Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2025?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jindika kemm hija prevista u x’tip ser tkun l-għajnuna umanitarja ta’ pajjiżna lill-poplu Palestinjan f’Gaża tul is-sena 2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif spjegajt fil-mistoqsija parlamentari 22858, il-Gvern Malti, inkluż il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, ħa azzjoni immedjata biex jindirizza l-katastrofi umanitarja f’Gaża hekk kif saret evidenti il-gravità tas-sitwazzjoni. Sfortunatament, is-sitwazzjoni kompliet tiggrava minn Ottubru 2023. Madankollu, nittama li l-waqfien mill-ġlied miftiehem reċentement jippermetti flussi umanitarji ferm ikbar u aktar stabbli, filwaqt li jiġi żgurat li l-persunal umanitarju jkun protett u jingħata aċċess lejn Gaża f’dan il-mument kruċjali.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu bħalissa qed jippjana n-nefqa annwali tal-għajnuna għall-iżvilupp għall-2025. Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni f’Gaża, fejn mijiet ta’ eluf ta’ persuni jeħtieġu għajnuna immedjata u assistenza fil-bini mill-ġdid ta’ djarhom, Gaża se tkun fost l-ewwel prijoritajiet li se jiġu ndirizzati. Matul l-2024, il-Gvern żied l-appoġġ tiegħu lejn l-Aġenzija tax-Xogħlijiet ta’ Ħelsien tan-Nazzjonijiet Maqgħuda, UNRWA għal EUR 190,000, waqt li ħafna pajjiżi oħra kienu waqqfu jew naqqsu l-finanzjament tagħhom. Dan huwa għarfien ċar tal-ħidma essenzjali li tagħmel din l-aġenzija f'Gaża.
Minkejja dan, il-ħidma tal-UNRWA hija mhedda minħabba żewġ liġijiet reċenti tal-Knesset Iżraeljan, li jistgħu jnaqqsu l-kapaċità tagħha li tipprovdi għajnuna umanitarja. Malta qed taħdem mill-qrib mal-imsieħba fl-UE biex tiżgura li l-operat tal-UNRWA ikun garantit. Barra minn hekk, qed jiġu evalwati forom oħra ta’ għajnuna, inkluż kollaborazzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet lokali u internazzjonali biex jindirizzaw ħtiġijiet essenzjali bħal ikel, saħħa, edukazzjoni, u r-rikostruzzjoni tal-infrastruttura ta’ Gaża. Dan kollu jsir filwaqt li nżommu impenn sod lejn is-Soluzzjoni ta’ Żewġ Stati, li tippromwovi paċi u sigurtà bejn il-Palestina u l-Iżrael.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — ħaddiema reġistrati b'diżabilità
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm ħaddiema reġistrati b’diżabilità fid-dekasteru tiegħu u x’investiment sar biex dawn ikunu komdi waqt il-ħin tax-xogħol?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24166 dwar applikazzjonijiet pendenti għal stabbilimenti turistiċi fin-Naxxar, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jipprovdi l-indirizz ta’ kull waħda mill-applikazzjonijiet pendenti mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) imsemmija fl-istess tweġiba?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella ta’ hawn taħt, turi l-indirizzi ta’ kull waħda mill-applikazzjonijiet pendenti mal-Awtorità fil-lokalità tan-Naxxar.
Category of Premises
Extension / New
Address
4 Star Hotel
New
Labour Avenue, Naxxar
Guesthouse Standard
New
No. 05, Triq l-Oratorju, Naxxar
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jindika kemm hija prevista u x’tip ser tkun l-għajnuna umanitarja ta’ pajjiżna lill-Ukrajna tul is-sena 2025?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li kif spjegajt fil-mistoqsija parlamentari 22859, il-Gvern Malti, inkluż il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, ilu b’mod konsistenti jipprovdi appoġġ umanitarju lill-Ukrajna sa mill-bidu tal-invażjoni illegali mir-Russja. Din l-invażjoni kkawżat tbatija kbira u bla preċedent lill-poplu Ukren.
