Waiting list tal-persuni li għandhom bżonn il-kura tal-kanċer
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-waiting list ta' pazjenti li għandhom bżonn it-trattament għall-kanċer magħruf bħala il-kanċer tat-tyriod - Iodine?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35515.
Persuni b'diżabilità — faċilitajiet biex jagħtu sapport
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn faċilitajiet kemm tal-gvern kif ukoll tal-privat li jagħtu s-sapport biex persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jmorru jgħixu fihom b'mod indipendenti jew semi indipendenti u jibqgħu fil-komunità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-dar tal-komunità Madonna tal-Mellieħa nbniet b’mod li tilqa’ għall-ħtiġijiet tal-anzjani kif ukoll tal-persuni b’diżabilità. Meta nbniet din id-dar tal-komunità kien hemm id-deciżjoni li din tkun residenza fil-komunita’, kemm għal persuni b’diżabilita’, kif wkoll għall-anzjani. Din id-dar fil-komunità toffri diversi servizzi li jinkludu wkoll day centre, night shelter u berġa. Id-Djar oħra kif ukoll ir-residenza ta’ San Vinċenz de Paule jilqgħu wkoll numru ta’ persuni b’diżabilita’.
Sadattant nirreferi lill-Onor. Interpellnat lill-Ministru konċernat sabiex jkunu jistgħu jingħatw aktar dettalji dwar x’hemm f’dan il-qasam.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — entitajiet tal-internal audit
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li preżentament għandhom funzjoni ta' internal audit? Jista' jgħid liema minn dawn l-entitajiet irrikorrew għas-servizz ta' ditti tal-awdituri biex jingħatalhom dan is-servizz? F'kull każ, jista' jgħid:
a) liema ditta tal-awdituri ġiet mqabbda;
b) kemm qed tiġi mħallsa kull sena tal-funzjoni tal-internal audit;
ċ) f'kull każ, min huma l-awdituri esterni u jekk l-awdituri interni humiex l-istess ditta? F'każ li l-istess, kemm qed jitħallsu tal-funzjoni tal-awditjar estern;
d) kemm huwa t-turnover tal-entità li taqa' taħt il-Ministeru; u
e) kemm għandha impjegati l-entità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità m’għandux dipartiment b’funzjoni ta’ internal audit. Madankollu, eżerċizzji ta’ internal audit jistgħu isiru mid-Dipartiment tal-Internal Audit and Investigation, fuq bażi regolari jew meta tinħass il-ħtieġa.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li kellhom jibagħtu għalih mill-Orthopedic Ward tal-Isptar Mater Die imma minkejja li għaddha xahar ħadd għadu ma ikkuntatjah?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, din is-sena kellu erba’ appuntamenti fl-Outpatients tal-Isptar Mater Dei skont kif jidhru hawn taħt:
· 4 ta’ Frar 2012
· 28 ta’ Frar 2012
· 3 ta’ Marzu 2012
· 15 ta’ Mejju 2012
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex beħsiebu jkompli jixtri servizzi li joffru l-kliniċi privati matul is-sena 2012? Jekk iva, liema huma dawn is-servizzi li se jixtri u jekk hux se ssir sejħa pubblika biex kliniċi li ma kenux joffru dawn is-servizzi jkunu jistgħu jibdew jagħmlu dan?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Gvern se jkompli jixtri servizzi li joffru kliniċi privati wara li ssir evalwazzjoni tal-kuntratti eżistenti.
Jista' l-Ministru jgħuid x'passi qed jieħdu l-awtoritajiet konċernati rigward problema kbira li bdiet minn meta beda l-proġett ta' Smart City cioè li qed ikun hemm ħafna ġrieden madwar iż-żona ta' bejn iċ-ċimerterju tal-Inglizi l-Kalkara fi Triq Santu Rokku u Smart City?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li dan l-aħħar id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rċieva diversi lmenti rigward infestazzjoni ta’ ġrieden fiż-żona ndikata. L-aħħar tlett trattamenti għal kontra l-ġrieden saru fit-30 u l-31 ta’ Mejju u fit-12 ta’ Ġunju, 2012 rispettivament. Fit-13 ta’ Ġunju, saret spezzjoni minn uffiċċjali għas-Saħħa Ambjentali fit-Triq Santu Rokku l-Kalkara minn ħdejn iċ-Ċimitrju tal-Ingliżi sa’ Smart City fejn ma nstabu l-ebda akkumuli ta’ skart organiku iżda biss xi ftit ħaxix ħażin li jikber mal-ġenb tat-toroq.
