Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13891 u jgħid x'inhu n-numru ta' driving examiners tal-karozzi? Kemm minn dawn il-persuni rreżenjaw matul l-2009? In-numru ta' examiners huwa suffiċjenti għall-ammont ta' testijiet li jsiru matul is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm tmien Driving Examiners – fosthom hemm wieħed Senior Driving Examiner. Fis-sena 2009 kien hemm riżenja waħda.
L-Awtorità ħasset il-bżonn ta’ aktar Eżaminaturi u għal dan il-għan diġà beda il-proċess sabiex jiġu impjegati ħames eżaminaturi oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13894 u jgħid kemm tikri vetturi mill-privat il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? X'tip ta' vetturi huma u x'inhi r-rata ta' kera għal kull ġurnata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tikri ħamsa u ħamsin vettura mill-privat, kif qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li tinfetaħ it-toqba tad-drenaġġ ta' bitħa interna fil-flats, li qed jinbagħtu separatament, peress li wara x-xita, din qed tfur bl-ilma? Jista' jara ukoll li jinstab rimedju għas-switches ta' dan il-flat peress li mhux qed jiffunzjonaw tajjeb?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta’ l-individwu konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'policy għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex twieġeb lil dawk li jikkuntattjawha permezz tal-website tagħha, peress li ilni ġimgħa li bgħattilha email u lanqas biss kelma li rċevewha ma ħadt mill-Korporazzjoni? X'jiswa li għandha website li tistieden lill-persuni jikkuntattjawha meta mbagħad ma jwieġbux?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10727 u jippubblika format li sleeping policemen jista' jkollhom fit-toroq tagħna? Jista' jgħid kemm minn dawn is-sleeping policemen għandhom il-permessi neċessarji u jgħid lokalità b'lokalità kemm-il sleeping policemen hemm?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-parti rilevanti minn dokument ta' linji gwida maħruġ mill-Awtorita' tat-Trasport ta' Malta li titratta r-road humps kif ukoll lista ta' road humps approvati mill- Awtorita' tat-Trasport ta' Malta lokalità b'lokalità.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10728 u jagħti r-razzjonal wara l-bini/twaħħil ta' sleeping policemen u x'inhuma l-kundizzjonijiet li jrid ikollok biex tikkwalifika ħalli titwaħħal sleeping policemen f'xi triq partikolari?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-parti relevanti minn dokument ta' linji gwida maħruġ mill-Awtorita' tat-Trasport ta' Malta dwar din il-materja. Qed inpoġġi ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-kundizzjonijiet li jinħarġu meta tkun approvata road hump.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10722 u jgħid kemm hemm parking slots il-Belt Valletta li jistgħu jintużaw mir-residenti biss u kemm hemm parking slots li jistgħu jintużaw mill-pubbliku b'mod ġenerali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10729 u jgħid meta huwa ppjanat li jitlesta l-Port taċ-Ċirkewwa? Kemm ġie jiswa s'issa dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jitlesta l-proġett fil-Port tal-Imġarr Għawdex? Kemm ġie jiswa dan il-proġett s'issa u kemm huwa ppjanat li jiġi jiswa l-proġett kollu, jiġifieri l-parti tal-Port taċ-Ċirkewwa u l-parti tal-Port tal-Imġarr Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li d-data meta jitlesta t-terminal taċ-Ċirkewwa tkun tista' tingħata wara li jiġi determinat it-tender tax-xogħlijiet. S'issa dan il-proġett hu kalkulat li ser jiswa €18.6 miljun. Rigward il-proġett tal-port tal-Imġarr dan tlesta fis-sena 2007 u ġie jiswa €11.8 miljuni.
(ara korrezzjoni fil-
papers laid
nru 3827 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 185 nhar it-Tlieta s-26 ta' Jannar 2010)
Awtorità dwar it-Trasport — passi kontra l-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li l-Awtorità dwar it-Trasport qed tieħu passi kontrihom minħabba li għamlu xogħol li kellu bżonn l-approvazzjoni ta' l-istess awtorità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Gozo and Malta Sewage Treatment Plant — landfills għal liquid wastes
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13019 u jgħarraf lill-Kamra fejn qed jispiċċa is-sewage sludge mill-Gozo and Malta North Sewage Treatment Plant? Billi l-landfills mhux suppost jaċċettaw liquid wastes, jista' jgħid jekk sarux xi testijiet biex jiġi stabbilit dan is-sludge huwiex hazardous?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13020 u jgħid kemm hemm precipitators stallati fil-Power Station tal-Marsa? Kemm minnhom qegħdin jaħdmu skond l-ispecifications tagħhom? Kemm jiġbor nugrufun kull wieħed kuljum? Jista' jgħid jekk dawn humiex electrostatic precipitators, u jekk le ta’ liema teknoloġija huma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-power station tal-Marsa hemm tliet electrostatic precipitators stallati li kollha kemm huma qed jaħdmu skond l-ispecifications tagħhom imma ma jiġbrux nugrufun.
Ninforma lill-Onor Interpellant illi anki meta l-precipitators għamlu żmien weqfin, l-emissjoni ta' trab mill-Marsa kienu taħt il-limiti stabiliti mid-Direttiva tal-EU u tal-MEPA.
