Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każ għad-dħul tas-servizz tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jitħaffef ix-xogħol għad-dħul tas-servizz tal-ilma (new service) fir-residenza indikata separatament? Peress li din il-kopja ilha li applikat ħames xhur, jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

roti modifikati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux regolamenti għar-roti li ġew modifikati għall-mutur jew moped tal-petrol? Kemm trid tkun l-età? Hemm xi tip ta' test? Jekk isir inċident, min hu responsabbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Furjana — xogħlijiet fuq is-subways

Question

Peress li l-Awtorità dwar it-Trasport intrabtet li x-xogħol fuq is-subways tal-Furjana jsir fl-2009, jista' l-Ministru jgħid għalfejn dan baqa' ma seħħx?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-adjudikazzjoni damet peress li l-Awtorità talbet xi tagħrif addizzjonali għall-ispecifications dwar tiling suġġeriti mill-kuntrattur. Il-proċess ta' adjudikazzjoni seta' jingħalaq biss wara li ġew analiżżati samples li ġew provduti mill-kuntrattur.

Pont Manwel Dimech

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13887, 13571, 13324 u 13061 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-project implementation report għall-proġett tal-Pont Manwel Dimech?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat illi f’dan l-istadju ma jkunx għaqli li dan ir-rapport jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra peress illi għalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-kuntrattur dwar il-multi mposti fuqu bil-għan li tiġi evitata kawża.

Dawl blu minflok abjad fil-fanali tal-vetturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13885, 13569, 13080, 12871 u 12655 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12393, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qed tittieħed in kwantu l-ħafna vetturi li għandhom fanali jitfgħu dawl blu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

smart meters

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala f'każijiet ġodda mhux dejjem qegħdin jitwaħħlu smart meters u dan meta diġa' nbeda l-proċess għall-bdil tal-meters il-qodma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sal-llum l-istallazzjoni tal-smart meters kienet parti minn pilot project biex jaraw xi problemi jista’ jkun hemm. Dan il-pilot project huwa kkonċentrat fuq tibdil ta’ meters qodma f’żoni speċifici. It-tibdil prinċipali tal-smart meters se jibda din is-sena u dan se jinkludi servizzi ġodda kif ukoll tibdil tal-meters antiki.

Awtorità dwar it-Trasport — Ċentru Marittimu ta' Malta - refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13679 u jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol ta' refurbishment li sar fiċ-Ċentru Marittimu ta' Malta fil-Marsa sakemm jiġu akkomodati l-uffiċċju tal-Awtorità dwar it-Trasport? Meta se jsir it-trasferiment tal-uffiċini tal-Awtorità dwar it-Trasport għal dan il-post?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li dawk li kienu l-uffiċini tal-Awtorità Dwar it-Trasport mhux ser ikunu rilokati għall-eks Ċentru Marittimu ta' Malta, illum imsejjaħ iċ-Ċentru tat-Trasport ta' Malta. Ovvjament dan ifisser li ma saret ebda spiża ta' refurbishment relatata ma' din ir-rilokazzjoni.

Tneħħija tal-capping fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13381, 13147, 12912, 12759, 11498, 10607 u 11709 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8511, jista' l-Ministru jibbaża l-kalkolu mitlub dwar it-tneħħija tal-capping skont l-aħħar konsum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Problema f'għalqa minħabba l-ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13382, 13146, 12913, 12757 u 11716 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11076, jgħid il-Ministru jgħid x'passi ħadet l-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li saret road hump fit-tarf ta’ Triq Wied iz-Ziju sabiex l-ilma tax-xita jibqa’ nieżel minn Triq San Tumas u ma joħloqx problemi ta’ għargħar fl-imsemmija għalqa.