Iż-żona indikata hija fil-kampanja fejn hemm bosta għelieqi li jinħadmu u oħrajn le u huwa komuni li jkun hemm ġrieden tal-għelieqi. Barra minn hekk l-iżvilupp ta’ Smart City għadu għaddej u meta tinqala’ l-art biex tiġi żviluppata, il-bejtiet tal-ġrieden jitkissru u għalhekk jidhru aktar ġrieden jiġru fit-toroq.
Madankollu d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ser jibqa jżomm din iż-żona taħt monitoraġġ u ser jibqgħu jsiru t-trattamenti neċessarji sabiex il-problema ta’ nfestazzjoni ta’ ġrieden tibqa taħt kontroll.
Żona magħrufa bħala il-Kalanka tal-Patrijiet — Aċċessibilità għall-Għawm
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ż-żona magħrufa l-Kalanka tal-Patrijiet, in-naħa ta' fejn qed isir il-proġett ta' Smart City u fl-aħħar snin ingħalqet għal qawwiema terġa' tinfetaħ biex wieħed ikun jista' jmur jgħum hemm?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ż-żona magħrufa l-Kalanka tal-Patrijiet mhijiex waħda miż-żoni uffiċċjali għall-għawm u għalhekk ma jsir l-ebda monitoraġġ tal-ilma baħar f’din iż-żona. Fil-passat kien hemm rakkmandazzjoni biex ma jsirx għawm minnħabba li din iż-żona kienet fil-viċinanza tas-‘sewage outflow’. Peress li issa d-drenaġġ kollu qed jiġi trattat qabel ma’ jintefa’ fil-baħar din ir-rakkomandazzjoni m’ għadiex tapplika.
Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar spezzjonijiet tat-tankijiet għal ħażna tal-ilma kontra viri relatati mal-istess fl-istabbiliment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dpartiment ma jagħmel l-ebda spezzjonijiet għall-viri fl-ilma. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-mikrobu tal-leġjonella, ir-responsabbilita` sabiex jittieħdu kampjuni tal-ilma sabiex jiġu ttestjati għall-mikrobu tal-leġjonella huwa tal-operatur tal-istabbiliment skont kif stipulat fir-Regolamenti tal-2006 dwar il-Kontroll tal-Leġjonella (AL5/2006) - liema testijiet għandhom isiru darba kull sitt xhur.
L-aħħar verifiki li saru minn uffiċċjali fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali permezz ta’
Legionella audit
kien f’Diċembru tal-2010 fejn l-istabbiliment indikat ġie klassifikat b’riskju baxx u medju (
Low/Medium Risk
). Wara dan l-
audit
dan l-istabbiliment għalaq minħabba xogħolijiet ta’ rinnovazzjoni u ta’ estensjoni. Normalment
audits
f’stabbilimenti ta’ dan it-tip isiru darba fis-sena u peress li dan l-istabbiliment għadu kif reġa fetaħ hemm ippjanant
audit
għall-21 ta’ Ġunju, 2012.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jidhirlux li sabiex jgħaddu cable żgħir fl-Isptar Monte Carmeli kellhom jistallaw travu tal-ħadid li qam lill-gvern 'il fuq minn €12,000? Jista' jispjega għaliex il-ħaddiema tal-Isptar Monte Carmeli m'għandhomx jingħataw overtime?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35153, jista' l-Ministru jgħid jekk wara li jkunu koperti n-nisa kollha ta' età bejn il-50 u s-60 sena hux maħsub li dan l-iscreening jitkompla f'etajiet differenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li, kif kien ippjanat fil-Pjan Nazzjonali għall-Kanċer, din is-sena ser issir evalwazzjoni tal-programm Nazzjonali ta’ Screening għall-Kanċer tas-Sider. Bħalha parti minn din l-evalwazzjoni, se jiġi ddeterminat jekk u kif għandu jiġi estiż dan il-programm.
