Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — pagi tal-personal assistants

Question

Peress li l-paga tal-personal assistant taċ-Chief Executive Officer kienu jinħadmu mill-Wage fi ħdan il-Korporazzjoni Enemalta, u peress li llum il-ġurnata dan m'għadux isir, jista' l-Ministru jgħid min jaħdem il-pagi ta' dawk il-personal assistants u għalfejn infirdu mill-kumplament tas-salarji tal-ħaddiema?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-pagi kollha tal-Korporazzjoni Enemalta jinħadmu kollha mid-dipartiment tal-Finanzi fi ħdan il-Korporazzjoni.

Budget — karozzi hybrid

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jaħseb li jagħmel sens li l-budget ma jiddistingwix bejn tipi varji ta' hybrids tant li fosthom jinkludi ukoll dawk SUV?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi Vetturi hybrid jistgħu jaħdmu b’ kombinazzjoni ta’ elettriku u diesel, jew petrol jew LPG. Il-politika tal-Gvern hi favur taxxa ta’ reġistrazzjoni li tinħadem fuq kriterji oġġettivi, bħal emissjonijiet, eċċ. u għalhekk tkun indipendenti mit-teknoloġija wżata u mit-tip ta’ vettura, eż. supermini, small-family, eċċ. Fil-każ ta’ vetturi ibridi hemm teknoloġija fejn il-mutur elettriku jassisti lill-magna konvenzjonali u hemm tekonoloġija fejn il-mutur elettriku u l-magna konvenzjonali jalternaw. Peress li hu difficli sabiex tistabilixxi jekk l-ammont tad-dijosidu tal-karbonju li hu ikkwotat fuq iċ-Ċertifikat ta’ Konformita’ jirrapreżentax il-medja ta’ emissjonijiet, jew biss meta l-vettura tkun qed taħdem bil-magna konvenzjonali, kien ġie deċiz li sakemm ma jiġix pruvat mod ieħor jingħata inċentiv fil-forma ta’ tnaqqis fid-dijossidu tal-karbonju. Dan kien ġie revist fil-budġit li għadda.

skema dwar xiri ta' karozzi ġodda — kumpaniji intitolati għaliha

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema mħabbra fil-budget għax-xiri ta' karozzi ġodda tgħoddx ukoll għall-kumpaniji li jixtru l-karozzi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-iskema hija biss għall-użu privat u ma tapplikax għal kumpaniji.

farmers market — benefiċċju lil bdiewa kif imħabbar fil-budget

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk li jistgħu jarmaw fil-farmers' market, jiġifieri bdiewa, hux se jingħataw il-benefiċċju li ġie mħabbar fil-budget fir-rigward tal-kontribuzzjoni soċjali u t-taxxa, jiġifieri li jħallsu 3% fuq il-bejgħ, u jekk dawn il-benefiċċji hux qed jgħoddu ukoll għall-finijiet tal-bejgħ tagħhom f'dan is-suq? Jekk iva, il-gvern se joffri l-istess beneficċċju lil dawk li jbiegħu l-ħaxix bħala hawkers?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din il-miżura qiegħda tinħadem u d-dettalji jingħataw aktar tard.

approvazzjoni għal suq ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk biex jitwaqqaf suq ġdid f'xi lokalità iridx l-approvazzjoni tal-Parlament? Jekk iva, b'liema mod? X'permessi jrid ikollhom persuni li jixtiequ jwaqqfu suq ġdid?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi biex jitwaqqaf suq fil-beraħ ġdid f’xi lokalita’ ma jinħtieġx l-approvazzjoni tal-Parlament. Is-swieq stabiliit qegħdin f' AL 1 ta' 2002 kif amendat (raba' skeda). It-twaqqif ta' swieq ġodda huwa regolat permezz tal-att dwar il-liċenzi tal-Kummerċ Kap 441 li f’Artikli 12 u 13 jipprovdi li: Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, l-Ministru, bi ftehim mal-Kunsill Lokali jista;, b’Ordni fil- Gazzetta jistabbilixxi suq fil-beraħ. Għalhekk għall-aħħar parti tal-mistoqsija, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda persuna ma tista minn jeddha twaqqaf xi suq ġdid.