Awtorità dwar it-Trasport — double yellow lines

Question

Jista' l-Ministru jassigura li l-Awtorità dwar it-Trasport tieħu pożizzjoni fuq talba għal double yellow lines li saret aktar minn 6 xhur ilu u li d-dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament u tikkomunika l-istess pożizzjoni lill-kunsill lokali kkonċernat kemm jista' jkun malajr u mingħajr aktar dewmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Raba' fil-Qammieħ — ħruġ ta' drennaġ

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tħallas id-danni dovuti lill-bidwi, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jaħdem madwar tlett itmiem raba fil-Qammieħ ħdejn l-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ fl-Għadira, limiti tal-Mellieħa minħabba li kwazi sena ilu, l-ispiera li l-bidwi juża biex isaqqi r-raba' tiegħu ġiet imniġġsa minn ħruġ ta' drenaġġ mis-sistema tal-impjant u l-katusi tiegħu? Għaliex dan id-dewmien kollu wara li l-Awtoritajiet tas-Sanità ttestjaw il-ħaxix tal-bidwi u sabu li kif kien imniġġeż ma kienx tajjeb għall-konsum u ddikjarawh li mhux tajjeb biex jieħdu l-Pitkalija u kellu jaħrat u jeqred kollox? X’qed iżomm lill-Korporazzjoni milli tħallas id-danni dovuti kif ġew stmati mid-Dipartiment tal-Biedja permezz tal-uffiċjali tiegħu, li bagħtu l-karti kollha li kellhom jibagħtu biex il-Korporazzjoni tħallas id-danni dovuti lill-bidwi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta’ l-individwu konċernat.

Belt Valletta u Furjana — passiġieri - Park and Ride

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10724 u jgħid kemm inġarrew passiġġieri bejn il-Furjana u l-Belt Valletta bit-trasport li huwa provdut fil-park and ride bejn Awwissu 2008 u Awwissu 2009?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-total ta’ passiġġieri bejn Awwissu 2008 u Awwissu 2009 kien dak ta’ 1,073,528. Dawn jinkludu vjaġġi bejn il-Park and Ride u l-Belt, u lura, imma jeskludu n-numru ta’ passiġġieri li ghamlu użu mis-servizz ta’ trasport pubbliku bir-rotta 198.

Flus fuq ir-riforma tat-trasport pubbliku f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13229 u 12598 u jgħid kemm intnefqu u tħallsu flus s’issa din is-sena għar-riforma tat-trasport pubbliku f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm flus maħsuba għall-istess riforma għall-2010? Taħt liema item of expenditure huma mdaħħla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fis-sena 2009 intefqu €34,483 għar-riforma tat-trasport pubbliku f’Għawdex, waqt li għall-2010 is-somma għada ma ġietx stabilita kollha peress li tiddependi minn diskussjonijiet li qed isiru mal-GBA.

Awtorità dwar it-Trasport — riżenja tal-kap eżekkutiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-riżenja tal-persuna, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mill-Awtorità dwar it-Trasport kenitx deċizjoni miftehma? X’termini u kundizzjonijiet intlaħqu bejn l-bord tad-diretturi u l-kap eżekuttiv tal-Awtorità dwar it-Trasport sabiex dan jiġi terminat l-istess impjieg tiegħu ma' din l-awtorità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li kien hemm qbil fuq id-deċiżjoni in kwistjoni u li l-kundizzjonijiet huma kif stabbilit fil-kuntratt tal-impjieg.

Chief Operations Officers — Awtorità ġdida tat-Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li dettalji qed jintbagħtu separatament, li bħalissa tokkupa l-kariga ta’ Chief Operation Officer hijiex short listed għall-kariga ta' Chief Operation Officer fit-taqsima tat-toroq li se tkun stabbilità fl-Awtorità l-ġdida tat-Transport (ATM)?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bormla — Pelican lights ħdejn l-għassa tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi ħaġa dwar il-possibilita li jsiru pelican lights bejn l-Għassa tal-Pulizija ta' Bormla u fejn issa hemm il-fergħa tal-BOV u dan peress li ta' spiss qed ikun hemm inċidenti tat-traffiku ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Karozzi mportati matul is-sena 2009

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi matul is-sena 2009 ? Jista' jgħid minn liema pajjiż ġew u liema minnhom kienu ġodda u liema kienu second hand? Jista' jgħid ukoll ta' liema ċilindraġġ u liema marka kienu dawn il-karozzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' ħaddiema fil-Korporazzjoni Enemalta f'Novembru 1998 maqsum skond il-gradi tal-impjegati? X'inhu l-ammont ta' impjegati illum maqsum skon il-gradi tal-impjegati? X'kien l-ammont globali ta' ħlas li sar lill-impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta matul is-sena 1998 u matul is-sena 2009?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.