L-appoġġ tagħna se jkompli matul l-2025, bil-prijorità tkun li naħdmu b’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi dawk tan-Nazzjonijiet Maqgħuda, biex jindirizzaw is-sitwazzjoni umanitarja fl-Ukrajna. Nemmen bis-sħiħ li l-aħjar mod kif nipprovdu għajnuna effettiva huwa billi nsaħħu l-kapaċitajiet tal-atturi umanitarji li diġà qegħdin fuq il-post u huma familjari mill-qrib mal-ħtiġijiet urġenti tal-komunitajiet lokali.
Bħalissa, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu qed iħejji l-pjan ta’ nefqa annwali għall-iżvilupp barra minn Malta għall-2025. Dan jeħtieġ konsultazzjonijiet mal-imsieħba Ewropej tagħna, u ma' organizzazzjonijiet umanitarji madwar id-dinja, inklużi organizzazzjonijiet fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda, sabiex ikollna fehma ċara tal-ħtiġijiet li jeżistu u kif jistgħu jiġu indirizzati bl-aħjar mod.
Madanakollu, l-ewwel donazzjonijiet lill-entitajiet umanitarji huma mistennija jibdew fil-ġimgħat li ġejjin. L-Ukrajna u l-poplu tagħha se jibqgħu prijorità assoluta għall-azzjoni umanitarja tal-Gvern Malti sakemm tibqa’ teħtieġ l-għajnuna tagħna.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24380 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Direct Orders
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tad-direct orders kollha li huwa awtorizza matul is-snin 2022, 2023 u 2024? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-proċeduri ta’ akkwisti spjegati fir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku għaliex l-awtorizzazzjoni tad-direct orders mhux fir-responsabbilità tiegħi.
Għaldaqstant il-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull xiri li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Ċitazzjonijiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm-il ċitazzjoni (traffic fine) weħel il-Ministeru tiegħu minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fuq liema karozza ħarġet tali ċitazzjoni, min kien qed isuq il-karozza u x'pożizzjoni għandu fil-Ministeru tiegħu, kemm ammontaw fi flus u minn min tħallsu dawn iċ-ċitazzjonijiet; jekk hux mill-persuna li għamlet il-kontravenzjoni jew minn fondi pubbliċi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant għall-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures. Dan il-manwal jagħti linji gwida dwar kif għandhom jiġu trattati ċ-ċitazzjonijiet tat-traffiku relatati ma’ karozzi tal-Gvern, inkluż il-ħlas taċ-ċitazzjoni.
Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Stabbilimenti turistiċi li waqfu joperaw
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24163 dwar stabbilimenti turistiċi, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid liema kienu dawk l-istabbilimenti li għażlu li jieqfu joperaw u allura ssospendew jew ikkanċellaw il-liċenzja tagħhom mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) matul l-aħħar ħames snin, sena b’sena? F’liema lokalità kienu jinsabu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar l-istabillimenti li kkanċellaw jew issospendew il-liċenzja tagħhom matul l-aħħar ħames snin tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Kanċellati
Sena
Lukandi
Guest houses
Hostels
2020
0
0
0
2021
1 (Mellieħa)
0
0
2022
2 (St. Julians, Sliema)
0
0
2023
1 (St. Pauls Bay)
1 (Marsaskala)
2 (Sliema, Tarxien)
2024
0
0
2 (St. Julians, Mellieħa)
Sospiżi
Sena
Lukandi
Guest houses
Hostels
2020
5 (2 St. Pauls Bay, St. Julians, Sliema, Għajnsielem)
2 (St. Pauls Bay, Sliema)
0
2021
2 (Mellieħa, St. Pauls Bay)
0
0
2022
4 (2 St. Pauls Bay, Valletta, Lija)
0
1 (Lija)
2023
2 (Mellieħa, St. Pauls Bay)
1 (Gzira)
1 (St. Julians)
2024
2 (Mellieħa, Sliema)
1 (Vittoriosa)
1 (Msida)
Dan ma jfissirx li uħud minn dawk li ssopendew il-liċenzja ma reġgħux attivaw tali liċenzja u dan għaliex ikunu waqfu joperaw b’mod temporanju sabiex per eżempju isir xi ‘refurbishment’.
