonijiet tekniċi dan kienx dovut għal każ ta’ sabutaġġ jew le, flimkien ma' kopji ta’ rapporti li waslulhom min-naħa tal-Pulizija dwar l-investigazzjonijiet li huma ġew imqabbdin jagħmlu?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li l-Inkjesta Maġisterjali u dik tal-Pulizija għadhom għaddejin, nħoss li jkun prematur li jsir xi tip ta' kumment jew mod ieħor fuq il-każ.

Qtugħ tad-dawl — Investigazzjonijiet tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u l-inkjesta maġisterjali dwar il-qtugħ tal-provista tad-dawl fil-Korporazzjoni Enemalta li ġara fit-18 ta' Novembru, 2009?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-investigazzjonijiet tal-pulizija u l-inkjesta maġisterjali għadhom għaddejin.

Inċidenti fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fit-toroq f'dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jikklassifika dawn l-inċidenti skond il-gravità tagħhom u jgħid kemm minnhom kienu fatali? Jista' jgħid ukoll jekk l-Awtorità dwar it-Trasport tagħmilx xi tip ta' spezzjoni sabiex tara jekk kienx hemm xi ħsara fl-infrastruttura tat-triq qabel u wara l-inċident, per eżempju skid test? Jista' juri evidenza ta' dawn ir-rapporti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

informazzjoni dwar żweġijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13005 u jgħid xahar b'xahar fl-aħħar sentejn kemm ġew ċelebrati żweġijiet reliġjużi klassifikati skont ir-riti reliġjużi differenti (nisrani, hindu, musulman eċċ.)? Fl-istess perjodu kemm kien hemm mixed marriages, jiġifieri fejn parti jkollha twemmin partikolari u parti oħra jkollha twemmin differenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ċirkewwa — parking bay għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13362 u ċioe: Peress li qed isiru ilmenti minn persuni b'diżabilità għaliex fiċ-Ċirkewwa hemm parking bay wieħed biss għall-persuni b'diżabilità li ovvjament mhuwiex biżżejjed, jista' l-Ministru jara li din il-problema tiġi indirizzata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Principal technical Officer

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-opinjoni tiegħu dwar il-każ fejn l-Uffiċċju tal-Ombudsman sab li impjegat tal-Enemalta li ma kienx aċċettat għal kariga ta' Principal Technical Officer mill-Human Resources Department spiċċa xorta ingħata dan l-impjieg wara li intervjena għan-nom tiegħu c-Chairman tal-Enemalta, li ismu qed jintbagħat separatament? Qed ikunu kkunsidrati li jittieħdu passi dwar dan il-kaz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li siefru fuq xogħol uffiċjali matul is-sena 2009 mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Fejn kienet u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Eureka Services Limited

Question

Jista' l-Minstru jgħid kemm kien il-ħruġ ta' flus li l-Gvern ħallas lill-Eureka Services Ltd għar-riċerki li saru matul is-sena 2009 mid-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — persuni jistennew għat-test tas-sewqan

Question

Jista’ l-Ministru jikkonsidra li l-Awtorità dwar it-Trasport tipprovdi xi tip ta’ faċilitajiet fejn persuni li jkunu qegħdin jistennew il-ħin sabiex jagħmlu t-test tas-sewqan ikunu protetti mill-elementi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Żurrieq — xogħlijiet fuq Valletta Road

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13482 u 13075 u jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq Valletta Road, Żurrieq? Jista' jgħid ukoll minn kien l-kuntrattur li ingħata x-xogħol? Kemm kien l-valur tal-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ta’ preparamenti u xogħol ta’ “patching” fuq id-“diversion routes” beda u bħalissa qed jsiru l-preparamenti neċessarji sabiex ikun jista' jibda x-xogħol propju fuq din it-triq.

Driving examiners

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' driving examiners tal-karozzi? Kemm minn dawn il-persuni rreżenjaw matul l-2009? In-numru ta' examiners huwa suffiċjenti għall-ammont ta' testijiet li jsiru matul is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

persuni li ħadu ħsieb l-ippjanar tar-riforma tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni nkarigati li ħadu ħsieb l-ippjanar tar-riforma tat-trasport pubbliku? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm persuni li ġew trasferiti mill-awtoritajiet kompetenti għall-Ministeru sabiex jgħinu lill-istess Ministru f’din ir-riforma? Jekk il-Ministeru ħa xi konsulenza mal-Università ta' Malta, jista' jgħid min huma? Jista' jgħid jekk kienx hemm persuni li kienu nvoluti f’dan il-proġett li m’għadhomx jaħdmu mal-awtoritajiet kompetenti jew mal-Ministeru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ippjanar tar-riforma fit-trasport pubbliku tmexxa mill-Kap tas-Segretarjat tiegħi mgħejjun minn diversi persuni oħra. Iva, kien hemm persuni li ġew trasferiti lill-Ministeru biex jgħinu fit-tħejjija tar-riforma. Ma kien hemm ebda konsulenza mill-Università ta’ Malta. Ma neskludix il-possibilità li xi nies li tawna kontribut għall-ippjanar tar-riforma bidlu l-impjieg tagħhom f’xi żmien jew ieħor.

solar powered public street lighting f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13127 u jgħid jekk il-Gvern huwiex jikkonsidra li d-dawl pubbliku fit-toroq kollha arterjali u distributoriji (public street lighting) f’Għawdex ikun jixgħel bl-enerġija tax-xemx (solar powered)? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa? Meta hemm il-ħsieb li tiddaħħal din is-sistema ta’ solar powered lighting fit-toroq t’Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Solar water heaters

Question

Jista' l-Ministru jaċċerta lill-Kamra li l-Għawdxin kollha li japplikaw għas-sussidju fuq xiri ta’ solar water heaters se jingħataw dan is-sussidju? Jekk fin-negattiv, għaliex?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Korporazzjoni Enemalta — sospensjoni tal-provista tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13198, 12710 u 12885 u jgħid kemm kien in-numru ta' stabblimenti kummerċjali fejn l-Korporazzjoni Enemalta ssospendiet il-provista tad-dawl minħabba pendenzi fil-kontijiet minn Jannar sa Ottubru ta' din is-sena xahar b'xahar? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dak li hu l-households Maltin għall-istess perjodu? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena għar-rigward taż-żewġ kategoriji msemmija?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Bridge tal-Mistra — spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13369 u 13066 u jgħid jekk sarux spezzjonijiet fuq il-bridge tal-Mistra biex jiġi aċċertat li hu strutturalment safe? Jekk fl-affermattiv, meta saru dawn l-ispezzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li saru spezzjonijiet fuq il-bridge f’Diċembru tal-2009 u gie stabbilit illi l-bridge huwa strutturalment integru u bla periklu għat-traffiku. Madanakollu xorta waħda ser tinħareġ sejħa għall-offerti għall-kuntratturi speċjalizzati sabiex isiru xi xogħlijiet ta’ manutenzjoni