Ninfurmak ukoll illi l-emissjonijiet huma verifikati minn makkinarju li hu kalibrat minn persuni professjonali, li m'humiex impjegati tal-Enemalta u huma skond standard EN 17025.
Jista' l-Ministru jagħmel dak kollu meħtieġ fil-konfini ta' dak li hu permessibbli fil-liġi biex l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li sofra amputazzjoni fiż-żewġ saqajn, li huwa armel u għandu żewġt itfal maġġorenni t-tnejn b'diżabilità mentali, jinħariġlu permess biex ikollu reserved parking quddiem ir-residenza tiegħu u dik tat-tifla l-oħra maġġorenni tiegħu li reliġjożament tassisti kemm lil missierha u lil ħutha ta' kuljum, anke tenut kont li ħaġa bħal din tkun ta' soljev kbir lil din il-familja li bħalissa ġenwinament teħtieġ din it-tip ta' koperazzjoni mis-soċjetà?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tat-Trasport ta' Malta qed tagħti l-kunsiderazzjoni meħtieġa lill-applikazzjoni in kwistjoni.
Jista' l-Ministru jispjega x'inhi l-pożizzjoni tal-moorings fil-bajja ta' Wied il-Għajn, ċioe fil-parti li tibda mill-breakwater ta' barra u tispiċċa fil-breakwater ta' ġewwa? Kemm minhom għandhom permess li jirmiġġjaw? Kemm minnhom applikaw għall-permess? Dawk li applikaw għall-permess, kemm ilhom li applikaw? Veru li hemm minnhom li ilhom fuq sena li applikaw? Fl-applikazzjoni tingħata prijorità lil min ilu jirmiġġja għal ħafna u ħafna snin b'mod konswetudinarju? Kif jiġu riżolti kwestjonijiet li jinqalgħu dwar irmiġġjaturi ġodda li jaqbdu minn rajhom u jirmiġġjaw ħdejn min ilu jirmiġġja snin u snin twal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta — power station ta' Delimara - informazzjoni fuq iċ-Chairman
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13287, jaf il-Ministru li ċ-Chariman tal-Korporazzjoni Enemalta (persuna indikata separatament) jokkupa l-kariga ta’ CEO u Managing Director tal-kumpanija Care Malta li hija subsidiary ta’ Vassallo Builders Group Ltd li ġiet ingaġġata bħala sub contractors għall-bini tal-estensjoni tal-Power Station minn BWSC?
Oltre minn hekk, jaf il-Ministru li l-persuna indikata mhix sempliċi azzjonist minoritarju iżda hija fil-fatt il-Kap Eżekuttiv ta’ Makeezi Ltd? Għaldaqstant ma jidhirlux il-Ministru li b’referenza għall-istess mistoqsija, il-persuna indikata tinsab f’kunflitt ta’ interess mill-aktar ċar?
Response (GATT, AUSTIN)
Kunflitt ta' interess seta' jinħoloq biss li kieku iċ-Chairman tal-Enemalta pparteċipa fil-proċess deċiżjonali, ħaġa li m'għamilx. Konsegwentement hi x'hini r-relazzjoni tiegħu ma' Vassallo Builders ma jista' qatt ikun hemm kunflitt ta' interess.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fit-Tieni Distrett li ngħataw it-tarmak matul din is-sena 2009? Jista' jaqsamhom dawk li saru mill-Kunsilli Lokali u dawk li saru direttament mill-Gvern? X'hemm ipprogrammat li jsir matul din is-sena li ġejja 2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2009 kemm kienet il-produzzjoni tal-ilma għat-tisqija riċiklata mill-impjanti tad-drenaġġ f'pajjiżna? Kemm swiet iċ-ċifra ta' flus l-ispiża globali għal dan l-ilma riċiklat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — ħaddiema tas-sezzjoni tal-waste water
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-aħħar ġimgħat sar tibdil fil-mod kif jaħdmu l-ħaddiema tas-sezzjoni tal-waste water fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? Jekk jikkonferma, fiex kien jikkonsisti dan it-tibdil? Jista' jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu f'din is-sezzjoni qabel ma sar it-tibdil imsemmi u kemm hemm jaħdmu llum? Jista' jikkonferma li l-ammont ta' ħaddiema li hemm fil-preżent mhux biżżejjed biex din is-sezzjoni titħaddem kif suppost? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-sitwazzjoni preżenti f'din is-sezzjoni tiġi indirizzata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li b’effett mit-12 ta’ Ottubru 2009 is-sistema tax-xogħol tas-sezzjoni tal-waste water inbidlet minn waħda ta’ shift fuq day-on-day-off għal waħda ta’ shift fuq bażi ta’ tliet ġimgħat filgħodu u ġimgħa wara nofsinhar. Qabel ma sar dan it-tibdil in-numru ta’ ħaddiema kien ta 194 fil-waqt li llum dan huwa ta’ 159. Jien infurmat li skont l-esiġenzi tal-operat hemm ħaddiema biżżejjed biex is-sistema taħdem kif suppost u għalhekk m’hemm bżonn ta’ ebda tibdil.