San Pawl il-Baħar — Stabbilimenti turistiċi - Applikazzjonijiet pendenti
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24164 dwar applikazzjonijiet pendenti għal stabbilimenti turistiċi f’San Pawl il-Baħar, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jipprovdi l-indirizz ta’ kull waħda mill-applikazzjonijiet pendenti mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) imsemmija fl-istess tweġiba?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella ta’ hawn taħt, turi l-indirizzi f’ San Pawl il-Baħar ta’ kull waħda mill-applikazzjonijiet pendenti mal-Awtorità.
Category of Premises
Extension / New
Address
Hostel
Extension
Triq il-Qawra c/w Triq il- Fugass, Qawra
3 Star Hotel
New
Triq il-Lampuki c/w Triq il-Kahli, St Paul’s Bay
4 Star Hotel
Extension
Church Square & Church Street, St Paul’s Bay
Guesthouse Standard
New
111, Triq Parades, St Paul’s Bay
Guesthouse Standard
New
Triq Isouard, St Paul’s Bay
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24165 dwar applikazzjonijiet pendenti għal stabbilimenti turistiċi fil-Mellieħa, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jipprovdi l-indirizz ta’ kull waħda mill-applikazzjonijiet pendenti mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) imsemmija fl-istess tweġiba?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella ta’ hawn taħt, turi l-indirizzi ta’ kull waħda mill-applikazzjonijiet pendenti mal-Awtorità fil-lokalita’ tal-Mellieħa.
Category of Premises
Extension / New
Address
Guesthouse Standard
New
34, Triq Sammy Bartolo, Mellieha
Guesthouse Standard
New
Triq Halq ic-Cawla, Triq l-Izbark fil-Fortizza, Mellieha
Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Inizjattivi dwar is-Sirja
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk ittiħdux xi inizjattivi ta’ kwalunkwe natura da parti tal-Ministeru biex tiġi megħjuna s-Sirja wara li ħadet lura l-libertà tagħha? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li ssir żjara jew laqgħa uffiċjali fil-futur qarib f’dak il-pajjiż?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Malta, s'issa għadha qed tanalizza l-iżviluppi kurrenti fis-Sirja sabiex tiddetermina liema atturi u mekkaniżmi jkunu l-aktar utli fejn jistgħu jiġu pprovduti assistenza umanitarja lil dawk li għandhom bżonnha l-aktar. Fuq it-tieni parti tal-mistoqsija nixtieq ninformah li s’issa għad m’hemm l-ebda ħsieb biex issir żjara uffiċjali. Madankollu, Malta diġà pparteċipat u se tkompli tipparteċipa f’diskussjonijiet li saru fil-livell tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sirja waqt il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin kif ukoll waqt il-Kunsill Ewropew.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’pożizzjoni uffiċjali ttieħdet minn pajjiżna fir-rigward tas-sitwazzjoni preżenti ġewwa l-Venezwela?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-poplu tal-Venezwela vvota b’mod paċifiku fl-elezzjoni li saret fit-28 ta’ Lulju 2024 li fiha maġġoranza sinifikattiva vvutat għal bidla demokratika billi appoġjat lil Edmundo Gonzáles Urrutia. Peress li l-awtoritajiet irrifjutaw li jippubblikaw ir-rekords uffiċjali mill-postijiet ta’ votazzjoni, ir-riżultati mħabbra jibqgħu mhux verifikati u għaldaqstant ma jistgħux jiġu rikonoxxuti bħala rappreżentattivi tar-rieda tan-nies. Malta, bħall-pajjiżi tal-UE, għadha ma tagħrafx il-leġittimità tal-presidenza ta’ Nicolás Maduro, peress li ma ġiex elett b’mod demokratiku.