Bejgħ ta' armi lill-Pakistan

Question

Jista' l-Ministru jiċċara jekk kienx hemm verità fix-xhieda tal-ex ministru Franċiż Charles Millon li sostna li skont id-DGSE (secret service franċiż) Malta kienet waħda minn numru ta' pajjiżi fejn flus li kienu ġejjin minn illegal kickbacks ta' bejgħ ta' armi lill-Pakistan biex tiġi finanzjata l-kampanja ta' Edouard Balladour ġew depożitati fil-banek tagħhom? X'informazzjoni jista' jagħti l-Ministru dwar dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern huwa konxju ta’ dawn l-allegazzjonijiet u jista’ jikkonferma li qed isiru l-verifiki opportuni mill-awtoritajiet kompetenti.

persuna li ma rċevitx il-voucher tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi raġuni għalfejn il-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament, ma rċevitx il-voucher tad-dawl u l-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jivverifika d-dettalji tal-konsumatur li ntbgħatu separatament mal-mistoqsija parlamentari sabiex ikunu jistgħu jsiru l-verifiki li hemm bżonn.

Kontijiet ta' taxxi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-kontijiet ta’ taxxi (income tax) li kellhom ammonti pendenti f’arretrati fuqhom, li kellhom l-istess arretrati maħfura minħabba preskrizzjoni? Jista’ jgħid kemm minn dawn kellhom ammont pendenti inqas minn €2000? Kien hemm aktar minn dan l-ammont?

Response (FENECH, TONIO)

Nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-kazijiet li ssemmew fir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-Kontijiet Pubbliċi għall-2009, li ħareġ riċentement. Dwar kemm kienu dawn il-kontijiet nirreferi lill-Onor. Interpellant għal pagna 224 tal-imsemmi rapport. Minn dawn il-kazijiet kien hemm 6,419 li kienu inqas minn €2,000.

San Pawl il-Baħar — Permess għal kiosk

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-proċedura addottata għall-għoti ta' permess ta' kiosk (struttura permanenti) fuq art tal-gvern fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura li ttieħdet f’dan ir-rigward kienet skont id-disposizzjoni tal-artiklu 3. (1) (a) tal-Att li jirregola it-Trasferiment ta’Artijiet tal-Gvern (Kap 268) li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Benefiċċju tal-Enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li huma intitolati għall-benefiċċju tal-Enerġija? Kif jinħadem l-ammont ta' benefiċċju li jingħata lil min ikollu d-dritt?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19427.

Fabbriki f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) kemm kien l-ammont ta' fabbriki li waqqfu l-operat tagħhom matul is-sena 2010? Minn liema settur kienu; b) kemm kien l-ammont ta' fabbriki li bdew joperaw Malta matul is-sena 2010? Minn liema settur kienu; u ċ) kemm kien l-ammont ta' fabbriki li kellhom estensjoni għal tkabbir matul is-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni rikjesta fl-ewwel parti tal-mistoqsija diġa ngħatat fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 20276. Matul l-2010 ġew approvati 16–il proġett minn setturi varji inklużi l-manifattura, ħarsien tal-ambjent, ICT, teknoloġija, bioteknoloġija, crafts , arti u preservazzjoni. Ġew approvati ukoll 10 proġetti ta’ espansjoni.