Peress li persuni Għawdxin li jmorru l-Isptar Mater Dei għall-appuntamenti qed jilmentaw għaliex mhux jitħallew jużaw il-parkeġġ tal-outpatients minkejja li jkun hemm l-ispazju għax qed jiġu nfurmati li dawk il-parking slots huma bbukjati peress li meta provaw jibbukkjaw qalulhom li ma jistgħux isiru bookings, jista' l-Ministru jgħid allura l-pożizzjoni x'inhi biex ikunu jistgħu jużaw dan il-parkeġġ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Parkeġġ tal-Out Patient Department huwa għall-użu ta’ tliet kategoriji ta’ pazjenti:
1. Hemm 20
Parking Bay
għal pazjenti li jagħmlu użu frequenti mill-Isptar għal-trattament.
2. 9
Parking Bays
għal pazjenti tar-
Renal Unit
.
3. 27
Parking Bays
għal persuni bi bżonnijiet speċjali.
Il-parkeġġi hawn fuq imsemmija huma kollha għall-użu tal-poplu Malti, Għawdxi kif ukoll viżitaturi barranin. Peress illi dan il-parkeġġ jiflaħ ammont limitat ta’ vetturi, jitmexxa bis-sistema ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.
Il-parkeġġ ta’ użu frequenti jitħaddem bis-sistema ta’ permessi li jiġu bbukkjati fil-
Pay Station
bejn is-06:00 a.m. u 12:00 p.m.. Dawn il-permessi joħorgu jew għal tlett ijiem jew għal xahar bi ħlas. Meta dawn ikunu meħudin kollha ma jkunx hemm aktar spazju għal permessi.
Fil-każ illi dan il-parkeġġ ikun mimli, dejjem hemm il-parkeġġ tal-viżitaturi li qiegħed ftit metri l-bogħod mill-
Out Patient Department
u servut bil-kumditajiet kollha nkluż faċilitajiet għal persuni bi bżonnijiet speċjali.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — tnaqqis baġitarju
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm mit-tnaqqis baġitarju tal-€40 miljun tnaqqsu s'issa mill-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtu xahar b'xahar sa Mejju 2012?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-Budget tal-Gvern jinħadem fuq bażi ta’ sena. Għalhekk nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tiegħi f’Mistoqsija Parlamentari Nru. 32629.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35107, fejn huwa spjega li ġie nfurmat li fil-vot tal-waiting list hemm fondi allokati għaż-żewġ inizjattivi, jiġifieri wieħed li jitnaqqsu l-waiting lists u l-ieħor biex jitħallsu visti li pazjenti jagħmlu ġewwa l-Isptar St. James, jista' l-Ministru jagġti iktar informazzjoni dwar kemm huwa kbir dan il-fond? Kif huwa imqassam u allura kemm huwa pjanat li jistgħu jsiru visti mill-publiku ġewwa l-klinika privata għal vista u kemm jistgħu jew huwa kkalkulat li sejrin jsiru operazzjonijiet żejda biex titnaqqas il-waiting list?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm €2.5 miljun allokati fil-vot tal-waiting list. Il-fond allokat għaż-żewġ inizjattivi jiddependi mir-rispons tal-publiku għaż-żewgt inizjattivi li nieda d-dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid kif sejrin u kemm se jiġu mħalsa s-servizzi li l-poplu se jieħu mill-kliniċi privati li issa għandu d-dritt li jmur jagħmel visti fihom fil-weekends jekk jkollu l-ħtieġa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li s-servizz li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant qed jintuża minn numru ta’ persuni li qegħdin jinqdew kif mistenni. Is-servizzi qed jiġu mħallsa skont kif miftiehem fil-kuntratt u li minħabba s-sensitivita kummerċiali dawn il-figuri ma jistgħux jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jispjega jekk pazjent li jmur ġewwa klinika privata huwiex intitolat għal vista biss bla ħlas minn ġewwa l-kliniċi privati fil-weekends jew jekk huwiex intitolat għall-kura kollha li jkollu bżonn b'xejn minn dik l-klinika f'dak il-mument?