Flimkien mal-pajjiżi tal-UE, Malta appellat lill-awtoritajiet tal-Venezwela biex itemmu d-detenzjonijiet inġusti u arbitrarji kollha u sabiex il-priġunieri politiċi jinħelsu mingħajr kundizzjonijiet. Malta ħeġġet lill-awtoritajiet biex jiżguraw ir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem inkluż id-dritt għal għaqda paċifika u l-libertà tal-espressjoni.
Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, flimkien mal-istati membri tal-UE, Malta addottat pakkett ta’ sanzjonijiet kontra 15-il individwu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija, l-istat tad-dritt jew id-drittijiet tal-bniedem fil-Venezwela. Dawn l-individwi huma membri tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali tal-Venezwela (CNE), tal-ġudikatura, u tal-forzi tas-sigurtà. Malta ma addottat l-ebda miżura li tista’ tikkawża ħsara lill-poplu Venezweljan jew lill-ekonomija. L-għan huwa li tiġi appoġġata soluzzjoni negozjata u demokratika għall-kriżi. It-treġġigħ lura tas-sanzjonijiet tal-UE ser jiddependi fuq progress tanġibbli fid-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fil-Venezwela, flimkien ma' passi sinifikanti lejn djalogu ġenwin u tranżizzjoni demokratika. Il-Kunsill Ewropew iddeċieda li jestendi l-miżuri restrittivi għal sena oħra sal-10 ta' Jannar 2026.
Il-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda – Rapport
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jippreżenta r-rapport tal-ħidma ta’ pajjiżna fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda għat-terminu ta’ dawn l-aħħar sentejn?
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 14468 għar-rapport ta’ ħidma matul l-2023, ninformah li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma ta’ Malta fil-Kunsill tas-Sigurta’ tal-Ġnus Magħquda għas-sena 2024.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid fiex wasal il-proċess biex il-park marin taċ-Ċirkewwa li issa ilu snin jeżisti biss fuq il-karta, jitwaqqaf b'mod legali? Jista’ jgħid ukoll jekk inbediex il-proċess sabiex jitwaqqfu żoni oħra bi protezzjoni simili bħax-Xatt l-Aħmar f'Għawdex?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tat-twaqqif tal-Park Marittimu b’mod legali qed jigi ffinalizzat mill-Awtorita’ tal-Ambjent u Riżorsi u għandu jkun komplut fiż-żmien li ġej.
In-nomina ta’ NGO (Nature Trust) sabiex ikunu jistgħu jaħdmu fuq it-twaqqif ta’ dan il-Park Marittimu;
Iffirmat ftehim ta’ sostenn mal-NGO Nature Trust sabiex ikollha r-riżorsi neċessarji sabiex ikun jista jitwaqqaf dan il-Park Marittimu;
Jiġi nominat park manager sabiex ikun jista jiffoka fuq dan il-proġett;
Jibdew diversi studji li jservu ta’ bażi fuq:
o L-użu differenti ġewwa z-zona tal-Park Marittimu
o L-ispeċi ta’ ħut u fawna oħra tal-baħar li huma preżenti fil-Park Marittimu
o It-tipi differenti ta’ abitat li jinstabu fil-Park Marittimu
o Posidonia oceanica (alka) u l-istat tagħha
Koperazzjoni u kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra governattivi bħal Transport Malta, ERA;
Żamma u manutenzjoni tal-aċċessibilita’ għall-bugħaddasa;
Twaħħil ta’ tabelli ta’ informazzjoni għall-bugħaddasa;
Żieda fil-moniteraġġ u infurzar;
Twaħħil ta’ camera taħt il-baħar;
Twaħħil ta’ CCTV camera għal sorveljanza;
Twaħħil ta’ counters sabiex tinżamm statistika ta’ bugħaddasa matul is-sena kollha;
Apparti il-proviżjoni ta’ servizz ta’ showers u latrina pubblika beda jiġi offrut servizz ta’ first aid bejn ix-xhur ta’ Mejju u Ottubru;
Wieħed mill-objettivi tal-Park Marittimu huwa li jeduka, għaldaqstant ġew organizzati numru ta’ attivitajiet edukkattivi mill-istaff tal-park innifsu kif ukoll attivitajiet (bħal clean-ups) ma’ NGOs oħra.