Rifużjoni fuq proprjetà li ġiet esproprjata

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu u min kienu dawk li bbenefikaw minn ħlasijiet bħal rifużjoni meta l-proprjetà tagħhom ġiet esproprjata mis-sena 1960 sal-lum sena b'sena? Kemm kien l-ammont li tħallas f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

voucher tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-individwu li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament, ma rċeviex il-voucher tad-dawl?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ma kienx inħarġilha ċekk tal-energy allowance minħabba li kien hemm bżonn isir xi tibdil fid-dettalji tal-kont tiegħu. Il-persuna konċernata se tirċievi ċ-ċekk.

proġett tal-ismart meters

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-ħsieb oriġinali fil-proġett tal-ismart meters kien li l-istruttura li kellha tħaddem is-sistema kellha minn tal-inqas ma żżidx l-ispejjeż li kienu jintnefqu sa dak iż-żmien fl-ipproċessar tal-kontijiet tad-dawl u ilma? Jista' jgħid jekk għandux il-ħsieb li dan il-għan jintlaħaq u jekk fl-affermattiv jista' jgħid kif se jintlaħaq dan il-għan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li meta jiġi mplimentat il-proġett kollu u jiġu integrati il-proċessi u s-servizzi tal-customer casre taż-żewġ Korporazzjonijiet sabiex jibda jingħata servizz integrat mill-kumpanija f’isem ż-żewġ koporazzjonijiet, l-ispejjes operattivi jonqsu f’livelli anqas min dawk li kienu fuq l-aħħar snin.

qabda globali tal-ħut

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21651, 21370 u 21104 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-qabda globali tal-ħut mis-sajjieda Maltin u Għawdxin matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21370.

produzzjoni tal-majjal frisk

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21653, 21350 u 21093 li oriġinarjament saret lill-Minsteru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-majjal frisk f'Malta u Għawdex separatament matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21350.

Kumpanija abbażi ta' teknoloġija u apparat teknoloġiku — ċifra ta' flus

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21380, 21145 u 20552 u jgħid kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi/kumpaniji abbażi ta' teknoloġija u apparat teknoloġiku?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

smart meters — strutturi kontemplati fit-tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-istrutturi kontemplati fit-tender għall-proviżjoni u stallazzjoni tal-ismart meters sabiex jipproċessaw id-data li jagħtu l-istess smart meters?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hekk kif stipulat fil-kuntratt bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma flimkien ma’ l-IBM, dawn ta’ l-aħħar ser jiprovdu: · 245,000 ismart meter ta’ l-elettriku; u 245,000 Pulse Emitters għall - arloġġi ta’ l-ilma. · Apparat għal-kommunikazzjoni, biex tkun tista tinqara d- data ta’ l- ismart meters ta’ l-elettriku bl-użu ta’ linji ta’ l-elettriku eżistenti ( Power Line Communications ). · Apparat għal-kommunikazzjoni u l-installazzjoni tiegħu, biex tkun tista tinqara d- data mil-arloġġ ta’ l-ilma bl-użu ta’ Radio Frequency Transmission. · Proviżjoni ta’ sistema ( software u hardware ) biex tikkontrolla l-komunikazzjoni bejn l- ismart meters ta’ l-elettriku u l-apparat tal-kommunikazzjoni nstallata ma’ l-arloġġ ta’ l-ilma flimkien ma’ software ċentralizzat li jikkalkula l-kontijiet. Ix-xogħol relatat ma’ l-installazzjoni ta’ l-i smart meters u l-apparat li jeħel ma’ l-arloġġ ta’ l-ilma għand il-konsumatur, hija responsabbiltà tal-Korporazzjonijiet rispettivament.

ħlasijiet għal tenders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21381, 21146 u 20562 u jgħid illum kemm huwa kalkulat f'ċifra ta' flus globali l-ħlasijiet li l-Ministeru tal-Finanzi jrid jgħaddi lill-kuntratturi li jissuplixxu s-sevizzi u provvisti abbażi ta' tenders li ttieħdu mill-istess kuntratturi u kumpaniji mill-ministeri u dekasteri eċċ li jaqgħu taħthom? Jista' jagħti dan il-breakdown ukoll abbażi ta' ministeru, ministeru rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Kont tad-dawl u l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21436 u jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament li tgħix id-dar u l-kont tad-dawl u l-ilma ġieha esaġerat?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21436.