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ftehim milħuq bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l-isptarijiet privati jelenka li l-pazjenti li jużaw dan is-servizz huma ntitolati għall-vista minn infermier u minn tabib, imma wkoll għall-diversi servizzi oħra li jkun hemm bżonn. Dawn is-servizzi huma elenkati fil-ftehim - fosthom x-rays konvenzjonali (plain), elektrokardjogramma, testijiet tad-demm bażiċi, tindif ta’ feriti u punti (suturi) fejn ikun hemm bżonn, faxex, amministrazzjoni ta’ drips u mediċini kemm f’sura ta’ titqib kif ukoll ta’ pilloli biex jinqdew, ġibs għall-każijiet ta’ ksur. Hu possibbli ukoll li pazjent jinżamm għal ftit ħin biex jiġi mogħti xi kura u sabiex jiġi evalwat l-effett tat-trattament li jkun ingħata. F’każ li l-pazjent/a jkollu/ha bżonn ta’ aktar konsultazzjoni fl-isptar Mater Dei, b’ko-operazzjoni mal-isptar Mater Dei, jista’ jiġi offrut wkoll is-servizz tal-ambulanza.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita — ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'kull segretarjat tal-Ministeru tiegħu li mhumiex civil servants? Xi grad għandhom? X'inhu xogħolhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat hekk:
Fl-uffiċċju tas-Segretarjat tal-Ministru hemm tmienja min-nies li m’humiex uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Dawn jokkupaw il-gradi ta’ Communications Coordinator, Policy Coordinator, Messaġġier, Member of Secretariat Pool, u Xufier.
Fl-ufficcju tas-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari hemm tmienja min-nies li mhumiex tas-Servizz Pubbliku. Dawn jokkupaw il-gradi ta’ Kap tas-Segretarjat, Segretarju Privat, Secretariat Officer, Member of Secretariat Pool, u Xufier/Security Officer.
Dawn kollha jagħmlu dmirijiet marbuta mal-gradi tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa programmat li jitlesta l-isptar il-ġdid tal-onkologija? Kemm se jkun jesa' pazjenti u jekk humiex se jiżdiedu s-servizzi eżistenti li qed jingħataw ġewwa l-Isptar Boffa? Jekk iva, liema servizzi se jiżdiedu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ċ-Ċentru tal-Onkoloġija ġewwa l-Isptar Mater Dei huwa programmat li jkun lest sal-aħħar tas-sena d-dieħla jiġifieri sal-aħħar tal-2013.
Is-servizzi ġewwa ċ-ċentru l-ġdid ser jiżdiedu. L-ewwelnett ser ikun hemm 96 sodda (maqsumin f’74 sodda inpatient u 22 sodda daycare) – żieda ta’ 47 sodda inpatient fuq l-Isptar Sir Paul Boffa. Iċ-ċentru l-ġdid ser ikum mgħammar bi 3 Linear Accelerators ġodda. Infakkar li il-Linear Accelerator il-ġdid li ġie nstallat ġewwa l-Isptar Sir Paul Boffa ser jittieħed fiċ-Ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija. Ser ikun hemm sala tal-Haematology, sala għall-kura tat-tfal u addoloxxenti, u sala speċjalizzata għall-kura paljattiva – servizz li diġa’ beda jopera ġewwa l-Isptar Sir Paul Boffa.
Jista' l-Ministru jgħid meta jitlesta l-isptar il-ġdid tal-onkologija kif se jintuża l-bini eżistenti li hemm il-Furjana (l-Isptar Boffa) peress li dan illum qed jagħmel ix-xogħol ta' trattament ta' pazjenti bil-kanċer?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-preżent għad ma hemmx pjanijiet ta’ kif se jintuża l-Isptar Sir Paul Boffa wara li jkun lest l-isptar il-gdid tal-onkoloġija.