B’sodisfazzjon ninnutaw li l-iskejjel tal-għadds li jagħmlu użu minn din id-dive site bdew iħallu kummenti pożittivi għax-xogħol li qed isir u li qed tidher id-differenza fil-prodott.
L-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u l-entitajiet l-oħra li qegħdin jikkolaboraw f’dan il-proġett bħalissa qed jiffukaw li jirnexxi dan is-sit qabel iħarsu lejn siti oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu – Kiri ta’ karozzi — Nefqa
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid liema huma s-source markets attwali li huma ta’ prijorità turistika għal pajjiżna sabiex issir il-qabża ta’ kwalità tant meħtieġa fis-settur u x-xogħol li qed isir f’dan ir-rigward?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-attrazzjoni ta’ aktar turiżmu ta’ kwalita’ qiegħed isir abbażi ta’ spettru wiesgħa ta’ attivitajiet fi swieq ġeografiċi u motivazzjonali sabiex nattiraw ishma u numri akbar ta’ turisti ta’ impatt superjuri għad-destinazzjoni tagħna u għall-ekonomija Maltija. It-turiżmu ta’ kwalita’ m’huwiex definit biss mil-lat ta’ nefqa iżda ukoll minn numru ta’ fatturi oħrajn li jamalgamaw u jżewwġu dak li jkun qed ifittex it-turist ma dak li toffri id-destinazzjoni b’mod aktar sostenibbli. Dan ifisser li wara li ġew identifikati karatteristici, aspetti u esperjenzi li d-destinazzjoni teċċella fihom, dawn imbagħad qegħdin jiġu preżentati fis-swieq li jkollhom l-akbar potenzjal u propensita’ li jżuru pajjiżna għalihom. Dawn l-offerti turistiċi li jiddistingwuna mill-kompetituri tagħna jeżistu f’bosta oqsma bħal ngħidu aħna l-istorja u l-kultura, l-arkitettura, il-festi u avvenimenti popolari mifruxa matul is-sena, l-esperjenzi varji tal-ibħra tagħna, il-gastronomija, il-kampanja u l-pajsaġġ rurali u urban, id-divertiment, turiżmu attiv, it-tagħlim tal-Ingliż specjalizzat u aspetti edukattivi oħra u is-suq tal-konferenzi u inċentivi fost ħafna oħrajn. B’dan il-mod inkunu qegħdin mhux biss nattiraw turisti li jiġu appożitament sabiex jesperjenzaw dak li jagħmilna Maltin iżda fl-istess waqt inkunu qegħdin nużaw lit-turiżmu sabiex jipproteġi, jaħji u jagħti sostenn lil dawn l-elementi tanġibbli u intanġibbli li huma tant importanti għas-soċjeta’ Maltija. B’hekk tinħoloq relazzjoni pożittiva fejn il-karatteristiċi uniċi isostnu lit-turiżmu li fl-istess ħin isostni lilhom sabiex jinħoloq ċiklu pożittiv. Is-source markets huma varji. Infittxu dawn in-niċeċ demografiċi f’pajjiżi bħall-Ingilterra, il-Ġermanja, Franza, I-Italja, l-Isvizzera u l-Awstrija fl-Ewropa filwaqt li jeżistu aktar opportunitajiet fl-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Latina, l-Asja u l-Awstralja. Infittxu l-profili turistiċi li jaqblu mal-offerti varji tagħna f’numru ta’ pajjiżi. Iridu jkunu pajjiżi fejn hemm konnettivita’ bl-ajru tajba għal Malta, kif ukoll li għandhom ekonomija b’saħħitha u popolazzjoni b’livell għoli ta’ edukazzjoni u bi dħul li jippermetti s-safar matul is-sena kollha. Filwaqt li nkomplu nindirizzaw it-turisti li nixtiequ minn dawn is-swieq, inħarsu wkoll lejn swieq fejn bħalissa Malta hija inqas magħrufa u mhux konnessa b’titjiriet diretti sabiex nibdew inkabbru l-volumi minnhom fis-snin li ġejjin. Permezz ta’ dawn l-istrateġiji qegħdin niżguraw li jkollna turiżmu matul is-sena kollha li jfittex esperjenzi minn firxa aktar titwessa tal-komunita’. Dan jirriżulta f’turisti aktar sodisfatti, popolazzjoni lokali li tgawdi b’mod aktar dirett u tapprezza l-importanza u l-impatti tat-turiżmu, u fl-aħħar mill-aħħar, turiżmu li abbażi ta’ dak kollu li qed isir ikun lest iħalli kontribut ekonomiku akbar minħabba esperjenza sodisfaċenti fil-Gżejjer Maltin.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu — Karozzi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid:
(a) jekk għandux it-tieni karozza jew car allowance apparti l-karozza uffiċjali għal użu tiegħu;
(b) x’tip ta' karozzi huma (ditta) u jekk hux electric vehicles jew jaħdimx bi fuel konvenzjonali u jekk f'każ ta' fuel konvenzjonali, kemm intuża fuel kull xahar minn kull karozza minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(c) Jekk jintuża fuel konvenzjonali għal dawn il-karozzi, minn fejn jinxtara l-fuel għalihom?
(d) Jekk għandu t-tieni karozza jew car allowance, min jagħmel użu minn din il-karozza meta l-Ministru jkun qed juża l-karozza uffiċjali tiegħu?
(e) Jekk kull karozza hiex tal-kiri jew inxtratx mill-Gvern u jekk f'każ li hi mikrija kemm titħallas kera kull xahar għal kull karozza u jekk mixtrija mill-Gvern kemm kienet l-ispiża biex inxtrat kull karozza?
(f) Jekk kull karozza tinżammx f’garaxx meta ma tkunx użata, u jekk tinżamm f’garaxx titħallasx kera għal tali garage? Jekk fl-affermattiv, kemm titħallas kera fix-xahar għal tali garage u min hu l-benefiċjarju ta' tali kera?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x'investimenti saru mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), kemm bħala proġetti kif ukoll bħala manutenzjoni fl-aħħar ħames snin, maqsuma sena b'sena? Jista’ jagħti lista tax-xogħlijiet bl-ispejjeż assoċjati li bbenefikaw lil dan is-settur, eskluż il-marketing?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid għaliex il-kmamar maġenb it-toilets fiċ-Ċirkewwa, li jistgħu jintużaw għall-faċilitajiet tal-ewwel għajnuna jew edukazzjoni għadhom magħluqin u moħlija? Jista’ jgħid ukoll x'attentati saru biex it-titlu tagħhom jgħaddi f'idejn il-park taċ-Ċirkewwa jew l-Awtorità tat-Turiżmu jekk dawn huma mogħtija b'titlu lill Gozo Channel li milli jidher m'għandhiex użu għalihom minn mindu tlesta t-terminal tal-passiġġieri taċ-Ċirkewwa tliet leġiżlaturi ilu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtoritá Maltija għat-Turiżmu ilha għaddejja għal numru ta’ snin b’diskussjonijiet ma’ Transport Malta - li huma il-propretarji tal-art, kif ukoll mal-Gozo Channel - li huwa l-operatur ta’ din i\-\ona u għalhekk għandhom dritt fuq dawn il-kmamar imsemmija. L-Awtoritá Maltija għat-Turiżmu se tibqa’ taħdem sabiex jekk ikun possibli, dawn il-kmamar jaqaw taħt ir-responsabbilta’ taċ-Ċirkewwa Marine Park sabiex ikunu jistgħu jintużaw bħala faċilitajiet għall-Park.